This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002L0053-20040418
Council Directive 2002/53/EC of 13 June 2002 on the common catalogue of varieties of agricultural plant species
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli
2002L0053 — MT — 18.04.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1829/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Settembru 2003 |
L 268 |
1 |
18.10.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/53/KE
tat-13 ta’ Ġunju 2002
dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli ( 2 ) ġiet emendata spiss u sostanzjalment ( 3 ). Għal raġunjiet ta’ ċarezza u razjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Il-produzzjoni ta’ żerriegħa agrikola u ta’ pjanti żgħar tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità. |
(3) |
Għal din ir-raġuni, il-Kunsill adotta Direttivi li għandhom x’jaqsmu rispettivament mal-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (2002/54/KE) ( 4 ), żerriegħa mill-pjanti ta’ l-għalf (66/401/KEE) ( 5 ), żerriegħa taċ-ċereali ( 6 ), patata taż-żerriegħa (2002/56/KE) ( 7 ) u żerriegħa mill-pjanti taż-żejt u tal-fibra (2002/57/KE) ( 8 ). |
(4) |
Jeħtieġ li jinbena katalgu komuni ta’ varjetajiet. Dan il-katalgu jista’ jinbena biss fuq il-bażi ta’ katalgi nazzjonali. |
(5) |
L-Istati Membri kollha għandhom għalhekk jibnu katalgu wieħed jew aktar tal-varjetajiet aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni u l-bejgħ fis-suq fit-territorju tagħhom. |
(6) |
Dawn il-katalgi jridu jitfasslu skond regoli uniformi sabiex il-varjetajiet aċċettati jkunu distinti, stabbli u uniformi biżżejjed u li jkunu ta’ valur sodisfaċenti għall-koltivazzjoni u għall-użu. |
(7) |
Huwa xieraq li jitqiesu regoli stabbiliti internazzjonali għal ċerti disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aċċettazzjoni ta’ varjetajiet fuq livell nazzjonali. |
(8) |
Sabiex jitwettqu l-eżamijiet għall-aċċettazzjoni ta’ varjetà, numru kbir ta’ kriterji uniformi u l-ħtiġijiet minimi jridu jiġu preskritti. |
(9) |
Disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tul ta’ żmien matul liema għandha tibqa’ valida l-aċċettazzjoni ta’ varjetà, mar-raġunijiet li fuqhom tista’ tiġi revokata l-aċċettazzjoni u ma prattiċi għall-manteniment tal-varjetà għandhom jiġu standardizzati u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu wieħed lill-ieħor bl-aċċettazzjoni u l-irtirar ta’ varjetajiet. |
(10) |
Huwa mixtieq li jiġu adottati regoli rigward kemm huma xierqa denonimazzjonijiet ta’ varjetajiet u l-iskambju ta’ tagħrif bejn l-Istati Membri. |
(11) |
Żerriegħa koperta minn din id-Direttiva għandha tiġi mibjugħa fis-suq fil-Komunità ladarba tiġi ppubblikata fil-katalgu komuni. |
(12) |
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jingħataw id-dritt li jesprimu permezz ta’ proċedura speċjali xi oġġezzjonijiet li jistgħu ikollhom għal varjetà. |
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, Serje Ċ, il-varjetajiet li qed jiżdiedu mal-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli. |
(14) |
Disposizzjonijiet għandhom isiru għal miżuri li jgħarrfu l-ekwivalenza ta’ eżamijiet u l-ispezzjonijiet ta’ varjetajiet imwettqa fil-pajjiżi terzi. |
(15) |
Regoli tal-Komunità m’għandhomx jgħoddu għal varjetajiet li ż-żerriegħa jew il-materjal ta’ propagazzjoni tagħhom huma murija li huma maħsuba għal esportazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
(16) |
Fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi u tekniċi, huwa issa possibbli li jitrabbew varjetajiet permezz ta’ modifikazzjoni ġenetika. Għalhekk, meta jiġi stabbilit jekk jiġux aċċettati varjetajiet ġenetikament modifikati fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati ( 9 ) l-Istati Membri għandhom jikkunsidaw xi riskju li għandu x’jaqsam mar-rilaxx deliberat tagħhom fl-ambjent. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti il-kondizzjonijiet taħt liema varjetajiet ġenetikament modifikati bħal dawn huma aċċettati. |
(17) |
Il-bejgħ fis-suq ta’ ikel mhux tas-soltu u ta’ ingredjenti ta’ l-ikel mhux tas-soltu huwa regolat fil-livell tal-Komunità bir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ). Għalhekk, huwa xieraq għall-Istati Membri wkoll li jikkunsidraw xi riskji ta’ saħħa ta’ l-ikel meta jkunu qed jistabbilixxu jekk jaċċettawx varjetajiet. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti il-kondizzjonijiet taħt liema dawn il-varjetajiet huma aċċettati. |
(18) |
Fid-dawl ta’ l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi, għandhom jiddaħħlu regoli taħt liema żerriegħa trattata kimikament u materjal ta’ propagazzjoni jistgħu jinbiegħu fis-suq. |
(19) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat li riżorsi ġenetiċi tal-pjanti huma konservati. Kondizzjonijiet għal dak il-għan għandhom jiddaħħlu biex jippermettu, fil-qafas ta’ leġislazzjoni dwar il-kummerċ taż-żerriegħa, il-konservazzjoni, permezz ta’ l-użu fuq il-post ta’ varjetajiet mhedda minn erożjoni ġenetika. |
(20) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 11 ). |
(21) |
Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-termini perentorji għat-trasposizzjoni tad-Direttivi dikjarati fl-Anness I, Parti B. |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-aċċettazzjoni għal inklużjoni f’katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli ta’ dawk il-varjetajiet ta’ pitravi, pjanti mill-għalf, ċereali, patata u pjanta taż-żejt u tal-fibra li ż-żerriegħa tagħhom tista’ tiġi mibjugħa taħt disposizzjonijiet tad-Direttivi li jikkonċernaw rispettivament il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (2002/54/KE), żerriegħa mill-pjanti ta’ l-għalf (66/401/KEE), żerriegħa taċ-ċereali (66/402/KEE), patata taż-żerriegħa (2002/56/KE) u żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (2002/57/KE).
2. Il-katalgu komuni ta’ varjetajiet għandu jiġi kompilat fuq il-bażi tal-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tgħodd għal varjetajiet, li ż-żerriegħa jew il-materjal ta’ propagazzjoni tagħhom huma murija li huma maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.
L-Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva “miżuri uffiċjali” jfissru miżuri meħuda:
(a) minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew
(b) minn xi persuna legali kemm jekk irregolata mill-pubbliku u kemm jekk permezz ta’ liġi privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew
(ċ) fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll taħt il-kontroll ta’ l-Istat, minn xi persuna naturali marbuta b’ġurament b’mod korrett għal dak il-għan;
basta iżda li l-persuni msemmija taħt (b) u (ċ) ma jieħdu l-ebda qligħ privat minn miżuri bħal dawn.
L-Artikolu 3
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi katalgu wieħed jew aktar tal-varjetajiet aċċettati uffiċjalment għaċ-ċertifikazzjoni u l-bejgħ fis-suq fit-territorju tiegħu. Kull persuna tista’ tikkonsulta mal-katalgi.
2. Fil-każ ta’ varjetajiet (inbred lines, ibridi) li huma maħsuba biss bħala komponenti għal varjetajiet finali, id-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 jgħoddu biss sal-punt li ż-żerriegħa li jappartjenu għalihom għandhom jiġu mibjugħa fis-suq taħt l-ismijiet tagħhom.
Il-kondizzjonijiet taħt liema d-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 għandhom jgħoddu wkoll għall-varjetajiet tal-komponent l-ieħor jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2). Sadanittant, fil-każ ta’ ċereali oħra għajr il-qamħ, l-Istati Membri jistgħu huma nfushom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet lil varjetajiet ta’ komponenti oħra rigward żerriegħa maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom.
Varjetajiet ta’ komponenti għandhom jiġu ndikati bħala tali.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-aċċettazzjoni ta’ varjetà għal inklużjoni fil-katalgu komuni jew fil-katalgu ta’ Stat Membru ieħor hija ekwivalenti għal aċċettazzjoni għal inklużjoni fil-katalgi tagħhom. Jekk issir disposizzjoni bħal din, l-Istat Membru għandu jiġi rilaxxat mill-obbligazzjonijiet provvduti fl-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(2) sa (5).
L-Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà hija aċċettata biss jekk tkun distinta, stabbli u suffiċjentement uniformi. Il-varjetà trid tkun ta’ valur sodisfaċenti għall-koltivazzjoni u għall-użu.
2. Eżamijiet tal-valur għall-koltivazzjoni u għall-użu m’ għandhomx jinħteġu:
(a) għall-aċċettazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ħxejjex jekk dak li jrabbi jiddikjara li ż-żerriegħa tal-varjetà tiegħu mhiex maħsuba għall-produzzjoni ta’ pjanti għall-għalf;
(b) għall-aċċettazzjoni ta’ varjetajiet li ż-żerriegħa tagħhom trid tinbiegħ fis-suq minn Stat Membru ieħor li diġa’ aċċetta l-varjetajiet, wara li kkunsidraw il-valur tagħhom għall-koltivazzjoni u għall-użu;
(ċ) għall-aċċettazzjoni ta’ varjetajiet (inbred lines, ibridi) li huma maħsuba biss bħala komponenti għal varjetajiet ibridi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ paragrafu 1.
3. Fil-każ ta’ varjetajiet għal liema l-punt (a) tal-paragrafu 2 japplika, jista’ jiġi deċiż li, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), u sal-punt li dan huwa ġustifikat fl-interess taċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ żerriegħa fil-Komunità, li l-varjetajiet iridu jintwerew permezz ta’ eżami xieraq li huwa adattat għall-għan għal liema huwa dikjarat li huma maħsuba. F’każijiet bħal dawn, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-eżami.
4. Fil-każ ta’ varjetà ġenetikament modifikata fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 90/220/KEE ir-rilaxx deliberat fl-ambjent tal-varjetà għandha tiġi aċċettata biss jekk il-miżuri xierqa kollha jkunu ttieħdu biex jiġu evitati effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u l-ambjent.
5. B'żieda ma' dan, meta materjal derivat minn varjetà ta' pjanta hu intenzjonat li jintuża f'ikel li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3, jew f'għalf li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament ( 12 ), il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss jekk tkun ġiet approvata skond dak ir-Regolament.
6. Fl-interess li jiġu konservati riżorsi ġenetiċi ta’ pjanti kif speċifikat fl-Artikolu 20(2), l-Istati Membri jistgħu joħorġu l-barra mill-kriterji ta’ aċċettazzjoni dikjarati fl-ewwel sentenza ta’ paragrafu 1 sakemm u safejn kondizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 20(3)(a) u (b).
L-Artikolu 5
1. Varjetà tista’ titqies bħala distinta jekk, tkun xi tkun l-oriġini tagħha, artifiċjali jew naturali, tal-varjazzjoni inizjali minn liema irriżultat, tingħaraf b’mod ċar permezz ta’ karatteristika waħda jew aktar minn xi varjetà magħrufa fil-Komunità.
Il-karatteristiċi ta’ varjetà għandhom ikunu kapaċi ta’ għarfien preċiż u definizzjoni preċiża.
Varjetà magħrufa fil-Komunità għandha tkun xi varjetà li, fil-ħin meta l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li trid tiġi stmata issir kif suppost, hija:
— jew imniżżla f’lista fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew fil-katalgu ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix ta’ l-ikel; jew
— mingħajr ma tkun tniżżlet f’lista f’wieħed minn dawk il-katalgi, ġiet aċċettata jew sottomessa għal aċċettazzjoni fl-Istat Membru msemmi jew fi Stat Membru ieħor, jew għaċ-ċertifikazzjoni u l-bejgħ fis-suq, jew għaċ-ċertifikazzjoni għal pajjiżi oħra,
kemm-il darba il-kondizzjonijiet m’ għandhomx jitwettqu fl-Istati Membri kollha konċernati qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà li trid tiġi stmata.
2. Varjetà għandha titqies bħala stabbli jekk, wara propagazzjoni jew moltiplikazzjonijiet suċċessivi jew fit-tmiem ta’ kull ċiklu (fejn dak li jrabbi iddefinixxa ċiklu partikolari ta’ propagazzjoni jew moltiplikazzjonijiet) tibqa’ lejali għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tagħha.
3. Varjetà għandha titqies bħala uniformi biżżejjed jekk, minbarra xi ftit aberrazzjonijiet, il-pjanti komposti minnha huma, meta jitqiesu l-fatturi distintivi tas-sistemi riproduttivi tal-pjanti, simili jew ġenetikament identiċi rigward il-karatteristiċi, meħuda bħala ħaġa waħda, li huma kkunsidrati għal dan il-għan.
4. Il-valur ta’ varjetà għall-koltivazzjoni jew għall-użu għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, meta mqabbla ma’ varjetajiet oħra aċċettati fil-katalgu ta’ l-Istat Membru msemmi, l-kwalitajiet tagħha, meta titqies fl-intier tagħha, toffri, għall-inqas fejn produzzjoni f’xi reġjun mogħti hija kkonċernata, titjib ċar jew għall-koltivazzjoni jew rigward l-użu li jista’ jsir mill-uċuh tar-raba’ jew il-prodotti li joħorġu minnhom. Fejn karatteristiċi oħra superjuri huma preżenti, jistgħu jitwarrbu karatteristiċi individwali inferjuri.
L-Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-varjetajiet li jiġu mill-Istati Membri l-oħra huma suġġetti għall-istess ħtiġijiet, b’mod partikolari rigward il-proċedura ta’ aċċettazzjoni, bħal dawk li japplikaw għal varjetajiet domestiċi.
L-Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-aċċettazzjoni ta’ varjetajiet tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta’ eżamijiet uffiċjali, partikolarment provi ta’ tkabbir, li jkopru numru suffiċjenti ta’ karatteristiċi għall-varjetà li trid tiġi deskritta. Il-metodi wżati għall-istabbilizzazzjoni ta’ karatteristiċi jridu jkunu eżatti u ta’ min joqgħod fuqhom. Sabiex tiġi stabbilita ċarezza, il-provi tat-tkabbir għandhom jinkludu għall-inqas il-varjetajiet komparabbli disponibbli li huma varjetajiet magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1). Għall-għanijiet li jiġi applikat l-Artikolu 9, varjetajiet komparabbli disponibbli oħra għandhom jiġu nklużi.
2. Dawn li ġejjin għandhom jiġu fissati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), filwaqt li jitqies it-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti:
(a) il-karatteristiċi li jridu jiġu koperti bħala minimu mill-eżamijiet ta’ l-ispeċi varji;
(b) il-ħtiġijiet minimi għat-twettieq ta’ l-eżami;
(ċ) l-arranġamenti meħtieġa għall-provi tat-tkabbir iridu jitwettqu bil-ħsieb li jiġi stmat il-valur għall-koltivazzjoni jew għall-użu; dawn l-arranġamenti jistgħu jistabbilixxu:
— il-proċeduri u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri kollha jew ħafna minnhom jistgħu jiftiehmu biex jinkludu fil-provi tat-tkabbir, permezz ta’ assistenza amministrattiva, varjetajiet għal liema talba għal aċċettazzjoni iddaħħlet fi Stat Membru ieħor,
— it-termini ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri parteċipanti,
— l-impatt tar-riżultati tal-provi tat-tkabbir,
— il-livelli li għandhom x’jaqsmu mat-tagħrif dwar provi tat-tkabbir għall-istima tal-valur għall-koltivazzjoni jew għall-użu.
3. Fejn eżami tal-komponenti ġenealoġiċi huwa meħtieġ sabiex jiġu studjati ibridi u varjetajiet sintetiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ l-eżami u d-deskrizzjoni tal-komponenti ġenealoġiċi huma, jekk jitlob hekk dak li jrabbi, trattati bħala konfidenzjali.
4.
(a) Fil-każ ta’ varjetà ġenetikament modifikata riferita fl-Artikolu 4(4), għandha titwettaqstima ta’ riskju ambjentali ekwivalenti għal dik preskritta fid-Direttiva 90/220/KEE.
(b) Il-proċeduri li jiżguraw li l-istima tar-riskju ambjentali u elementi rilevanti oħra għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 90/220/KEE għandhom jiddaħħlu fuq proposta mill-Kummissjoni, f’Regolament tal-Kunsill ibbażata fuq il-bażi legali fit-Trattat. Sakemm dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ varjetajiet ġenetikament modifikati għandhom jiġu aċċettati għal inklużjoni f’katalgu nazzjonali wara li jkunu ġew aċċettati għall-bejgħ fis-suq skond id-Direttiva 90/220/KEE.
(ċ) L-Artikoli 11 sa 18 tad-Direttiva 90/220/KEE m’għandhomx jibqgħu japplikaw għal varjetajiet ġenetikament modifikati ladarba r-Regolament riferit f’punt (b) fuq ikun daħal fis-seħħ.
(d) Id-dettalji tekniċi u xjentifiċi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istima tar-riskju ambjentali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà intenzjonata biex tintuża f'ikel jew f'għalf kif imfisser fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( 13 ) tkun aċċettata biss jekk tkun ġiet awtorizzata skond il-leġislazzjoni rilevanti.
L-Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li meta tiġi depożitata applikazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ varjetà, l-applikant jindika jekk tkunx diġà saret applikazzjoni għall-aċċettazzjoni fi Stat Membru ieħor, liema Stat Membru kien ikkonċernat u jekk l-applikazzjoni ġietx konċessa.
L-Artikolu 9
1. Kull Stat Membru għandu jirranġa għal pubblikazzjoni uffiċjali tal-katalgu ta’ varjetajiet aċċettati fit-territorju tiegħu u ta’ l-isem tal-persuna jew persuni responsabbli għall-manutenzjoni tal-varjetà fil-pajjiż tiegħu. Meta diversi persuni jkunu responsabbli għall-manutenzjoni ta’ varjetà, l-ismijiet m’għandhomx għalfejn jiġu ppubblikati. Jekk l-ismijiet għandhom mhumiex pubblikati, il-katalgu għandu jindika l-awtorità li żżomm il-lista ta’ ismijiet ta’ persuni responsabbli għall-manutenzjoni tal-varjetà.
2. L-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni li l-varjetà hija magħrufa bl-istess isem fl-Istati Membri kollha.
Jekk ikun magħruf li ż-żerriegħa jew il-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà msemmija huma mibjugħa f’pajjiż ieħor taħt isem differenti, dak l-isem għandu jkun indikat ukoll fil-katalgu.
3. Waqt li jitqies it-tagħrif disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li varjetà li ma tintgħarafx b’mod ċar:
— minn varjetà aċċettata minn qabel fl-Istat Membru msemmi jew fi Stat Membru ieħor, jew
— minn varjetà oħra li ġiet stmata rigward ċarezza, stabbilità u uniformità skond ir-regoli li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva, mingħajr, madankollu, ma tkun varjetà magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1),
iġġorr l-isem ta’ dik il-varjetà. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tapplika jekk ikun hemm ċans li dan l-isem iqarraq jew jikkawża konfużjoni rigward il-varjetà msemmija, jew jekk, skond id-disposizzjonijiet kollha ta’ l-Istat Membru konċernat li jirregola l-ismijiet tal-varjetajiet, fatturi oħra jipprevjenu l-utilizzazzjoni tiegħu, jew jekk id-drittijiet ta’ partijet terzi jimpedixxu l-użu ħieles ta’ dak l-isem li għandu x’jaqsam mal-varjetà msemmija.
4. L-Istati Membri għandhom jiġbru fajl fuq kull varjetà aċċettata, li jikkontjeni deskrizzjoni tal-varjetà u sommarju ċar tal-fatti kollha fuq liema kienet ibbażata l-aċċettazzjoni. Id-deskrizzjoni tal-varjetajiet għandhom jirrelataw ma’ pjanti prodotti direttament minn żerriegħa u pjanti żgħar tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata u materjal ta’ propagazzjoni”.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetajiet ġenetikament modifikati li ġew aċċettati huma ndikati hekk b’mod ċar fil-katalgu tal-varjetajiet. Għandhom jiżguraw ukoll li kull persuna li tbiegħ fis-suq varjetà bħal din tindika b’mod ċar fil-katalgu tal-bejgħ tagħha li l-varjetà hija ġenetikament modifikata.
6. Sakemm u safejn huwa meqjus kemm huwa xieraq id-denominazzjoni ta’ varjetà, l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti ( 14 ) għandu jgħodd.
Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati rigward kemm huma xierqa id-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
L-Artikolu 10
1. Kull applikazzjoni jew irtirar ta’ applikazzjoni għal aċċettazzjoni ta’ varjetà, kull daħla fil-katalgu ta’ varjetajiet kif ukoll kull emenda għalihom għandhom jiġu mgħarrfa mill-aktar fis lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom, għal kull varjetà ġdida aċċettata, jibgħatu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni deskrizzjoni qasira tal-karatterisitiċi l-aktar importanti għall-użu tagħha. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ varjetajiet (inbred lines, ibridi) li huma maħsuba biss bħala komponenti għal varjetajiet finali. Għandhom, fuq talba, jikkomunikaw ukoll il-kwalitajiet speċjali li jippermettu lill-varjetà li tkun distingwibbli minn varjetajiet simili oħra.
3. Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-fajls riferiti fl-Artikolu 9(4) dwar il-varjetajiet li huma aċċettati jew li waqfu milli jiġu aċċettati. Tagħrif skambjat li jikkonċerna dawn il-fajls għandu jiġi trattat bħala kunfidenzjali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fajls ta’ aċċettazzjoni jkunu disponibbli għall-użu personali u esklussiv ta’ kull persuna kapaċi li turi interess leġittimu. Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw fejn it-tagħrif irid, taħt l-Artikolu 7(3), jiġi trattat bħala kunfidenzjali.
5. Fejn aċċettazzjoni ta’ varjetà hija rifjutata jew revokata, ir-riżultati ta’ l-eżamijiet għandhom isiru disponibbli għal persuni affettwati minn deċiżjoni bħal din.
L-Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-varjetajiet aċċettati jridu jinżammu skond il-prattiċi aċċettati għall-manutenzjoni tal-varjetà.
2. Għandu jkun possibbli li f’kull waqt jista’ jiġi spezzjonat il-manutenzjoni fir-rekords miżmuma mill-persuna jew il-persuni responsabbli għall-varjetà. Dawn ir-rekords għandhom ikopru l-produzzjoni tal-ġenerazzjonjiet kollha qabel iż-żerriegħa bażika jew materjal ta’ propagazzjoni.
3. Kampjuni jridu jintalbu mill-persuna responsabbli għall-varjetà. Kampjuni bħal dawn jistgħu jekk ikun meħtieġ jittieħdu b’mod uffiċjali.
4. Fejn ikun hemm manutenzjoni fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih il-varjetà ġiet aċċettata, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament rigward verifikazzjoni.
L-Artikolu 12
1. Aċċettazzjoni għandha tkun valida sa’ l-aħħar ta’ l-għaxar sena tal-kalendarju wara l-aċċettazzjoni.
Aċċettazzjoni tal-varjetajiet mill-awtoritajiet ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża qabel l-unifikazzjoni Ġermaniża għandha tkun valida sa’ l-aktar tard l-aħħar ta’ l-għaxar sena tal-kalendarju wara d-dħul tagħhom fil-katalgu ta’ varjetajiet imfassla mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skond l-Artikolu 3(1).
2. Aċċettazzjoni ta’ varjetà tista’ tiġġedded mill-ġdid f’intervalli msemmija jekk tkun għadha koltivata fuq skala li tiġġustifika dan, jew għandha tinżamm fl-interess ta’ konservazzjoni ta’ riżorsi ta’ pjanti ġenetiċi, u basta iżda li l-ħtiġijiet rigward ċarezza, uniformità u stabbilità, jew il-kriterji stabbiliti taħt l-Artikolu 20(2) u (3), għadhom sodisfatti. Minbarra fil-każ ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 applikazzjonijiet għal tiġdid għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard minn sentejn qabel ma jiskadi ż-żmien ta’ aċċettazzjoni.
3. Il-perjodu ta’ validità ta’ aċċettazzjoni għandha tiġi estiża proviżorjament sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.
L-Artikolu 13
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull dubju li jista’ jinħoloq wara l-aċċettazzjoni ta’ varjetà li jikkonċerna l-istima taċ-ċarezza tagħha jew ta’ isimha fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni huma ċċarati.
2. Fejn, wara aċċettazzjoni ta’ varjetà, huwa stabbilit li l-kondizzjoni li jikkonċerna ċ-ċarezza fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ma ġietx imwettqa fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni, l-aċċettazzjoni għandha tinbidel minn deċiżjoni oħra jew, fejn ikun xieraq, revokazzjoni, li tikkonforma ma’ din id-Direttiva.
Permezz ta’ din id-deċiżjoni l-oħra, il-varjetà għandha, b’effett mid-data ta’ l-aċċettazzjoni inizjali tagħha, ma tibqax titqies bħala varjetà magħrufa fil-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1).
3. Fejn, wara aċċettazzjoni ta’ varjetà, huwa stabbilit li l-isem tagħha fit-tifsira ta’ l-Artikolu 9 ma kienitx aċċettabbli meta l-varjetà kienet aċċettata, l-isem għandu jiġi adattat b’tali mod li jikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-isem ta’ qabel jista’ jintuża temporanjament bħala isem addizzjonali. L-arranġamenti dettaljati skond liema l-isem ta’ qabel jista’ jintuża’ bħala isem addizzjonali jistgħu jiġu preskritti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2).
4. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) regoli jistgħu jiġu stabbiliti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
L-Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li aċċettazzjoni ta’ varjetà hija revokata:
(a) jekk turi, b’eżami, li l-varjetà m’għadhiex distinta, stabbli jew uniformi biżżejjed;
(b) jekk il-persuna jew persuni responsabbli għall-varjetà titlob hekk, sakemm ikun hemm manutenzjoni tal-varjetà.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-aċċettazzjoni ta’ varjetà:
(a) jekk il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva mhumiex imħarsa;
(b) jekk, fil-ħin ta’ l-applikazzjoni għal aċċettazzjoni jew matul eżami, partikolaritajiet foloz jew frawdolenti ġew forniti rigward il-fatturi fuq il-bażi ta’ liema ġiet konċessa l-aċċettazzjoni.
L-Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà tiġi mħassra mill-katalgu tagħhom jekk aċċettazzjoni tal-varjetà ġiet revokata jew jekk il-perjodu ta’ validità ta’ l-aċċettazzjoni tkun skadiet.
2. L-Istati Membri jistgħu, rigward it-territorju tagħhom, iħallu perjodu għaċ-ċertifikazzjoni u l-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa jew materjal ta’ propagazzjoni l-iktar sat-30 ta’ Ġunju tat-tielet sena wara d-data ta’ skadenza ta’ l-aċċettazzjoni.
Fil-każ ta’ varjetajiet li ġew imniżżla f’lista skond l-Artikolu 16(1) fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet riferiti fl-Artikolu 17, il-perjodu ta’ aċċettazzjoni li jiskadi l-aħħar fost dawk konċessi mid-diversi Stati Membri taħt l-ewwel subparagrafu għandu japplika għal bejgħ fis-suq fl-Istati Membri kollha, basta iżda li ż-żerriegħa jew il-materjali ta’ propagazzjoni tal-varjetà kkonċernata ma tkunx ġiet suġġetta għal xi restrizzjoni fis-suq rigward il-varjetà.
L-Artikolu 16
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’effett mill-pubblikazzjoni riferit fl-Artikolu 17, żerriegħa ta’ varjetajiet aċċettati skond din id-Direttiva jew skond il-prinċipji li jikkorrispondu għal dawk ta’ din id-Direttiva mhiex suġġetta għal xi restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-varjetà.
2. Stat Membru jista’, fuq applikazzjoni li trid tiġi trattata taħt il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) jew fl-Artikolu 23(3) fil-każ ta’ varjetajiet ġenetikament modifikati, ikun awtorizzat li jipprojbixxi l-użu tal-varjetà fit-territorju kollu jew parti minnu jew li jippreskrivi kondizzjonijiet xierqa għal koltivazzjoni tal-varjetà skond, fil-każijiet provvduti fis-subparagrafu (ċ), flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tal-prodotti li jirriżultaw minn koltivazzjoni bħal din:
(a) fejn ikun stabbilit li l-koltivazzjoni tal-varjetà tista’ tkun ta’ ħsara mill-lat ta’ saħħa tal-pjanti għall-koltivazzjoni ta’ varjetajiet jew speċi oħra; jew
(b) fejn provi uffiċjali ta’ tkabbir imwettqa fl-Istati Membri applikanti, bl-Artikolu 5(4) applikat korrispondentement, juru li l-varjetà, fl-ebda parti mit-territorju tiegħu, ma tipproduċi riżultati li jikkorrispondu għal dawk miksuba minn varjetà komparabbli aċċettata fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew, fejn ikun magħruf sew li l-varjetà mhiex adattata għal koltivazzjoni f’kull parti tat-territorju tiegħu minħabba fit-tip ta’ klassi ta’ maturità. L-applikazzjoni għandha tkun depożitata qabel l-aħħar tat-tielet sena tal-kalendarju wara dik ta’ l-aċċettazzjoni;
(ċ) fejn ikollu raġunijiet validi oħra għajr dawk diġà msemmija jew li setgħu kienu msemmija matul il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2) biex jikkunsidra li l-varjetà tippreżenta riskju għas-saħħa umana u għall-ambjent.
L-Artikolu 17
Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tat-tagħrif provvdut mill-Istati Membri u minħabba li din hija rċevuta, tippubblika fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej taħt it-titolu “Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli” lista tal-varjetajiet kollha li minnhom iż-żerriegħa u l-materjal ta’ propagazzjoni, taħt l-Artikolu 16, mhumiex suġġetti għal xi restrizzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq rigward varjetà, u anke t-tagħrif meħtieġ taħt l-Artikolu 9(1) li jikkonċerna l-persuna jew il-persuni responsabbli għall-manutenzjoni tal-varjetà. L-avviż ippubblikat għandu jindika l-Istati Membri li rċevew awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 18.
L-avviż ippubblikat għandu jniżżel f’lista dawk il-varjetajiet għal liema perjodu ġie applikat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(2). Dan għandu jindika t-tul tal-perjodu u, fejn xieraq, l-Istati Membri għal liema l-perjodu ma japplikax.
L-avviż pubblikat għandu jindika b’mod ċar dawk il-varjetajiet li ġew ġenetikament modifikati.
L-Artikolu 18
Jekk ikun stabbilit li l-koltivazzjoni ta’ varjetà inkluża fil-katalgu komuni tal-varjetajiet tista’ f’xi Stat Membru tkun ta’ ħsara mill-lat ta’ saħħa tal-pjanti għal koltivazzjoni ta’ varjetajiet jew speċi oħra, jew tippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa umana, dak l-Istat Membru jista’ fuq applikazzjoni, ikun awtorizzat skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) jew fl-Artikolu 23(3) fil-każ ta’ varjetà ġenetikament modifikata li jipprojbixxi l-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa jew materjali ta’ propagazzjoni ta’ dik il-varjetà fit-territorju kollu jew parti minnu. Fejn ikun hemm periklu imminenti ta’ firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara jew periklu imminenti għas-saħħa umana jew għall-ambjent, dik il-projbizzjoni tista’ tiġi mposta mill-Istat Membru kkonċernat kemm jista’ jkun malajr wara li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet depożitata sa dak il-waqt li tkun ittieħdet deċiżjoni finali. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien perjodu ta’ tliet xhur skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2) jew l-Artikolu 23(3) fil-każ ta’ varjetà ġenetikament modifikata.
L-Artikolu 19
Fejn varjetà ma tibqax tiġi aċċettata fl-Istat Membru li jkun aċċettaha inizjalment, Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jkomplu jaċċettaw dik il-varjetà basta iżda li l-ħtiġijiet għal aċċettazzjoni jibqgħu jintlaħqu fit-territorju tagħhom u dak il-manteniment jibqa’ żgurat.
L-Artikolu 20
1. Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) biex jitqiesu l-iżviluppi rigward il-kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tinbiegħ.
2. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1994 dwar il-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, ġbir u utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura ( 15 ), kondizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) biex jitqiesu l-iżviluppi rigward il-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ pjanti matul it-tkabbir u l-bejgħ fis-suq ta’ landraces u varjetajiet li huma adattati b’mod naturali għall-kondizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn erożjoni ġenetika.
3. Il-kondizzjonijiet speċifiċi riferiti fil-paragrafu 2 fuq għandhom jinkludu b’mod partikolari il-punti li ġejjin:
(a) landraces u varjetajiet għandhom jiġu aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-proċedura għal aċċettazzjoni uffiċjali għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kwalità u l-ħtiġijiet. B’mod partikolari r-riżultati ta’ testijiet mhux uffiċjali u tagħrif miksub minn esperjenza prattika matul il-koltivazzjoni, riproduzzjoni u l-użu u d-deskrizzjonijiet dettaljati tal-varjetajiet u d-denominazzjonijiet rilevanti tagħhom, kif mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat, għandhom jitqiesu, u jekk suffiċjenti, għandhom jirriżultaw f’eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ eżami uffiċjali. Fuq aċċettazzjoni ta’ landrace jew varjetà bħal din, għandha tiġi ndikata bħala “varjetà ta’ konservazzjoni” fil-katalgu komuni;
(b) restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.
L-Artikolu 21
Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fl-erja ta’ konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi.
L-Artikolu 22
1. Huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabbilixxi jekk:
(a) l-eżamijiet uffiċjali ta’ varjetajiet imwettqa fil-pajjiż terz joffru l-istess assigurazzjonijiet bħal dawk provvduti fl-Artikolu 7 u mwettqa fl-Istati Membri;
(b) l-ispezzjonijiet fuq prattiċi għall-manutenzjoni ta’ varjetajiet imwettqa fil-pajjiż terz joffru l-istess assigurazzjoni bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll rigward xi Stat Membru ġdid mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data li fiha se jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
L-Artikolu 23
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija mwaqqfa mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 66/399/KEE ( 16 ).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.
L-Artikolu 24
Minbarra fejn provvdut mod ieħor fl-Artikoli 16 u 18, din id-Direttiva għandha mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi ta’ protezzjoni ta’ saħħa u ħajja umana, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali.
L-Artikolu 25
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.
L-Artikolu 26
1. Id-Direttiva 70/457/KEE kif emendata mid-Direttivi mniżżla f’lista fl-Anness I parti A, huma hawnhekk imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikonċernaw il-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Deċiżjonijiet imsemmija mfassla fl-Anness I parti B.
2. Ir-referenzi għad-Direttivi għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.
L-Artikolu 27
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 28
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
PARTI A
DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(riferiti fl-Artikolu 26)
Direttiva 70/457/KEE (ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1) |
|
Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37) |
li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE fl-Artikoli 1 u 2 |
Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22) |
l-Artikolu 7 biss |
Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79) |
l-Artikolu 7 biss |
Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, p. 23) |
l-Artikolu 6 biss |
Direttiva tal-Kunsill 79/692/KEE (ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 1) |
l-Artikolu 3 biss |
Direttiva tal-Kunsill 79/967/KEE (ĠU L 293, ta' l-20.11.1979, p. 16) |
l-Artikolu 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 80/1141/KEE (ĠU L 341, tas-16.12.1980, p. 27) |
l-Artikolu 1 biss |
Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE (ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 23) |
l-Artikolu 5 biss |
Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31) |
l-Artikolu 6 biss |
Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48) |
li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE l-Artikolu 2 u l-Anness II(I)(6) |
Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1) |
l-Artikolu 6 biss |
Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27) |
l-Artikolu 6 biss |
PARTI B
DATI TA’ L-GĦELUQ GĦAT-TRASPOSIZZJONI F’LIĠI NAZZJONALI
(riferiti fl-Artikolu 26)
Direttiva |
Data ta' l-għeluq għat-trasposizzjoni |
70/457/KEE |
|
70/274/KEE |
1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1) |
1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2) |
|
72/418/KEE |
1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 7) |
73/438/KEE |
1 ta' Lulju 1974 (l-Artikolu 7) |
78/55/KEE |
1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 6) |
79/692/KEE |
1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 3(9)) |
1 ta' Lulju 1982 (disposizzjonijiet oħra) |
|
79/967/KEE |
1 ta' Lulju 1982 (l-Artikolu 2) |
80/1141/KEE |
1 ta' Lulju 1980 (l-Artikolu 1) |
86/155/KEE |
1 ta' Marzu 1986 (l-Artikolu 5) |
88/380/KEE |
1 ta' Jannar 1986 (l-Artikolu 6(5) u (6)) |
1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijiet oħra) |
|
90/654/KEE |
|
98/95/KE |
1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23) |
98/96/KE |
1 ta' Frar 2000. |
(1) Għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, 1 Lulju 1973; għall-Greċja l-1 ta' Jannar 1986; għal Spanja 1 ta' Marzu 1986; u għall-Portugal 1 ta' Jannar 1989 għal speċi speċifiċi riferiti fid-Direttiva dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf - Lolium multiflorum Lam, Lolium perenne L. u Vicia sativa, L. u d-Direttiva dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa taċ-ċereali - Hordeum vulgare L., Oryza sativa, Triticum aestivum L. emend. Fiori and Paol, u Trisicum durum Desf. Zea mays L. - u għall-ispeċi l-oħra riferiti minn din id-Direttiva 1 Jannar 1991. (2) 1 ta' Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja. — il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jippostponu sal-31 ta' Diċembru 1995 l-aktar tard, l-applikazzjoni fit-territorji tagħhom ta' din id-Direttiva rigward il-bejgħ fis-suq fit-territorji tagħhom ta' żerriegħa ta' varjetajiet imniżżla f'lista fil-katalgi nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u varjetajiet ta' speċi ta' pjanti tal-ħaxix li għadhom ma ġewx aċċettati uffiċjalment skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Żerriegħa ta' varjetajiet bħal dawn m' għandhomx jitħallew jinbiegħu fis-suq fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra matul dan il-perjodu, — varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u tal-ħaxix li, fid-data ta' l-adeżjoni jew sussegwentement, huma mniżżla fiż-żewġ katalgi nazzjonali rispettivi tal-Finlandja u l-Isvezja u fil-katalgi komuni, m'għandhomx jiġu suġġetti għal xi restrizzjonijiet ta' bejgħ fis-suq rigward varjetà, — matul il-perjodu msemmi fl-ewwel indent, dawk il-varjetajiet fil-katalgi nazzjonali rispettivi tal-Finlandja u ta' l-Isvezja li ġew aċċettati uffiċjalment skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija fuq għandhom jiġu nklużi fil-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew tal-ħaxix, rispettivament. |
L-ANNESS II
TABELLA TAL-KORRELAZZJONI
Direttiva 70/457/KEE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 22 |
L-Artikolu 1(3) |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3(1) |
L-Artikolu 3(1) |
L-Artikolu 3(1a) |
L-Artikolu 3(2) |
L-Artikolu 3(2) |
L-Artikolu 3(3) |
L-Artikolu 3(3) |
L-Artikolu 3(4) |
L-Artikolu 3(4) |
L-Artikolu 3(5) |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 12a |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 16 |
– |
L-Artikolu 17 |
– |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 20a |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 21(1) |
L-Artikolu 22(1) |
L-Artikolu 21(3) |
L-Artikolu 22(2) |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 23(1), (2) u (4) |
L-Artikolu 23a |
L-Artikolu 23(1), (3) u (4) |
L-Artikolu 24 |
L-Artikolu 24 |
L-Artikolu 24a |
L-Artikolu 21 |
– |
L-Artikolu 25 (1) |
– |
L-Artikolu 26 |
– |
L-Artikolu 27 |
– |
L-Artikolu 28 |
– |
L-ANNESS I |
– |
L-ANNESS II |
– |
|
(1) 98/95/KE L-Artikolu 9(2) u 98/96/KE l-Artikolu 8(2). |
( 1 ) Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/96/KE (ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27).
( 3 ) Ara l-Anness I, Parti A.
( 4 ) Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 5 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/64/KE (ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 60).
( 6 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/64/KE.
( 7 ) Ara paġna 60 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 8 ) Ara paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 9 ) ĠU L 117, tat-8.5.1970, p. 15. Direttiva mħassra mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1).
( 10 ) ĠU L 43, ta’ l-14.2.1997, p. 1.
( 11 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 12 ) ĠU L 268, tat-18.10.2003, pġ. 1.
( 13 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, pġ. 1.
( 14 ) ĠU L 227, ta’ l-1.09.1994, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 (ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3).
( 15 ) ĠU L 159, tat-28.6.1994, p. 1.
( 16 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66.