Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02000D0002-20000217

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, majjal, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, u li tħassar id-Deċiżjoni 1999/301/KE (notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 4844) (Test b'relevanza mal-ŻEE) (2000/2/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/2(1)/2000-02-17

    2000D0002 — MT — 17.02.2000 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, majjal, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, u li tħassar id-Deċiżjoni 1999/301/KE

    (notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 4844)

    (Test b'relevanza mal-ŻEE)

    (2000/2/KE)

    (ĠU L 001, 4.1.2000, p.17)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Frar 2000

      L 45

    41

    17.2.2000




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, majjal, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, u li tħassar id-Deċiżjoni 1999/301/KE

    (notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 4844)

    (Test b'relevanza mal-ŻEE)

    (2000/2/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji marbuta ma' l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, nagħaġ, mogħoż u majjal, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 3(1) tagħha.

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-miżuri biex ikunu ssorveljati ċerti sustanzi u residwi ta' dawn f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE kif ukoll id-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE ( 3 ), u partikolarment l-Artikolu 29 tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Istati Membri jistgħu jimpurtaw biss laħam frisk inkluż ir-raċanċ minn pajjizi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista stabbilita mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni;

    (2)

    Il-lista ta' dawn il-pajjiżi terzi jew ta' partijiet minn dawn tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 4 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE ( 5 );

    (3)

    Id-dħul u ż-żamma ta' pajjiżi terzi fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni tal-Komunità u li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw prodotti ta' l-oriġini mill-annimali li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, huma suġġetti għas-sottomissjoni, mill-pajjiżi terzi konċernati, ta' pjan li jistabbilixxi l-garanziji li joffru dwar is-sorveljanza tal-gruppi tar-residwi u s-sustanzi li hemm referenza dwarhom fl-Anness I tad-Direttiva msemmija; dan il-pjan għandu jiġi aġġornat fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva msemmija hawn fuq ikunu jeħtieġu li jsir dan;

    (4)

    Meta l-kriterji tal-paragrafu t'hawn fuq ma jkunx hemm konformità magħhom, l-inklużjoni ta' pajjiżi terzi fil-listi tal-pajjiżi terzi, stabbiliti bil-leġislazzjoni tal-Komunità, tista' tiġi sospiża b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE;

    (5)

    L-applikazzjoni tal-pjani tas-sorveljanza tar-residwi, kif ukoll it-tkomplija biex ikun hemm evidenza dwar l-użu ta' sustanzi mhux awtorizzati jew tal-livelli tar-residwi li jeċċedu l-limiti tar-residwi massimi tal-Komunità, huma meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa pubblika;

    (6)

    L-Istati Uniti ta' l-Amerka ftehmu li jieħdu l-miżuri ta' l-azzjoni rimedjali biex jirratifikaw d-defiċjenzi identifikati fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm tagħhom tas-sorveljanza tar-residwi; dawn il-miżuri kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni;

    (7)

    Fid-dawl tal-miżuri nnotifikati mill-Istati Uniti ta' l-Amerka, il-Kummissjoni wettqet missjoni biex tivverifika l-adegwatezza u l-effettività ta' dawn il-miżuri;

    (8)

    Il-missjoni ta' verifika li twettqet mill-Kummissjoni wriet problemi serji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-programm tas-sorveljanza tar-residwi li hemm fis-seħħ fl-Istati Uniti ta' l-Amerka, u wriet ukoll li l-programm ma jipprovdix il-garanziji li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra riskji minn residwi kif meħtieġ mill-Komunità Ewropea; billi l-Istati Uniti ta' l-Amerka ftiehmu li jieħdu aktar azzjoni biex jirrimedjaw rapidament dawn id-defiċjenzi;

    (9)

    F'ċirkostanzi bħal dawk deskritti hawn fuq, il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u l-ftehim internazzjonali applikabbli f'dan il-każ iwasslu biex il-Komunità Ewropea tkun tista' tissospendi l-importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerka; billi għandu jkun ipprovdut perjodu ta' żmien limitat għall-Istati Uniti ta' l-Amerka biex dawn jieħdu l-miżuri u l-azzjoni meħtieġa biex jissodisfaw b'mod oġġettiv li l-livell ta' protezzjoni sanitarja applikata fil-Komunità Ewropea jkunu mħarsa;

    (10)

    L-Istati Uniti ta' l-Amerka għandhom għalhekk jiġu sospiżi mil-lista tal-pajjiżi terzi li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw laħam għall-konsum uman b'effett mill-15 ta' Frar 2000; billi s-sospensjoni ta' l-importazzjoni, fiċ-ċirkostanzi tal-każ preżenti, hija l-uniku tip ta' miżura li hija disponibbli b'mod raġonevoli għall-Komunità Ewropea;

    (11)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-garanziji provduti mill-Istati Uniti ta' l-Amerka dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri għas-sorveljanza tar-residwi;

    (12)

    Fid-dawl ta' din id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE li temenda d-Deċiżjoni 87/257/KEE dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Istati Uniti ta' l-Amerka approvati għalbiex jimpurtaw laħam frisk fil-Komunità u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, majjali, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/417/KE ( 6 );

    (13)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    Il-Parti I ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa emendat kif ġej:

    1. il-linja



    “US

    Stati Uniti ta' l-Amerka

    s

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    #

    #

    #

    XR(b)”

    hija mibdula bi:



    “US

    Stati Uniti tal-Amerka

    s

    s

    s

    s

    s

    s

    x

    x

    x

    x

    #

    #

    #

    o”

    .

    2. It-test tan-nota s huwa mibdul b'dan li ġej:

    “s = sospiż(a) mill-esportazzjoni tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam għall-konsum uman”

    ..

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jibdlu l-miżuri li huma jkunu applikaw fil-qasam tal-kummerċ biex iġibuhom f'linja waħda ma' l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 3

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 għandhom jiġu rriveduti fid-dawl tal-garanziji provduti mill-Istati Uniti ta' l-Amerka dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri għas-sorveljanza tar-residwi.

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 1999/301/KE hija hawnhekk imħassra.

    Artikolu 5

    L-Artikolu 1 għandu jkun japplika mill- ►M1  15 ta’ Marzu 2000 ◄ .

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.



    ( 1 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    ( 2 ) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    ( 3 ) ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.

    ( 4 ) ĠU L 146, tal-14.6.1979, p. 15.

    ( 5 ) ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 52.

    ( 6 ) ĠU L 159, tal-25.6.1999, p. 56.

    Top