This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000R2488-20040501
Council Regulation (EC) No 2488/2000 of 10 November 2000 maintaining a freeze of funds in relation to Mr Milosevic and those persons associated with him and repealing Regulations (EC) Nos 1294/1999 and 607/2000 and Article 2 of Regulation (EC) No 926/98
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98
2000R2488 — MT — 01.05.2004 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 (ĠU L 287, 14.11.2000, p.19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 1205/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 |
L 163 |
14 |
20.6.2001 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2488/2000
ta' l-10 ta' Novembru 2000
li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni 2000/599/CFSP tad-9 ta' Ottubru 2000 dwar appoġġ għar-RFJ demokratika u t-tneħħija minnufih ta' xi miżuri restrittivi ( 1 ), u għall-Posizzjoni Komuni 2000/696/CFSP ta' l-10 ta' Novembru 2000 dwar iż-żamma ta' miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra is-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li:
(1) |
Fil-15 ta' Ġunju 1999, il-Kunsill addotta r-Regolament (KE) Nru 1294/1999 li jikkonċerna l-iffriżar tal-fondi u l-projbizzjoni fuq l-investiment dwar ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (RFJ) ( 3 ) minħabba l-vjolazzjoni kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja mill-Gvern ta' dak il-pajjiż. |
(2) |
Wara l-elezzjonijiet fl-24 ta' Settembru 2000, President ġdid tar-RFJ kien elett b'mod demokratiku u maħluf formalment, jiġifieri s-Sur V. Kostunica. |
(3) |
Fid-9 ta' Ottubru 2000, il-Kunsill approva dikjarazzjoni fuq ir-RFJ li titlob it-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha imposti fuq ir-RFJ mill-1998, bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet li jaffettwaw il-President tar-RFJ ta' qabel, is-Sur Slobodan Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu, peress li jkomplu jirrappreżentaw theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija fir-RFJ. |
(4) |
Għalhekk, l-iskop tad-disposizzjonijiet tal-qafas legali preżenti li jikkonċernaw l-iffriżar tal-fondi miżmuma barra mill-Gvernijiet tar-RFJ u tar-Repubblika tas-Serbja għandhom ikunu limitati li jkopru lis-Sur Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu. |
(5) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fi ħdan l-iskop tat-Trattat. |
(6) |
Għalhekk, u bil-għan li jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, il-leġiżlazzjoni Komunitarja hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija safejn għandu x'jaqsam it-territorju tal-Komunità. Territorju bħal dan huwa meqjus li jħaddan, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorji kollha ta' l-Istati Membri li għalihom hu applikabbli dan it-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet msemmija fit-Trattat. |
(7) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, ikollhom is-setgħa li jassiguraw konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Hemm il-bżonn għall-Kummissjoni u l-Istati Membri li jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u b'tagħrif rilevanti iehor għad-disposizzjoni tagħhom fuq dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti fejn għandhom x'jaqsmu xi oġġetti. |
(9) |
Huwa mixtieq li l-penalitajiet għall-vjolazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu ikunu imposti mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
Għar-raġunijiet tat-trasparenza u s-sempliċità, id-disposizzjonijiet ewlenija tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999 ġew inkorporati f'dan ir-Regolament u għalhekk ir-Regolament ta' qabel għandu jiġi mħassar. Għall-istess raġunijiet, ir-Regolament (KE) Nru 607/2000 ( 4 ) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 ( 5 ) għandhom ukoll jiġu mħassra. |
(11) |
Għandha ssir proċedura għall-emendament ta' l-Annessi ma' dan ir-Regolament u għall-għoti ta' eżenzjonijiet speċifiċi għall-għanijiet strettament umanitarji. |
(12) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jaħseb għall-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri t'implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni ( 6 ), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-fondi kollha miżmuma barra t-territorju tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja fil-pussess tas-Sur Milosevic u tal-persuni naturali assoċjati miegħu, kif imniżżel fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.
2. Ebda fondi m'għandhom jkunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe persuna msemmija fil-paragrafu 1.
3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
— fondi jfissru: attiv finanzjaru u benfiċċji ekonomiċi ta' kwalunkwe xorta, inklużi, imma mhux neċessarjament limitati għal, flus kontanti, ċekkijiet, drittijiet fuq flus, mandati, “money orders” u strumenti oħra ta' ħlas; depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entijiet oħrajn, bilanċi fuq il-kontijiet, djun u obbligazzjonijiet tad-djun; garanziji negozjati pubblikament jew privatament u strumenti tad-djun, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw il-garanziji, titoli, noti, warrants, obbligazzjonijiet, kuntratti derivattivi; l-interessi, id-dividendi jew dħul ieħor fuq jew valur minn jew iġġenerat mill-attiv; kreditu, id-dritt ta' tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew rabtiet finanzjarji oħrajn; ittri ta' kreditu, poloz, atti ta' bejgħ; dokumenti li juru dritt fil-fondi jew ir-riżorsi finanzjarji, u kwalunkwe strument ieħor ta' finanzjament fuq l-esportazzjoni;
— l-iffriżar tal-fondi għandu jfisser: il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta' jew negozju tal-fondi f'kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe tibdil fil-volum tagħhom, l-ammont, il-post, il-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew tibdil ieħor li jagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż t-tħaddim tal-“portfolio”, ħlief li kwalunkwe interessi jew dħul riżultanti jew kwalunkwe kapital li jiħallas lura awtomatikament meta jimmaturaw kwalunkwe fondi għandhom jitħallsu u jinżammu f'kont iffriżat.
Artikolu 2
1. Il-parteċipazzjoni, koxjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet relatati, li l-oġġett jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li n-negozji jew l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu promossi jew li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu evitati għandha tkun ipprojibita.
2. Kwalunkwe informazzjoni li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu evitati għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness II u/jew lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, kumpaniji ta' l-assigurazzjoni, u korpi oħrajn u persuni għandhom:
(a) jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilta l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-kontijiet u l-ammonti ffirżati skond l-Artikolu 1:
— lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II fejn huma residenti jew jinstabu, u
— direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni,
(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.
2. Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew irċevuta skond dan l-Artikolu għandha tiġi wżata biss għall-iskopijiet li għalihom kienet mogħtija jew irċevuta.
3. Kwalunwke informazzjoni direttament irċevuta mill-Kummissjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.
Artikolu 4
1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjonijiet imsemmija hawn taħt ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu (ċ) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' tmexxija msemmija fl-Artikolu 5(2).
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li:
(a) temenda l-Anness I, billi tikkunsidra d-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Posizzjoni Komuni 2000/696/CFSP,
(b) fuq bażi eċċezzjonali, li tagħti eżenzjonijiet lill-Artikolu 1 għal skopijiet strettament umanitarji.
(ċ) fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornita mill-Istati Membri, li temenda t-tagħrif fuq awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II.
3. Kwalunkwe talba minn persuna għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) jew għal emenda ta' l-Anness I għandha ssir permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness II.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-akbar reqqa possibli, l-informazzjoni mogħtija mill-persuni li jagħmlu talba.
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 2271/96.
2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 10 ġranet tax-xogħol.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
Artikolu 6
1. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jistgħu jitqajjmu jew mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.
2. Il-Kumitat għandu regolarment jirrevedi l-effettività tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-reviżjoni, tirraporta regolarment lill-Kunsill.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jagħtu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom rigward dan ir-Regolament, b'mod partikulari informazzjoni rċevuta skond Artikolu 3, u dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar jew sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 8
Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi x'sanzjonijiet għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru. Sanzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. Qabel l-adozzjoni, fejn meħtieg, ta' kwalunkwe leġislazzjoni b'dan il-għan, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom ikunu dawk determinati mill-Istati Membri skond Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1294/1999.
Artikolu 9
Ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/99 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament 9 (KE) Nru 926/98 għandhom ikunu mħassra.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
— fi ħdan it-territorju tal-Komunità inkluża l-arja tagħha,
— abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru,
— għal kwalunkwe persuna tkun fejn tkun li hija ċittadin ta' Stat Membru,
— għal kwalunkwe korp li hu inkorportat jew ikkostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-interezza tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Milosevic, Slobodan |
Ex-President tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, imwieled f'Pozarevac, Ir-Repubblika tas-Serbja, nhar l-20 ta' Awissu 1941 |
Gajic-Milosevic, Milica |
Mart ibnu, imwielda fl-1970 |
Markovic, Mirjana |
Martu, imwielda nhar l-10 ta' Lulju 1942 |
Milosevic, Borislav |
Ħuħ, imwieled fl-1936 |
Milosevic, Marija |
Bintu, imwielda fl-1965 |
Milosevic, Marko |
Ibnu, imwieled nhar it-2 ta' Lulju 1974 |
Milutinovic, Milan |
President tas-Serbja, imwieled f'Belgrad, Repubblika tas-Serbja, nhar id-19 ta' Diċembru 1942 |
Ojdanic, Dragoljub |
Ex-Ministru tad-Difiża, imwieled f'Ravni, Repubblika tas-Serbja, nhar l-1 ta' Ġunju 1941 |
Sainovic, Nikola |
Ex-Deputat Prim Ministru, imwieled f'Bor, Repubblika tas-Serbja, nhar is-7 ta' Diċembru 1948 |
Stojilkovic, Vlajko |
Ex-Ministru ta' l-Intern, imwieled f'Mala Krsna, Repubblika tas-Serbja, fl-1937 |
Mrksic, Mile |
Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Vriginmost, il-Kroazja, nhar l-20 ta' Lulju 1947 |
Radic, Miroslav |
Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled nhar l-1 ta' Jannar 1961 |
Sljivancanin, Veselin |
Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Zabljak, Ir-Repubblika tal-Montenegro, nhar it-13 ta' Ġunju 1953' |
ANNESS II
Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2(2), 3 u 4
IL-BELĠJU
Ministère des finances
“Trésorerie”
Avenue des Arts 30
B-1040 Bruxelles
Fax (32 2) 233 75 18
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Ministerstvo financí
Finanční analytický útvar
P.O. BOX 675
Jindřišská 14
111 21 Praha 1
Tel.: +420 2 57 044 501
Fax.: +420 2 57044502
ID-DANIMARKA
Erhvervsfremmestyrelsen
Langelinie Allé 17
DK-2100 København Ø
Tlf. (45) 35 46 60 00
Fax (45) 35 46 62 03
IL-ĠERMANJA
Landeszentralbank in Baden-Württemberg
Postfach 10 60 21
D-70049 Stuttgart
Tel. (07 11) 944-11 20/21/23
Fax (07 11) 944-19 06
Landeszentralbank im Freistaat Bayern
D-80291 München
Tel. (0 89) 28 89-32 64
Fax (0 89) 28 89-38 78
Landeszentralbank in Berlin und Brandenburg
Postfach 11 01 60
D-10831 Berlin
Tel. (0 30) 34 75/11 10/15/20
Fax (0 30) 34 75/11 90
Landeszentralbank in der Freien Hansestadt Hamburg, in Mecklenburg-Vorpommern und Schleswig-Holstein
Postfach 57 03 48
D-22772 Hamburg
Tel. (0 40) 37 07-66 00
Fax (0 40) 37 07-66 15
Landeszentralbank in Hessen
Postfach 11 12 32
D-60047 Frankfurt am Main
Tel. (0 69) 23 88-19 20
Fax (0 69) 23 88-19 19
Landeszentralbank in der Freien Hansestadt Bremen, in Niedersachsen und Sachsen-Anhalt
Postfach 2 45
D-30002 Hannover
Tel. (05 11) 30 33-27 23
Fax (05 11) 30 33-27 30
Landeszentralbank in Rheinland-Pfalz und im Saarland
Postfach 10 11 48
Tel. (02 11) 8 74-23 73/31 59
Fax (02 11) 8 74-23 78
Landeszentralbank in den Freistaaten Sachsen und Thüringen
Postfach 90 11 21
D-04103 Leipzig
Tel. (03 41) 8 60-22 00
Fax (03 41) 8 60-23 89
Bundesausfuhramt
Referat 214
Postfach 51 60
D-65726 Eschborn
Tel. (0 61 96) 9 08-0
Fax (0 61 96) 9 08-412
L-ESTONJA
Finantsinspektsioon
Sakala 4
15030 Tallinn
Tel: +372 66 80 500
Fax: +372 66 80 501
IL-GREĊJA
Is-Segretarju Ġenerali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali tal-Ministeru ta' l-Ekonomija Nazzjonali
Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ
Director V. Voutsinas
Ermou and Cornarou 1
GR-105 63 Athens
Tel. (301) 32 86 431-32
Fax (301) 32 86 434
L-ISPANJA
Ministerio de Economía
Dirección General de Comercio e Inversiones
Paseo de la Castellana, 162
E-28046 Madrid
Tel.: (34 91) 349 39 83
Fax: (34 91) 349 35 62
Dirección General del Tesoro y Política Financiera
Paseo del Prado, 6
E-28014 Madrid
Tel.: (34 91) 209 95 11
Fax: (34 91) 209 96 56
FRANZA
Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie
Direction du Trésor
Bureau E1
139, rue du Bercy
F-75572 Paris-cedex 12 SP
L-IRLANDA
L-Artikli 2( 2) u 3.
Central Bank of Ireland
Financial Markets Department
Dame Street
Dublin 2
Ireland
Tel. (353 1) 671 66 66
Artikolu 4 (2).
Department of Foreign Affairs
Bilateral Economic Relations Section
76-78 Hartcourt Street
Dublin 2
Ireland
Tel. (353 1) 408 24 92
L-ITALJA
Ministero del Commercio estero - ROMA
Gabinetto
Tel. (39 06) 59 93 23 10
Fax (39 06) 59 64 74 94
ĊIPRU
Υπουργείο Εξωτερικών
Λεωφόρος Προεδρικού Μεγάρου
1447 Λευκωσία
(Ministry of Foreign Affairs Presidential Palace Avenue 1447 Nicosia)
Tel: +357-22-300600
Fax: +357-22-661881
Γενικός Εισαγγελέας της Δημοκρατίας
Οδός Απελλή Αρ. 1
1403 Λευκωσία
(Attorney General of the Republic 1 Apellis Street 1403 Nicosia)
Tel: +357-22-889100
Fax: +357-22-665080
IL-LATVJA
Latvijas Republikas Ārlietu ministrija
Brīvības bulvāris 36
Rīga
LV 1395
Tel: +371 7016201
Fax: +371 7828121
IL-LITWANJA
Lietuvos Respublikos užsienio reikalų ministerija
J. Tumo-Vaižganto 2
LT-2600 Vilnius
Tel: +370 5 236 24 44
Fax. +370 5 231 30 90
IL-LUSSEMBURGU
Ministère des affaires étrangères
Direction des relations économiques internationales et de la coopération
BP 1602
L-1016 Luxembourg
L-UNGERIJA
Pénzügyminisztérium
József nádor tér 2-4.
1051 Budapest
Tel: +36-1-327 2100
Fax: +36-1-318 2570
MALTA
Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet
Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Valletta CMR 02
Tel: +356 21 24 28 53
Fax: +356 21 25 15 20
L-OLANDA
Ministerie van Financiën
Directie Wetgeving, Juridische en Bestuurlijke Zaken
Postbus 20201
2500 EE Den Haag
Nederland
Tel. (31-70) 342 82 27
Fax (31-70) 342 79 05
L-AWSTRIJA
Bundesministerium für wirtschaftliche Angelegenheiten
Abteilung II/A/2
Landstrasser Hauptstraße 55-57
A-1030 Wien
Österreichische Nationalbank
Otto Wagnerplatz 3
A-1090 Wien
Tel. (43 1) 40 420
IL-POLONJA
Ministerstwo Spraw Zagranicznych
Departament Prawno - Traktatowy
Al. J. Ch. Szucha 23
PL-00-580 Warszawa
Tel: +48 22 523 93 48
Fax: +48 22 523 91 29
IL-PORTUGALL
Ministério das Finanças
Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais
Avenida Infante D. Henrique, n.o 1C, 2.o
P-1100-273 Lisboa
IS-SLOVENJA
Artikoli 2(2), u 3:
Banka Slovenije
Slovenska 35
1505 Ljubljana
Tel: +386 (1) 471 90 00
Fax: +386 (1) 251 55 16
http://www.bsi.si
IS-SLOVAKKJA
Ministerstvo financií
Štefanovičova 5
817 82 Bratislava
Tel: +421 2 5 958 2201
Fax: +421 2 5 249 3531
IL-FINLANDJA
Ulkoasiainministeriö
PL 176
FIN-00161 Helsinki
Utrikesministeriet
PB 176
FIN-00161 Helsingfors
L-IŻVEZJA
Artikolu 2 (2).
Riksåklagaren
Box 16370
S-103 27 Stockholm
Tfn (46-8) 453 66 00
Fax (46-8) 453 66 99
L-Artikli 3 u 4(2).
Regeringskansliet
Utrikesdepartementet
Rättssekretariatet för EU-frågor
Fredsgatan 6
S-103 39 Stockholm
Tfn (46-8) 405 10 00
Fax (46-8) 723 11 76
IR-RENJU UNIT
Bank of England
Sanctions Emergency Unit
London EC2R 8AH
Tel. (44 207) 601 46 07
Fax (44 207) 601 43 09
HM Treasury
International Financial Services
Parliament Street
London SW1P 3AG
Tel. (44 207) 207 55 50
Fax (44 207) 207 43 65
( 1 ) ĠU L 261, tal-14.10.2000, p. 1.
( 2 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 3 ) ĠU L 153, tad-19.6.1999, p. 63. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1440/2000 (ĠU L 161, 1.7.2000, p. 68).
( 4 ) ĠU L 73, tat-22.3.2000, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2227/2000 (ĠU L 261, 14.10.2000, p. 3).
( 5 ) ĠU L 130, ta' l-1.5.1998, p. 1.
( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.