This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000L0036-20131118
Directive 2000/36/EC of the European Parliament and of the Council of 23 June 2000 relating to cocoa and chocolate products intended for human consumption
Consolidated text: Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem
2000L0036 — MT — 18.11.2013 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 2000/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 197, 3.8.2000, p.19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1021/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2013 |
L 287 |
1 |
29.10.2013 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA 2000/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' ġunju 2000
rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:
(1) |
Ċerti Direttivi vertikali li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu ssimplifikati sabiex iqisu mhux biss il-ħtiġiet essenzjali li jridu jintlaħqu mill-prodotti li jkopru sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jimxu bil-libertà kollha fis-suq intern, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew imlaqqa' f'Edinburgu fil-11 u t-12 ta' Diċembru 1992, ikkonfermati bil-konklużjonjiet tal-Kunsill Ewropew fi Brussel fil-10 u l-11 ta' Diċembru 1993. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 73/241/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fejn għandhom x'jaqsmu l-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 4 ) ġiet iggarantita mill-fatt illi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar numru ta' kwalitajiet tal-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata setgħu jfixklu l-moviment liberu ta' dan il-prodott, u b'hekk ikollhom effett dirett fuq kif huwa stabbilit u kif jiffunzjona s-suq komuni. |
(3) |
Id-Direttiva msemmija hawn fuq kienet konsegwentement imfassla sabiex tistabbilixxi d-definizzjonijiet u r-regoli komuni rigward il-komposizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikazzjoni, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar tal-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom ġewwa l-Komunità. |
(4) |
Dawn id-definizzjonijiet u regoli għandhom jiġu emendati sabiex iqisu l-progress teknoloġiku u l-bidliet fil-għażla tat-togħmiet tal-konsumaturi, u għandhom jinġiebu f'linja waħda mal-leġislazzjoni Komunitarja ġenerali dwar l-oġġetti ta' l-ikel, it-taħwir, is-solventi ta' l-estrazzjoni u l-metodi ta' l-analiżi. |
(5) |
Hija permessa f'ċerti Stati Membri ż-żieda tax-xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw mal-prodotti miċ-ċikkulata sa massimu ta' 5 %. |
(6) |
Iż-żieda ta' ċerti xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw mal-prodotti miċ-ċikkulata għandha tiġi permessa fl-Istati Membri kollha sa massimu ta' 5 %; dawn ix-xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għandhom ikunu l-ekwivalenti tax-xaħam tal-butir u għalhekk għandhom jiġu ddefiniti skond kriterji tekniċi u xjentifiċi. |
(7) |
Sabiex tiġi ggarantita n-natura waħdiena tas-suq intern, il-prodotti kollha miċ-ċikkulata koperti b'din id-Direttiva jridu jkunu kapaċi jimxu ġewwa l-Komunità bl-ismijiet tal-bejgħ iddikjarati fid-disposizzjonijiet ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva. |
(8) |
Skond ir-regoli ġenerali dwar it-tikkettjar iddikjarati fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fejn għandhom x'jaqsmu t-tikkettjar, il-preżentazzjoni u l-pubbliċità ta' l-oġġetti ta' l-ikel ( 5 ), huwa għalhekk obbligatorju li jiġu elenkati l-ingredjenti skond l-Artikolu 6 tagħha; din id-Direttiva tagħmel illi d-Direttiva 79/112/KEE tapplika għall-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b'tagħrif korrett. |
(9) |
Fil-każ tal-prodotti miċ-ċikkulata li magħhom ikunu ġew miżjuda xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw, il-konsumaturi għandhom jiġu ggarantiti tagħrif korrett, newtrali u oġġettiv b'żieda mal-lista ta' l-ingredjenti. |
(10) |
Mill-banda l-oħra, id-Direttiva 79/112/KEE ma tipprekludix it-tikkettjar tal-prodotti miċ-ċikkulata milli jindika illi jkunu ġew miżjuda xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw, sakemm it-tagħrif ikun korrett, newtrali, oġġettiv u ma jqarraqx bil-konsumatur. |
(11) |
Ċerti ismijiet tal-bejgħ li huma rriservati b'din id-Direttiva huma fil-fatt użati fl-ismijiet komposti tal-bejgħ li huma rrikonoxxuti f'ċerti Stati Membri għalbiex jiddeskrivu prodotti hekk li ma jistgħux jiġu mħawda ma' dawk iddefiniti f'din id-Direttiva; għalhekk, dawn l-ismijiet għandhom jissoktaw. Madankollu, l-użu ta' dawn l-ismijiet għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 79/112/KEE u, b'mod partikolari, ma' l-Artikolu 5 tagħha. |
(12) |
L-iżvilupp tas-suq intern minn mindu ġiet adottata d-Direttiva 73/241/KEE jgħin liċ-“ċikkulata ta' bla ħalib” li tiġi ttrattata fuq l-istess bażi bħala “ċikkulata”. |
(13) |
Id-deroga provduta fid-Direttiva 73/241/KEE li tippermetti lir-Renju Unit u lill-Irlanda li jawtorizzaw l-użu fit-territorju tagħhom ta' l-isem “milk chocolate” (“ċikkulata tal-ħalib”) biex tfisser “milk chocolate with high milk content” (“ċikkulata tal-ħalib b'kontenut qawwi tal-ħalib”) għandha tissokta; madankollu l-isem bl-Ingliż ta' “milk chocolate with high milk content” (“ċikkulata tal-ħalib b'kontenut qawwi ta' ħalib”) għandu jinbidel fl-isem ta' “family milk chocolate” (“ċikkulata tal-ħalib għall-familja”). |
(14) |
Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, din id-Direttiva tirrestrinġi ruħha għal dak li hu meħtieġ sabiex tikseb l-għan immedjat tat-Trattat, skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tiegħu. |
(15) |
Il-kawkaw, il-butir tal-kawkaw u serje ta' xaħmijiet oħra mill-ħxejjex ta' l-ikel użati fil-fabbrikazzjoni taċ-ċikkulata jiġu fil-biċċa l-kbira tagħhom prodotti f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Huwa fl-interess tal-popli li jgħixu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw illi għandhom jiġu konklużi ftehimijiet fuq skundijiet kemm jista' jkun fit-tul. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tikkunsidra kif il-Komunità tista' tappoġġja dan fil-każ tal-butir tal-kawkaw u x-xaħmijiet l-oħra mill-ħxejjex ta' l-ikel (per eżempju, billi tmexxi 'l quddiem il-“kummerċ ġust”). |
(16) |
Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri konferiti lill-Kummissjoni ( 6 ). |
(17) |
Sabiex jevitaw li joħolqu xkilijiet ġodda għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jadottaw, għall-prodotti fil-kwistjoni, disposizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f'din id-Direttiva, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif iddefiniti fl-Anness I.
Artikolu 2
1. Jistgħu jiżdiedu xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw kif iddefiniti fl-Anness II u elenkati fih ma' dawk il-prodotti miċ-ċikkulata ddefiniti fl-Anness I(A)(3), (4), (5), (6), (8) u (9). Din iż-żieda ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-prodott imlesti, wara li jitnaqqas il-piż totali ta' kull materja oħra li tittiekel użata skond l-Anness I(B), mingħajr ma jitnaqqas il-kontenut minimu tal-butir tal-kawkaw jew it-total tas-solidi niexfa tal-kawkaw.
2. Il-prodotti miċ-ċikkulata li, skond il-paragrafu 1, ikun fihom xaħmijiet oħra mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw jistgħu jinbigħu fis-suq fl-Istati Membri kollha, sakemm it-tikkettjar tagħhom, kif ipprovdut fl-Artikolu 3, jiġi ssupplimentat bid-dikjarazzjoni prominenti u li tinqara biċ-ċar ta': “fih xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel b'żieda mal-butir tal-kawkaw”. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun fl-istess firxa tal-vista bħal-lista ta' l-ingredjenti, separata biċ-ċar minn din il-lista, f'ittri għall-inqas kbar u ħoxnin daqshom u bl-isem tal-bejgħ maġenbhom; minkejja din il-ħtieġa, l-isem tal-bejgħ jista' jidher post ieħor ukoll.
3. Kull emenda għall-Anness II għandha ssir skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tat-Trattat.
4. L-iktar tard sat-3 ta' Frar 2006 il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 95 tat-Trattat, tissottometti, jekk jinħtieġ u billi tqis ir-riżultati ta' studju xieraq dwar l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi li jipproduċu l-kawkaw u x-xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw, proposta maħsuba għalbiex temenda l-lista fl-Anness II.
Artikolu 3
Id-Direttiva 79/112/KEE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. L-ismijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti fih u jridu jiġu wżati fil-kummerċ sabiex jiddenominawhom.
Madankollu, dawn l-ismijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu wżati wkoll b'żieda u skond id-disposizzjonijiet jew l-użanzi li japplikw fl-Istat Membru li fih jinbigħ il-prodott lill-aħħar konsumatur, biex jagħtu isem lil prodotti oħra li ma jistgħux jitħawdu ma' dawk iddefiniti fl-Anness I.
2. Fejn il-prodotti ddefiniti fl-Anness I(A)(3), (4), (5), (6), (7) u (10) jinbigħu f'assortimenti, l-ismijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu mibdula fi “ċikkulati/ni assortiti” jew “ċikkulati/ni assortiti mimlija minn ġewwa” jew ismijiet bħal dawn. F'dan il-każ, jista' jkun hemm lista waħda ta' ingredjenti għall-prodotti kollha fl-assortiment.
3. It-tikkettjar tal-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata ddefiniti fl-Anness I(A)(2)(c), (2)(d), (3), (4), (5), (8) u (9) iridu jindikaw il-kontenut totali tas-solidi niexfa tal-kawkaw billi jinkludi l-kelmiet: “solidi tal-kawkaw: minimu ta'…%”.
4. Għall-prodotti riferiti fl-Anness I(A)(2)(b) u (2)(d) (it-tieni parti tas-sentenza), it-tikketta trid tindika l-kontenut tal-butir tal-kawkaw.
5. L-ismijiet tal-bejgħ “ċikkulata”, “ċikkulata tal-ħalib” u “ċikkulata għall-kisi” speċifikati fl-Anness I jistgħu jiġu ssupplimentati b'tagħrif jew deskrizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-kriterji tal-kwalità, sakemm il-prodotti jkun fihom:
— fil-każ taċ-ċikkulata, mhux inqas minn total ta' 43 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, li jinkludi mhux inqas minn 26 % ta' butir tal-kawkaw,
— fil-każ taċ-ċikkulata tal-ħalib, total ta' mhux inqas minn 30 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw u mhux inqas minn 18 % ta' solidi niexfa tal-ħalib miksuba bid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, il-ħalib xkumat jew nofsu xkumat, jew minn krema, butir jew grass tal-ħalib iddeidrati parzjalment jew totalment, li jinkludu mhux inqas minn 4,5 % ta' grass tal-ħalib,
— fil-każ taċ-ċikkulata għall-kisi, mhux inqas minn 16 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam.
Artikolu 4
Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri ma għandhomx jadottaw disposizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f'din id-Direttiva.
Artikolu 5
Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6 biex temenda t-taqsimiet C u D tal-Anness I.
Artikolu 6
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 7
Id-Direttiva tal-Kunsill 73/241/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-3 ta' Awissu 2003.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-3 ta' Awissu 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
2. Dawn il-miżuri għandhom jiġu applikati sabiex:
— jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I jekk iħarsu d-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'effett mit-3 ta' Awissu 2003,
— jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jħarsu din id-Direttiva, b'effett mit-3 ta' Awissu 2003.
Madankollu, għandu jkun permess it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jħarsu din id-Direttiva imma li jkunu ġew ittikkettjati qabel it-3 ta' Awissu 2003 skond id-Direttiva tal-Kunsill 73/241/KEE sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 9
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 10
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
L-ISMIJIET TAL-BEJGĦ, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTTI
A. L-ISMIJIET TAL-BEJGĦ U D-DEFINIZZJONIJIET
1. Il-butir tal-kawkaw
jagħti l-isem lix-xaħam miksub miż-żerriegħa tal-kawkaw jew minn partijiet taż-żerriegħa tal-kawkaw bil-karatteristiċi li ġejjin:
— kontenut ta' aċidu xaħmi ħieles(espress bħala aċidu olejku): |
mhux iktar minn 1,75 % |
— materjal li ma jissaponifikax(stabbilit bl-użu l-etere tal-petroleum): |
mhux iktar minn 0,5 %, għajr fil-każ tal-butir tal-kawkaw bil-pressa, fejn ma għandux ikun iktar minn 0,35 % |
2. |
(a) It-Trab tal-kawkaw, il-kawkaw jagħtu l-isem lill-prodott miksub bil-bdil fi trab taż-żerriegħa tal-kawkaw li tkun ġiet imnaddfa, imneħħija mill-qoxra u nkaljata, u li jkun fiha mhux inqas minn 20 % ta' butir tal-kawkaw, ikkalkolati skond l-użin tal-materjal niexef, u mhux iktar minn 9 % ilma; (b) Il-kakaw bix-xaħam imnaqqas, it-trab tal-kawkaw bix-xaħam imnaqqas jagħtu l-isem lit-trab tal-kawkaw li jkun fih inqas minn 20 % butir tal-kawkaw, ikkalkolati skond l-użin tal-materjal niexef; (ċ) It-trab taċ-ċikkulata, iċ-ċikkulata fi trab jagħtu l-isem lill-prodott li jikkonsisti minn taħlita ta' trab tal-kawkaw ma' tipi ta' zokkor, u li jkun fihom inqas minn 32 % ta' trab tal-kawkaw (kokotina); (d) Iċ-ċikkulata tax-xorb, il-kawkaw ħelu, it-trab ħelu tal-kawkaw jagħtu l-isem lill-prodott li jkun fih taħlita ta' trab tal-kawkaw ma' tipi ta' zokkor, li jkun fiha mhux inqas minn 25 % ta' trab tal-kawkaw (kokotina); dawn l-ismijiet għandhom iġorru magħhom it-termimu “bix-xaħam imnaqqas” fil-każ fejn il-prodott ikun tnaqqaslu x-xaħam kif iddefinit fil-(b). |
3. |
Iċ-ċikkulata (a) tagħti l-isem lill prodott miksub mill-prodotti mill-kawkaw u tipi ta' zokkor li, bla ħsara għall-(b), ikun fih mhux inqas minn total ta' 35 % solidi niexfa tal-kawkaw, inkluż mhux inqas minn 18 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 14 % ta' solidi niexfa mhux xaħmin; (b) madankollu, fejn dan l-isem ikun issupplimentat bil-kliem: — “vermicelli” jew “taqxir”: il-prodott ippreżentat fil-għamla ta' granuli jew taqxir irid ikun fih mhux inqas minn total ta' 32 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, inklużi mhux inqas minn 12 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 14 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam; — “għall-kisi” (“couverture”): il-prodott irid ikun fih mhux inqas minn total ta' 35 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, inklużi mhux inqas minn 31 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 2,5 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam; — - Iċ-ċikkulata tal-ġewża tal-“gianduja” (jew waħda mid-derivati tal-kelma “gianduja”): il-prodott irid jinkiseb l-ewwelnett miċ-ċikkulata li jkollha kontenut totali minimu ta' 32 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw inkluż kontenut minimu ta' 8 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam, u mbagħad il-ġellewż mitħun fin fil-kwantitajiet illi 100 g tal-prodott ikun fih mhux inqas minn 20 g u mhux iktar minn 40 g tal-ġellewż. Jistgħu jiġu miżjuda dawn li ġejjin: —(a) il-ħalib u/jew is-solidi niexfa tal-ħalib miksuba bl-evaporazzjoni, fil-proporzjonijiet hekk illi l-prodott imlesti ma jkunx fih iktar minn 5 % ta' solidi niexfa tal-ħalib; (b) il-lewż, il-ġellewż jew il-varjetajiet l-oħra tal-ġewż, jew sħaħ jew imfarrka, fil-kwantitajiet illi, flimkien mal-ġellewż mitħun, ma jaqbżux it-total ta' 60 % ta' l-użin tal-prodott. |
4. |
Iċ-ċikkulata tal-ħalib (a) tagħti l-isem lill-prodott miksub minn prodotti mill-kawkaw, tipi ta' zokkor u l-ħalib jew il-prodotti mill-ħalib, li, bla ħsara għall-(b), ikun fih: — mhux inqas minn total ta' 25 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, — mhux inqas minn 14 % ta' solidi niexfa tal-ħalib miksuba bid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, il-ħalib xkumat jew nofsu xkumat, il-krema, jew mill-krema, mill-butir jew mill-grass tal-ħalib iddeidrati parzjalment jew totalment, — mhux inqas minn 2,5 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam, — mhux inqas minn 3,5 % ta' grass tal-ħalib, — mhux inqas minn total ta' 25 % ta' xaħam (xaħam tal-kawkaw jew grass tal-ħalib). (b) Madankollu, fejn dan l-isem ikun issupplimentat bil-kelmiet: — “vermicelli” jew “taqxir”: il-prodott ippreżentat fil-għamla ta' granuli jew taqxir irid ikun fih mhux inqas minn total ta' 20 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, mhux inqas minn 12 % ta' solidi niexfa tal-ħalib miksuba bid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, tal-ħalib xkumat jew nofsu xkumat, tal-krema, jew mill-krema, mix-xaħam tal-butir jew mill-grass tal-ħalib iddeidrati parzjalment jew totalment, u mhux inqas minn total ta' 12 % ta' xaħam (butir tal-kawkaw u grass tal-ħalib), — “għall-kisi” (couverture): il-prodott irid ikollu total minimu ta' 31 % ta' xaħam (butir tal-kawkaw u grass tal-ħalib), — Ċikkulata tal-ħalib bil-ġewża tal-“gianduja” (jew waħda mid-derivati tal-kelma “gianduja”): il-prodott irid jinkiseb l-ewwelnett miċ-ċikkulata tal-ħalib li jkun fiha kontenut minimu ta' 10 % ta' solidi niexfa tal-ħalib, miksuba bid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, tal-ħalib xkumat jew nofsu xkumat, tal-krema jew mill-krema, mill-butir jew mill-grass tal-ħalib iddeidrati parzjament jew totalment, u t-tieninett mill-ġellewż mitħun fin, fil-kwantitajiet illi 100 g tal-prodott ikun fih mhux inqas minn 15 g u mhux iktar minn 40 g tal-ġellewż. Jistgħu jiġu miżjuda l-lewż, il-ġellewż u varjetajiet oħra ta' ġewż, jew sħaħ jew imfarrka, fil-kwantitajiet illi, flimkien mal-ġellewż mithun, ma jaqbżux it-total ta' 60 % ta' l-użin tal-prodott. (ċ) Fejn f'dan l-isem il-kelma “ħalib” tiġi mibdula bi: — “krema”: il-prodott irid ikollu kontenut minimu ta' 5,5 % ta' grass tal-ħalib, — “ħalib xkumat”: il-prodott irid ikollu kontenut ta' mhux iktar minn 1 % ta' grass tal-ħalib. (d) Ir-Renju Unit, l-Irlanda u Malta jistgħu jawtorizzaw l-użu fit-territorju tagħhom tal-kliem “ċikkulata tal-ħalib” bħala d-desinjazzjoni tal-prodott riferit fil-punt 5, bil-kondizzjoni li l-kliem f'dawn it-tliet każijiet ikollhom magħhom indikazzjoni ta' l-ammont ta' solidi ta' ħalib xott imniżżla għal kull prodott, fil-forma ta' “solidi tal-ħalib: … % minimu.” |
5. |
Iċ-ċikkulata tal-ħalib għall-familja tagħti l-isem lill-prodott miksub mill-prodotti mill-kawkaw, minn tipi ta' zokkor u mill-ħalib jew mill-prodotti mill-ħalib u li jkun fih: — mhux inqas minn total ta' 20 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, — mhux inqas minn 20 % ta' solidi niexfa tal-ħalib miksuba bid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, il-ħalib xkumat jew nofs xkumat, il-krema, jew mill-krema, mill-butir jew mix-grass tal-ħalib iddeidrati parzjalment jew totalment, — mhux inqas minn 2,5 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam, — mhux inqas minn 5 % ta' grass tal-ħalib, — mhux inqas minn total ta' 25 % ta' xaħam (butir tal-kawkaw u grass tal-ħalib). |
6. |
Iċ-ċikkulata bajda tagħti l-isem lill-prodott miksub mill-butir tal-kawkaw, mill-ħalib jew mill-prodotti mill-ħalib u minn tipi taz-zokkor u li jkun fih mhux inqas minn 20 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 14 % ta' solidi niexfa tal-ħalib miksuba mid-deidrazzjoni parzjali jew totali tal-ħalib naturali, tal-ħalib xkumat jew nofsu xkumat, tal-krema jew mill-krema, mill-butir jew mill-grass tal-ħalib iddeidrati parzjalment jew totalment, li mhux inqas minn 3,5 % minnhom huwa grass tal-ħalib. |
7. |
Ċikkulata mimlija, ċikkulata mimlija bi …, ċikkulata bi … minn ġewwa jagħtu l-isem lill-prodott mimli, bil-parti ta' barra tikkonsisti minn waħda mill-prodotti ddefiniti fit-3, il-4, il-5 jew is-6. Id-denominazzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti, fejn il-ġewwieni tagħhom jikkonsisti minn prodotti tal-ħwienet tal-ħobż, tal-pastiċċiera, tal-gallettini jew tas-silġ għall-konsum mill-bniedem. Il-porzjon ta' fuq barra taċ-ċikkulata tal-prodotti li jġibu wieħed minn dawn l-ismijiet għandu jikkostitwixxi mhux inqas minn 25 % ta' l-użin totali tal-prodott. |
8. |
Iċ-ċikkkulata a la taza tagħti l-isem lill-prodott miksub mill-prodotti mill-kawkaw, minn tipi ta' zokkor u mid-dqiq jew il-lamtu tal-qamħ, tar-ross jew tal-qamħ ir-rum, li jkun fih mhux inqas minn total ta' 35 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw, inklużi mhux inqas minn 18 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 14 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam, u mhux iktar minn 8 % ta' dqiq jew lamtu. |
9. |
Iċ-ċikkulata familiar a la taza tagħti l-isem lill-prodott miksub mill-prodotti mill-kawkaw, tipi ta' zokkor u d-dqiq jew il-lamtu mill-qamħ, mir-ross jew mill-qamħ ir-rum, li jkun fih total ta' mhux inqas minn 18 % ta' butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 12 % ta' solidi niexfa tal-kawkaw mingħajr xaħam, u mhux iktar minn 18 % ta' dqiq jew lamtu. |
10. |
Ċikkulatina jew pralina jagħtu l-isem lill-prodott tad-daqs ta' gidma, li jikkonsti fi: — ċikkulata mimlija, jew — biċċa ċikkulata waħedha jew għaqda jew taħlita ta' ċikkulata fit-tifsira tad-definizzjonijiet mogħtija fit-3, il-4, il-5 jew is-6 jew ta' sustanzi oħra li jittieklu, sakemm iċ-ċikkulata tikkostitwixxi mhux inqas minn total ta' 25 % ta' l-użin tal-prodott. |
B. L-INGREDJENTI B'GĦAŻLA AWTORIZZATI
Iż-żidiet tas-sustanzi li jittieklu
1. |
Mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 2 u għat-Taqsima B(2), jistgħu jiġu miżjuda sustanzi oħra li jittieklu mal-prodotti miċ-ċikkulata ddefiniti fit-Taqsima A(3), (4), (5), (6), (8) u (9). Madankollu, iż-żieda ta': — ix-xaħmijiet mill-annimali u t-tħejjijiet tagħhom mhux idderivati mill-ħalib biss għandha tiġu pprojbita, — id-dqiq, il-lamtu fil-għamla ta' granuli jew magħmul trab, għandha tiġi awtorizzata biss fejn iż-żieda tkun skond id-definizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A(8) u (9). Il-kwantità ta' dawn is-sustanzi li jittieklu miżjuda ma tistax taqbeż il-40 % ta' l-użin totali tal-prodott lest. |
2. |
Jista' jiġi miżjud biss dak it-taħwir li ma jkunx taparsi togħma taċ-ċikkulata jew tal-grass tal-ħalib mal-prodotti ddefiniti fit-Taqsima A(2), (3), (4), (5), (6), (8) u (9). |
Ċ. IL-KALKOLU TAL-PERĊENTWALI
Il-kontenuti minimi tal-prodotti ddikjarati fit-Taqsima A(3), (4), (5), (6), (8) u (9) għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqas il-piż ta' l-ingredjenti pprovduti fit-Taqsima B. Fil-każ tal-prodotti fit-Taqsima A(7) u (10), il-kontenuti minimi għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqas il-piż ta' l-ingredjenti pprovduti fit-Taqsima B, kif ukoll il-piż tal-mili.
Il-kontenuti taċ-ċikkulata fil-prodotti ddefiniti fit-Taqsima A(7) u A(10) għandhom jiġu kkalkolati f'relazzjoni mal-piż totali tal-prodott imlesti, inkluż il-mili ta' ġo fihom.
D. IZ-ZOKKOR
It-tipi ta' zokkor riferiti f'din id-Direttiva mhumiex limitati biss għal dawk it-tipi taz-zokkor koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 73/437/KEE tal-11 ta' Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fejn jirrigwardaw ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 7 ).
ANNESS II
IX-XAĦMIJIET MILL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL RIFERITI FL-ARTIKOLU 2(1)
Ix-xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel riferiti fl-Artikolu 2(1) huma, għal rashom jew f'għaqda, l-ekwivalenti tal-butir tal-kawkaw u għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
(a) huma xaħmijiet mill-ħxejjex ta' l-ikel iżda mhux mir-rand, li huma sinjuri fit-trigliċeridi mono-mhux-saturati tat-tip POP, POSt u StOSt ( 8 );
(b) jistgħu jitħalltu f'kull proporzjon mal-butir tal-kawkaw, u huma kompatibbli mal-prorjetajiet fiżiċi tiegħu (fit-temperatura tal-waqt ta' meta jinħall u ta' meta jikkristallizza, ir-rata ta' kif jinħall, il-ħtieġa ta' fażi għat-tempra);
(ċ) jinkisbu biss bil-proċessi tar-raffinazzjoni u/jew tal-frazzjonalizzazzjoni, li jeskudu l-modifika ta' l-enżimi tal-binja trigliċerida.
Skond il-kriterji ta' hawn fuq, jistgħu jintużaw ix-xaħmijiet mill-ħxejjex ta l-ikel li ġejjin, miksuba mill-pjanti elenkati hawn taħt:
L-isem tas-soltu tal-xaħam mill-ħxejjex |
L-isem xjentifiku tal-pjanti li minnhom jistgħu jinkisbu x-xaħmijiet |
1. L-illipe, ix-xaħam ta' dam tal-Borneo jew it-tengkawang |
Shorea spp. |
2. Iż-żejt tal-palm |
Elaeis guineensis Elaeis olifera |
3. Is-sal |
Shorea robusta |
4. Ix-xea1 |
Butyrospermum parkii |
5. Il-kokum gurgi |
Garcinia indica |
6. Il-qalba tal-mango |
Mangifera indica |
Barra minn hekk, bħala eċċezzjoni għal ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu taż-żejt tal-ġewż ta' l-Indi bil-għan li ġej: fiċ-ċikkulata wżata għall-fabbrikazzjoni tal-ġelat u ta' prodotti simili ffriżati.
( 1 ) ĠU C 231, tad-9.8.1996, p. 1 u ĠU C 118, tas-17.4.1998, p. 10.
( 2 ) ĠU C 56, ta' l-24.02.1997, p. 20.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta' l-10.11.1997, p. 128), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1999 (ĠU C 10, tat-13.1.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2000.
( 4 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/344/KEE (ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 19).
( 5 ) ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 97/4/KE (ĠU L 43, ta' l-14.2.1997, p. 21).
( 6 ) ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.
( 7 ) ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1985.
( 8 ) P (aċidu palmitiku), O (aċidu olejku), St (aċidu stearku).