Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R0912-20050106

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/912/2005-01-06

    2001R0912 — MT — 06.01.2005 — 003.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2001

    ta’ l-10 ta’ April 2001

    li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola

    (ĠU L 129, 11.5.2001, p.4)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 46/2003 tal-10 ta’ Jannar 2003

      L 7

    61

    11.1.2003

    ►M3

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 907/2004 tad-29 ta' April 2004

      L 163

    50

    30.4.2004




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2001

    ta’ l-10 ta’ April 2001

    li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola



    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 ( 2 ) u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-fażola hija mniżżla fost il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom iridu jiġu adottati n-normi. Ir-regolament Nru 58 tal-Kummissjoni li jippreskrivi il-kwalitajiet komuni tal-kwalità għal ċerti prodotti elenkati taħt l-Anness I B tar-Regolament nru 23 dwar l-istabiliment progressiv ta’ l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħaxix ( 3 ), skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (Ke) Nru 2561/1999 ( 4 ), kien is-suġġett ta’ ħafna amendi u m’għadux jassikura kjarezza legali.

    (2)

    Għaldaqstant, ir-regoli in kwistjoni għandhom jiġu żviluppati u r-Regolament Nru 58 għandu jitħassar. Għal dan l-iskop, għar-raġunijiet tat-trasparenza fis-suq dinji, għandu jitqies bħala n-norma għall-fażola rakkomandata mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jmorru u ta’ l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/EKE).

    (3)

    L-applikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati għandha tirriżulta f’li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti jitneħħew mis-suq, iġibu l-produzzjoni f’linja mal-ħteġijiet tal-konsumaturi u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bażati fuq il-kompetizzjoni bil-fier, biex b’hekk jgħinu t-titjib fil-qligħ (ta’ flus) tal-produzzjoni.

    (4)

    In-norma huma applikabbli għall-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq.Il-ġarr fuq distanzi twal, il-ħażna għal ċertu tul taż-żmien jew it-tqandil bl-idejn jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jmorru. Dan id-deterjorament għandha tiġi meqjusa meta jiġu applikati n-normi fl-istadji tal-bejgħ fis-suq wara li l-prodotti jintbagħat biex jinbiegħ. Ġaladarba l-prodotti tal-klassi “Extra” iridu jingħażlu u jiġu pakkjati b’kura partikolari, huwa n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin dawn il-prodotti illi jkunu jridu jttqjiesu f’dawn il-każijiet

    (5)

    Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    In-norma għall-bejgħ fis-suq tal-fażola li jidħol fil-kodiċi NM 0708 20 għandu jkun skond l-Anness.

    In-norma għandu japplika fl-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet dwar il-livell stabbilit:

     n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin, u

     għall-prodotti gradati fi klassijiet oħra għajr il-klassi “Extra”, deterjorament ħafif minħabba l-iżvilupp u x-xejra tagħhom li jinqerdu.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament Nru 58 jiġi mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika ill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jidħol fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    L-ANNESS

    IN-NORMI GĦALL-FAŻOLA

    I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

    Din in-norma tapplika għall-fażola tal-varjetajiet (varjetajiet imnissla bil-kultivazzjoni) imkabbra mill-Phaseolus vulgaris L. u l-Phaseolus coccineus L. li jridu jiġu forniti friski lill-konsumatur, bl-esklużżjoni tal-fażola għall-ipproċessar industrijali jew għall-kisi (‘shelling’).

    II.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

    L-għan tan-norma huwa li tiddefinixxi l-ħtieġa tal-kwalità għall-fażola wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

    A.   Ħtiġiet minimi

    Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-fażola trid tkun:

     bla mittiefsa ( 5 ),

     b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

     nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

     frisk fid-dehra,

     ħielsa mill-parċmina (endodem iebes),

     prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

     prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

     ħieles minn umdita mhux tas-soltu fuq barra,

     ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

    L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-fażola jridu jkunu tali illi jgħinuha:

     jiflaħ għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u

     jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

    B.   Klassifika

    Il-fażola hija klassifikata fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

    (i) Il-klassi “Extra”

    Il-fażola ta’ din il-klassi trid tkun ta’ kwalità superjuri. Trid Trid tkun karateristika tal-varjeta’ u/jew tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur.

    Trid tkun:

     wieqfa u faċilment tinqasam,

     tenera ħafna,

     dritta f’mod prattiku,

     mingħajr ħajta.

    Jekk ikun hemm iż-żerriegħa, trid tkun żgħira u ratba. Madankollu, il-fażola tat-tip ‘needle’ trid tkun mingħajr żerriegħa.

    Trid tkun ħielsa mid-difetti għajr xi difetti ħfief ħafna u superfiċjali, jekk kemm-il darba din ma teffettwax id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

    (ii) Għall-Klassi I

    Il-fażola li taqa’ taħt din il-klassi trid ikun ta’ kwalità tajba. triTrid tkun karatteristika tal-varjeta’ u/jew tat-tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur.

    Trid tkun:

     minfuħa,

     żgħira u tenera,

     prattikament mingħajr ħajta ħlief fil-każ tal-fażola għat-tqattiegħ.

    Jekk ikun iż-żerriegħa, tridu tkun żgħira u ratba.

    Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ:

     difetti żgħir fil-forma,

     difett żgħir fil-kulur,

     difett ħafif fil-qoxra.

    (iii) Għall-Klassi II

    Din il-klassi tinkludi l-fażola li ma tikkwalifikax biex tidħol fil-klassijiet l-iktar għolja iżda tissodisfa l-ħteġijiet minimi speċifikati hawn fuq.

    Trid tkun:

     raġġonevolment tenera,

     ħielsa minn tikkek tas-sadid fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’.

    Iż-żerriegħa, jekk preżenti, m’għandhomx ikunu kbar wisq u jridiu jkunu raġġonevolment ratba.

    Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, basta iżda illi l-fażola iżżomm il-karatteristiċi tal-kwalità’ essenzjali tagħha, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

     difetti fil-forma,

     difetti fil-kulur,

     difetti fil-qoxra,

     ħajt,

     tikkek żgħar tas-sadid ħlief fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’.

    III.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS

    Id-daqs huwa determinat mill-massimu wisa’ tal-qoxra mkejla f’angoli ta’ 90 grad mal-parti magħquda.

    L-għoti tad-daqs huwa obbligatorju għall-fażola tat-tip ‘needle’ biss, skond il-klassifikazzjoni segwenti:



    —  Tajba ħafna:

    Wisa' tal-qoxra li ma teċċedix is-6 mm,

    —  Tajba:

    Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix id-9 mm,

    —  Medja:

    Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix it-12 mm.

    Fażola medja tat-tip ‘needle’ tista titqiegħed fil-klassi “Extra”.

    IV.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

    Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs (jekk ikunu ġew imdaqqsa) f’kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi indikata,

    A.   Tolleranzi għall-kwalità

    (i)   Il-klassi “Extra”

    5 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għall-klassi, iżda li tilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

    (ii)   Għall-Klassi I

    10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għal din il-klaasi, imma li tilħaq ddik tal-Klassi II jew, eċċezzjonalmet, li tidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi. Fost din it-tolleranza, massima ta’ 5 % ikkalkulati skond in-numru jew il-piż jista’ jkollha ħajt fil-każ ta’ varjeta’ u/jew tip kummerċjali li għandha tkun mingħajr ħajta.

    Barra minn hekk, mhux aktar minn massimu ta’ 15 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha z-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti dejqa ta’ l-għonq nieqsam, jekk kemm-il darba dan il-qxur jiibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur.

    (iii)   Għall-Klassi II

    10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi u lanqas il-ħteġijiet minimi, għajr il-prodott affettwati mill-Kolletototrichum lidemuthianum (marda tat-tikkek tal-fażola), tħassir jew kwalunkwe deterjorazzjoni li jirrenduha mhux tajjeb għall-konsum.

    Barra minn hekk, mhux iktar minn massimu ta’ 30 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha iz-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti rqiqa tal-parti nieqsa mill-għonq, jekk kemm-il darba dan il-qxur jibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur.

    B.   Tolleranzi għad-daqs

    Għall-klassijiet (jekk imdaqqsa): 10 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

    V.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

    A.   L-uniformità

    Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun indaqs u jkun fih biss fażola ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk ikun ittieħed id-daqs tagħha).

    Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

    ▼M1

    Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti f’dan il-punt, prodotti kopriti b’dan ir-Regolament jistgħu jiġu mħallta, f’pakketti ta’ bejgħ  ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi ◄ , b’tipi differenti ta’ frott u ħaxix frisk skond il-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 48/2003 ( 6 ).

    ▼B

    B.   Il-pakkjar

    Il-fażola trid ikun ippakkjata b’tali mod li jitħares il-prodott kif jixraq.

    Il-materjali wżati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. Huwa mħolli l-użu ta’ materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li jġorru speċifikazzjonijiet kummerċjali basta iżda illi l-istampar jew it-tikkettjar ikunu ġew magħmula minn linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

    Il-pakkeġġi jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani.

    ▼M3

    Tikketti li jitwaħħlu individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu hekk li meta jitneħħew ma jħallux warajhom traċċi ta' kolla li jidhru u li dawn ma jwasslux għal difetti fil-ġilda.

    ▼B

    VI.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ

    Kull-pakkeġġ irid iġorr il-partikolaritajiwet li ġejjin, f’ittri miġjuba fi gruppi fuq l-istess naħa, markati leġibbilmnt u li ma jitħassrux, u li jidhru minn fuq barra:

    ▼M3

    A.  Identifikazzjoni

    L-isem u l-indirizz ta' min jippakkja u ta' min jibgħat.

    Dan id-dettall jista' jinbidel:

     fil-każ tal-pakkjar kollu ħlief pakkjar li jkun lest minn qabel, bil-marka ta' kowd maħruġa uffiċjalment u aċċettata li tirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun jibgħat, indikata f'konnessjoni mill-qrib bir-riferenza “Min Ippakkja u/jew Min Qed Jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet li jfissru l-istess);

     fil-każ biss ta' pakkjar li jkun tlesta minn qabel, b'isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'konnessjoni mill-qrib bid-dettall “Ippakkjat għal:” jew b'xi dettall li jfisser l-istess. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll xi kowd li jirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun qed jibgħat. Il-bejjiegħ irid jagħti l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa mill-korp ta' spezzjoni dwar it-tifsira ta' dan il-kowd

    ▼B

    B.  In-natura tal-prodott

     “Fażola” u/jew tip kummerċjali tal-kotenut mhumiex viżibbli minn barra.

     L-isem tal-varjetà (fuq għażla).

    C.  L-orġini tal-prodott

     Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post (lokali).

    D.  L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

     Il-klassi.

     Daqs:

     

     Għall-fażola tat-tip ‘needle’ indikat mill-kliem “tajbin ħafna”, “tajbin” jew “medji”;

     għall-fażola oħra (jekk imdaqqsa) indikata mill-wisa’ minima u massima tal-qoxra.

    E.  Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla)

    L-ippakkjar m'għandux għalfejn juri d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta dan ikun jinkludi pakkjar lest għall-bejgħ, li jkun jidher biċ-ċar minn barra u li jkun fih dawn id-dettalji. Dan il-pakkjar m'għandux ikollu indikazzjonijiet li jistgħu iqarrqu. Meta dan l-ippakkjar ikun imqiegħed fuq pallets, id-dettalji għandhom jidhru permezz ta' avviż imqiegħed f'pożizzjoni ovvja fuq għall-inqas żewġ naħat tal-pallet.



    ( 1 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    ( 2 ) Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    ( 3 ) ĠU C 56, tas-7.7.1962, p. 1606/62.

    ( 4 ) ĠU L 310, ta’ l-4.12.1999, p. 7.

    ( 5 ) Minħabba l-kultivazzjoni tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) u l-grad tal-ħsara permissibbli fit-tarf taz-zokk skond it-tolleranzi indikati.

    ( 6 ) ĠU L 7, tal-11.1.2003, P.65.

    Top