Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01998R1165-20090513

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (ke) Nru 1165/98 tad- 19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1165/2009-05-13

1998R1165 — MT — 13.05.2009 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1165/98

tad-19 ta’ Mejju 1998

li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir

(ĠU L 162, 5.6.1998, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1158/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2005

  L 191

1

22.7.2005

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006

  L 281

15

12.10.2006

►M4

REGOLAMENT Nru 1893/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2006

  L 393

1

30.12.2006

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta' Novembru 2008

  L 319

16

29.11.2008

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 329/2009 tat-22 ta’ April 2009

  L 103

3

23.4.2009




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1165/98

tad-19 ta’ Mejju 1998

li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-KomunitàEwropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament sottomess mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta’ l-Istitut Monetarju Ewropew ( 4 ),

(1) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/211/KEE tat-30 ta’ Mejju 1972 li tikkonċerna l-istatistika koordinata dwar iċ-ċiklu tan-negozju fl-industrija u l-industriji ta’ l-artiġjanat żgħir ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 78/166/KEE tat-13 ta’ Frar 1978 li tikkonċerna l-istatistika koordinata dwar iċ-ċiklu tan-negozju fil-bini u fl-inġinerija ċivili ( 6 ) li l-għan tagħhom kien li jipprovdu korp ta’ statistika koerenti, ma rnexxilhomx jikkunsidraw it-tibdiliet ekonomiċi u tekniċi;

(2)

Billi l-Unjoni Ewropea sadanittant għamlet iktar progress lejn l-integrazzjoni; filwaqt li politika ġdida ekonomika, ta’ kompetizzjoni, soċjali, ambjentali u ta’ intrapriża u linji-gwida jeħtiegu inizjattivi u deċiżjonijiet ibbażati fuq statistika valida; billi l-informazzjoni rregolata taħt il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti jew disponibbli fid-diversi Stati Membri hija parti mhux adegwata jew mhux paragunabbli biżżejjed biex isservi ta’ bażi ta’ min joqgħod fuqha għax-xogħol tal-Komunitajiet;

(3)

Billi l-Bank Ċentrali Ewropew futur jiħtieġ statistika għal żmien qasir ta’ malajr sabiex jqis l-iżvilupp ekonomiku fl-Istati Membri fil-kuntest ta’ politika monetarja Ewropea waħda;

(4)

Billi hi meħtieġa standardizzazzjoni biex tilħaq il-bżonnijiet tal-Komunitàgħall-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-konverġenza ekonomika;

(5)

Billi hu neċessarju li jkun hemm statistika ta’ min joqgħod fuqha u ta’ malajr disponibbli sabiex isir rapport fuq l-iżvilupp ekonomiku f'kull Stat Membru ta’ l-Unjoni fi ħdan il-qafas tal-politika ekonomika ta’ l-Unjoni;

(6)

Billi n-negozji u l-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom jeħtieġu informazzjoni bħal din sabiex jifhmu s-swieq tagħhom u biex ikunu jafu l-attività u l-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tas-settur tagħhom, f'livell nazzjonali u internazzjonali;

(7)

Billi l-ġbir tal-kontijiet nazzjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ( 7 ) jeħtieġ l-iżvilupp ta’ għejjun ta’ statistika paragunabbli, kompleti u ta’ min joqgħod fuqhom;

(8)

Billi skond id-Deċiżjoni 92/326/KEE ( 8 ) il-Kunsill adotta programm ta’ sentejn (1992 sa l-1993) għall-iżvilupp ta’ l-istatistika Ewropea dwar is-servizzi; filwaqt li dan il-programm jinkludi il-ġbir ta’ statistika armonizzata f'livelli nazzjonali u reġjonali, b'mod partikulari għas-snajja’ ta’ distribuzzjoni;

(9)

Billi, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-ħolqien ta’ normi ta’ l-istatistika komuni li jippermettu l-produzzjoni ta’ statistika armonizzata hija azzjoni li tista’ biss tiġi mħaddma b'mod effiċjenti fil-livell Komunitarju u billi ser ikunu applikati f'kull Stat Membru taħt l-awtoritàta’ l-entitajiet u l-istituzzjonijiet inkarigati mill-ġbir ta’ l-istatistika uffiċjali;

(10)

Billi l-aħjar metodu biex jiġi aċċertat iċ-ċiklu tan-negozju jikkonsisti fil-ġbir ta’ statistika li taqbel mal-prinċipji metdoloġiċi komuni u mat-tifsiriet komuni tal-karatteristiċi; filwaqt li hu biss minn ġbir koordinat li statistika armonizzata tista’ tiġi mfassla b’affidabilità, ta’ malajr, bil-flessibblità u bil-livell ta’ dettal meħtieġ biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-Kummissjoni u ta’ l-intrapriżi;

(11)

Billi l-aġġustament staġonali u l-kalkolu ta’serje ta’ tendenzi ċikliċi għal data nazzjonali jistgħu jiġu mwettqin l-aħjar mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika; billi l-għoti lill-Kummissjoni (Eurostat) ta’ data aġġustata kull staġun u ta’ serje ta’ tendenzi ċikliċi ser iżżid il-koerenza bejn id- data mqassma fuq livelli nazzjonali u internazzjonali;

(12)

Billi unitajiet ta’ tip t'attività (KAU) jikkorrispondu ma’ sotto-diviżjoni operazzjonali waħda jew aktar ta’ l-intrapriża; billi biex l-KAU tkun tista’ tiġi osservata, is-sistema ta’ informazzjoni ta’ l-intrapriża għandha tkun kapaċi tindika jew tikalkula għal kull KAU mill-inqas il-valur tal-produzzjoni, il-konsum intermedju, l-ispejjeż ta’ manpower, is-surplus fl-operat u fl-impjieg u l-formazzjoni tal-kapital gross fiss; billi l-KAU li jaqgħu taħt intestatura partikulari fil-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-KomunitàEwropea (NACE Rev. 1) jistgħu jipproduċu prodotti barra l-grupp omoġenju, minħabba attivitajiet sekondarji konnessi magħhom li ma jistgħux jiġu identifikati separatament mid-dokumenti ta’ kontijiet disponibbli; billi l-intrapriża u l-KAU huma identiċi meta jkun impossibbli għal intrapriża li tindika jew tikkalkula informazzjoni dwar il-varjabbli kollha mniżżla f'din id-daħla għal sotto-diviżjoni operazzjonali waħda jew aktar;

(13)

Billi d-'data’ statistika kompilata fi ħdan is-sistema Komunitarja għandha tkun ta’ kwalitàsodisfaċenti u din il-kwalità kif ukoll il-piż li tinvolvi, għandhom ikunu paragunabbli minn Stat Membru għall-ieħor, u billi hu għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti konġuntament il-kriterji li jagħmluha possibbli li jintlaħqu dawn il-ħtiġiet; billi statistika għal żmien qasir għandha tkun konsistenti mar-riżultati mibgħuta skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 fuq l-istatistika strutturali tan-negozju ( 9 );

(14)

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja ( 10 ) jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikulari dawk li jkopru l-aċċess għall-għejjun ta’ data amministrattiva u l-kunfidenzjalità statistika;

(15)

Billi hemm bżonn li jiġu simplifikati l-proċeduri amministrattivi għall-intrapriżi, b'mod partikulari l-intrapriżi ż-żgħar, inkluża l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tad-data; billi l-użu ta’ data amministrattiva fis-seħħ għal raġuniiet ta’ statistika hija waħda mill-miżuri biex jitnaqqas il-piż fuq l-intrapriża; billi jekk ġabra diretta ta’ data minn negozji hija indispensabbli għall-ġbir ta’ l-istatistika, il-metodi u t-teknika għandhom jassiguraw li d-data hi ta’ min joqgħod fuqha u aġġornata, mingħajr ma tqiegħed lill-partijiet konċernati, b'mod partikulari n-negozji żgħar u ta’ daqs medju, taħt piż sproporzjonat għar-riżultati li jistgħu jistennew b'mod raġonevoli dawk li jużaw l-istatistika msemmija;

(16)

Billi hemm bżonn li jkun hemm qafas legali komuni għall-attivitajiet tan-negozji kollha u l-oqsma kollha ta’ statistika tan-negozju li jkopru wkoll l-attivitajiet u l-oqsma li għalihom għad mhix żviluppata l-statistika; billi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-istatistika li għandha tiġi miġbura jista’ jiġi definit b'referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta’ statistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità ( 11 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 t'Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 1) ( 12 );

(17)

Billi, sabiex ir-regoli għal ġbir u l-ipproċessar statistiku ta’ l-informazzjoni u għall-ipproċessar u t-trasmissjoni tal-varjabbli jkunu jistgħu jiġu iktar iċċarati, hemm bżonn li l-Kummissjoni tingħata, megħjuna mill-Kumitat għall-Programm Statistiku mwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 13 ), il-poter li tieħu miżuri għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(18)

Billi l-Kumitat għall-Programm Statistiku ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Għanijiet ġenerali

1.  L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jistabilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarji għal żmien qasir dwar iċ-ċiklu tan-negozju.

2.  L-istatistika tinkludi informazzjoni (varjabbli) meħtieġa biex tipprovdi bażi uniformi għall-analiżi ta’ l-evoluzzjoni għal żmien qasir ta’ l-offerta u d-domanda, il-fatturi tal-produzzjoni u l-prezzijiet.

L-Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

▼M4

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet minn B sa N u minn P sa S tal-klassifikazzjoni ta' l-istatistika fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2).

▼B

2.  Unitajiet ta’ statistika tat-tipi mniżżla fit-Taqsima I ta’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 696/93 u kklassifikati taħt wieħed mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-użu ta’ unitajiet partikulari għall-ġbir ta’ l-istatistika huwa speċifikat fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

L-Annessi

1.  Il-ħtiġiet speċifiċi għall-varjabbli huma miġjuba fl-Annessi.

2.  L-informazzjoni li ġejja hi stipulata f'kull Anness fejn rilevanti:

(a) l-attivitajiet speċifiċi li għalihom għandha tiġi miġbura l-istatistika;

(b) it-tipi ta’ unità statistika li għandhom jiġu użati għall-ġbir ta’ l-istatistika;

(ċ) il-listi tal-varjabbli;

(d) il-forma tal-varjabbli;

(e) il-perijodu ta’ referenza tal-varjabbli;

(f) il-livell ta’ dettal tal-varjabbli;

(g) iż-żmien ta’ l-għeluq biex tiġi trasmessa d-data;

(h) il-lista ta’ studji volontarji pilota;

(i) l-ewwel perijodu ta’ referenza;

(j) it-tul tal-perijodu ta’ transizzjoni li jista’ jiġi konċess.

L-Artikolu 4

Ġbir ta’ data

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu d-data meħtieġa għall-ġbir tal-varjabbli mniżżla fl-Annessi.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiksbu d-data meħtieġa bl-użu ta’ tlaqqigħ minn għejjun differenti speċifikati hawn taħt, bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-simplifikazzjoni amministrattiva:

(a) stħarriġ obbligatorju: l-unitajiet legali kif mfissra fir-Regolament (KEE) Nru 696/93, li għalihom jappartjenu l-unitajiet ta’ statistika użati mill-Istati Membri jew li huma komposti minnhom, għandhom ikunu obbligati li jagħtu informazzjoni f'waqtha, preċiża u kompleta;

(b) għejjun oħrajn xierqa, inkluża d-data amministrattiva;

(ċ) proċeduri xierqa ta’ stima statistika;

▼M2

(d) parteċipazzjoni fi skemi Ewropej ta' ġbir ta' kampjuni kkordinati mill-Eurostat sabiex jiġu prodotti estimi Ewropej.

Id-dettalji ta' l-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. L-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu rregolati mill-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

Skemi Ewropej ta' ġbir ta' kampjuni għandhom jiġu stabbiliti meta skemi nazzjonali ta' ġbir ta' kampjuni ma jilħqux ir-rekwiżiti Ewropej. Barra min hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem fi skemi Ewropej ta' ġbir ta' kampjuni meta dawn l-iskemi joħolqu possibbiltajiet għal tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż tas-sistema statistika jew tal-piż li jrid iġorr in-negozju biex jilħaq ir-rekwiżiti Ewropej. Il-parteċipazzjoni fi skema Ewropea ta' ġbir ta' kampjuni għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' Stat Membru għall-forniment tal-varjabbli kkonċernat skond l-għan ta' skema bħal din. Skemi Ewropej ta' kampjuni jistgħu jindirizzaw il-kondizzjonijiet, il-livell ta' dettall u l-iskadenzi għat-trasmissjoni ta' data.

Stħarriġiet obligatorji għandhom ikunu wżati biex tinkiseb informazzjoni li mhix diġà disponibbli (fit-termini ta' żmien meħtieġa) f'għejun oħra, bħal reġistri. L-istħarriġiet għandhom jitwettqu bl-użu ta' kwestjonarji elettroniċi u kwestjonarji li jkunu fuq il-web fejn dan ikun applikabbli.

▼B

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom għandhom iħeġġu l-kondizzjonijiet għaż-żieda fl-użu tal-ġabra ta’ data elettronika u l-ipproċessar awtomatiku ta’ data.

L-Artikolu 5

Perijodiċità

Il-varjabbli kollha għandhom ikunu prodotti iktar spiss milli fis-sena. Il-frekwenza għal kull varjabbli hija speċifikata fl-Annessi.

L-Artikolu 6

Livell ta’ dettall

Il-varjabbli għandhom jiġu prodotti skond il-klassifikazzjonijiet prevalenti fil-livell ta’ dettall speċifikat fl-Annessi.

L-Artikolu 7

Ipproċessar

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data kompluta miksuba skond l-Artikolu 4(2) f' varjabbli paragunabbli skond ir-regoli stipulati fl-Annessi. L-Istati Membri għandhom jieħdu ukoll kont tal-gwida mogħtija mill-manwal ta’ parir metodoloġiku msemmi fl-Artikolu 12.

L-Artikolu 8

Trasmissjoni

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-varjabbli stipulati fl-Artikolu 7, inkluża d-data kunfidenzjali, lil Eurostat permezz ta’ mezzi elettroniċi jew mezzi oħrajn xierqa f’perijodu ta’ żmien mill-aħħar tal-perijodu referenzjarju li hu dispost fl-Annessi. Fi kwalunkwe każ, il-varjabbli għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux iktar tard mill-jum li fih huma maħruġa mill-awtorità nazzjonali.

L-Artikolu 9

Trattament ta’ data kunfidenzjali

It-trattament ta’ data kunfidenzjali u t-trasmissjoni ta’ data bħal din kif stipulat mill-Artikolu 8 għandhom jiġu mwettqa skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti li jirregolaw il-kunfidenzjalità statistika.

L-Artikolu 10

Kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-varjabbli trasmessi jiriflettu l-popolazzjoni ta’ l-unitajiet. Għal dan l-iskop, id-data’miksuba skond l-Artikolu 4(2) għandha tkopri n-numru ta’ unitajiet li huwa neċessarju biex jiġi assigurat livell suffiċjenti ta’ rappreżentanza.

2.  Il-kwalità tal-varjabbli għandha tiġi mkejla minn kull Stat Membru skond kriterji komuni.

▼M2

3.  Il-kwalità tal-varjabbli għandha tiġi eżaminata regolarment billi jitqabblu ma' informazzjoni statistika oħra, u tali tqabbil għandu jsir minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni (Eurostat). Barra minn hekk għandhom jiġu verifikati għal konsistenza interna.

4.  Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq billi jitqabblu l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data ma' l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozji, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar. Għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, l-informazzjoni neċessarja skond metodoloġija komuni Ewropea żviluppata mill-Kummissjoni f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.

▼B

L-Artikolu 11

Tibdil tal-peżar u s-sena bażi

1.  L-Istati Membri għandhom jadattaw fejn meħtieġ s-sistema ta’ peżar ta’ indiċijiet komposti mill-inqas kull ħames snin. Il-peżar użat fl-adattament tas-sistemi ta’ peżar għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin wara l-aħħar tas-sena bażi ġdida.

2.  Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibbażaw mill-ġdid l-indiċijiet billi jużaw bħala snin bażi s-snin li jispiċċaw b' 0 jew b' 5. L-indiċijiet kollha għandhom jiġu bbażati mill-ġdid fuq is-sena bażi ġdida fi żmien tliet snin wara l-aħħar ta’ din is-sena bażi ġdida.

L-Artikolu 12

Manwal metodoloġiku

▼M2

1.  Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm Statistiku, għandha tippubblika sa 11 ta' Frar 2006 manwal metodoloġiku ta' parir li jispjega r-regoli stipulati fl-Annessi u li jkun fih ukoll gwida dwar l-istatistika għal żmien qasir.

▼B

2.  Il-manwal għandu jiġi rrivedut f'intervalli regolari.

L-Artikolu 13

Perijodu ta’ transizzjoni u d-derogi

1.  Perijodi ta’ transizzjoni jistgħu jiġu konċessi, mingħajr ma jestendu għal iktar minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.  Matul il-perijodi ta’ transizzjoni derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni sakemm is-sistemi ta’ statistika nazzjonali jkunu jeħtieġu adattamenti mdaqqsa.

L-Artikolu 14

Rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kwlaunkwe informazzjoni rilevanti fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

▼M2

2.  Il-Kummisjoni għandha, sa 11 ta' Awissu 2008 u kull tliet snin wara, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kkumpilata skond dan ir-Regolament u b'mod partikolari dwar ir-rilevanza u l-kwalità tagħha u r-reviżjoni ta' indikaturi. Ir-rapport għandu jindirizza speċifikament ukoll l-ispiża tas-sistema statistika u l-piż fuq in-negozju minħabba dan ir-Regolament b'relazzjoni mal-benefiċċji tiegħu. Għandha tirrapporta dwar l-aħjar prattiċi biex jitnaqqas il-piż fuq in-negozju u għandha tindika modi biex jitnaqqsu l-piż u l-ispejjeż.

▼B

L-Artikolu 15

Koordinazzjoni fl-Istati Membri

F'kull Stat Membru awtorità nazzjonali waħda għandha tikkoordina:

1. t-trasmissjoni tal-varjabbli (l-Artikolu 8),

2. il-kwalitàtal-kejl (l-Artikolu 10),

3. it-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni rilevanti (l-Artikolu 14(1)),

L-Artikolu 16

Studji pilota

1.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, tistitwixxi serje ta’ studji pilota volontarji li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Dawn l-istudji pilota huma speċifikati fl-Annessi.

2.  L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex titqies ir-rilevanza u l-fattibilità li tinkiseb id-data, wara li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data mqabbla ma’ l-ispiża biex tinġabar u l-piż fuq in-negozju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bir-riżultati ta’ l-istudji pilota.

L-Artikolu 17

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri biex jiġu akkomodati l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi rigward il-ġabra u l-ipproċessar statistiku ta’ data u t-trasmissjoni tal-varjabbli. Waqt li jsir dan, għandu jittieħed kont tal-prinċipju li l-benefiċċji tal-miżura jridu jkunu akbar mill-ispiża tagħha, u tal-prinċipju li m'għandhomx ikunu involuti riżorsi addizzjonali għall-Istati Membri jew għall-intrapriżi kif imqabbla mad-dispożizzjonijiet oriġinali ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikulari l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu:

(a) l-użu ta’ unitajiet partikulari (l-Artikolu 2);

(b) l-aġġornament tal-lista tal-varjabbli (l-Artikolu 3);

(ċ) it-tifsiriet u l-forom xierqa tal-varjabbli trasmessi (l-Artikolu 3);

(d) il-frekwenza tal-ġbir ta’ l-istatistika (l-Artikolu 5);

(e) il-livelli ta’ sotto-diviżjonijiet u aggregazzjoni li għandhom jiġu applikati lill-varjabbli (l-Artikolu 6);

(f) iż-żmien ta’ l-għeluq biex issir it-trasmissjoni (l-Artikolu 8);

(g) il-kriterji għall-kejl tal-kwalità (l-Artikolu 10);

(h) il-perijodi ta’ transizzjoni u d-derogi mogħtija matul il-perijodu ta’ transizzjoni (l-Artikolu 13);

(i) t-twaqqif ta’ l-istudji pilota (l-Artikolu 16);

▼M2

(j) l-istabbiliment ta' skemi Ewropej ta' ġbir ta' kampjuni (L-Artikolu 4);

▼M4

(k) l-ewwel sena ta' bażi li għandha tkun applikata għas-sensieli kronoloġiċi fin-NACE Rev. 2;

(l) għas-serje ta' żmien qabel l-2009, li għandha tkun trażmessa skond in-NACE Rev. 2, il-livell ta' dettal, il-formola, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza.

▼M1

L-Artikolu 18

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

2.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 14 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼B

L-Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ta’ tħassir

Id-Direttivi 72/211/KEE u 78/166/KEE huma hawnhekk imħassra.

L-Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS A

INDUSTRIJA

▼M4

(a)   Kamp ta' applikazzjoni

Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, jew kif ikun il-każ, għall-prodotti kollha elenkati fit-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA. It-tagħrif m'huwiex meħtieġ għad-diviżjoni 37, għall-gruppi 38.1, 38.2 u għad-diviżjoni 39 tan-NACE Rev. 2. L-elenku ta' l-attivitajiet jista' jkun irrivedut skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

▼B

(b)   L-unità t'osservazzjoni

1. Sakemm ma jingħadx mod ieħor fil-paragrafu 2 jew deċiż mod ieħor skond il-proċedura fil-paragrafu 3, l-unità t'osservazzjoni għall-varjabbli kollha f'dan l-Anness hija unità ta’ tip t'attività.

2. Għal intrapriżi bi ftit persuni impjegati f'attivitajiet sekondarji l-unità lokali jew l-intrapriża jistgħu jiġu użati bħala unità t'osservazzjoni.

3. L-użu t’unitajiet t'osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

(ċ)   Lista tal-varjabbli;

1. L-istatistika f'dan l-Anness tikkomprendi l-varjabbli li ġejjin:



Varjabbli

L-Isem

110

Il-Produzzjoni

120

Il-valur tal-bejgħ

121

Il-valur tal-bejgħ domestiku

122

Il-valur tal-bejgħ mhux domestiku

130

L-ordnijiet ġodda rċevuti

131

L-ordnijiet ġodda domestiċi

132

L-ordnijiet ġodda mhux domestiċi

210

n-numru ta’ persuni impjegati

220

Sigħat maħduma

230

Pagi u salarji bl-ingross

310

Prezzijiet tal-produzzjoni

311

Prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq domestiku

312

Prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq mhux domestiku

▼M2

340

Prezzijiet ta' importazzjoni

▼M2

2. L-informazzjoni dwar prezzijiet ta' produzzjoni għal swieq mhux domestiċi (Nru 312) u għal prezzijiet ta' importazzjoni (Nru 340) tista' tiġi kkumpilata bl-użu ta' valuri unitarji għal prodotti li joriġinaw minn kummerċ esteru jew għejun oħra sakemm ma jkun hemm l-ebda deterjorazzjoni sinifikattiva fil-kwalità meta kkumparat ma' informazzjoni speċifika dwar prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-kondizzjonijiet biex tiġi żgurata l-kwalità neċessarja tad-data.

▼B

3. Mill-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ referenza l-informazzjoni fuq ordnijiet ġodda (Nri 130, 131, 132) tista’ tiġi approssimata minn indikatur alternattiv ewlieni, li jista’ jiġi kkalkulat mid-data ta’ l-istħarrġ dwar l-opinjoni fuq in-negozju. Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni differenti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

4. Mill-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru t'impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni differenti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

5. It-kelma “domestiku” tfisser l-ispazju territorjali ta’ l-Istat Membru inkwestjoni.

▼M4

6. It-tagħrif dwar il-produzzjoni (No 110) m'huwiex meħtieġ għad-Diviżjoni 36 u għall-Gruppi 35.3 u 38.3 tan-NACE Rev. 2.

7. It-tagħrif dwar turnover (No 120, 121, 122) m'huwiex meħtieġ għat-Taqsimiet D u E tan-NACE Rev. 2.

8. It-tagħrif dwar l-ordnijiet (Nri. 130, 131, 132) huwa meħtieġ biss għad-Diviżjonijiet li ġejjin tan-NACE Rev. 2: 13, 14, 17, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30. L-elenku ta' attivitajiet jista' jkun revedut skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

9. It-tagħrif dwar il-fatturi Nri 210, 220, 230 mhuwiex meħtieġ għall-Grupp 38.3 tar-Rev. 2 ta' l-NACE.

▼M5

10. It-tagħrif dwar il-prezzijiet ta' produzzjoni u l-prezzijiet ta' importazzjoni (Nri 310, 311, 312 u 340) mhux meħtieġ għall-gruppi jew għall-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2 rispettivament is-CPA: 07.21, 24.46, 25.4, 30.1, 30.3, 30.4 u 38.3. Barra minn hekk, it-tagħrif dwar prezzijiet ta' importazzjoni (Nru 340) mhux meħtieġ għad-diviżjonijiet 09, 18, 3 u 36 tas-CPA. Il-lista ta' attivitajiet mhux meħtieġa tista' tkun reveduta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

11. Il-varjabbli fuq prezzijiet ta’ importazzjoni (Nru 340) huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ prodotti tas-CPA. L-unitajiet tat-tip ta’ attività ta’ importazzjoni jistgħu jkunu klassifikati barra l-attivitajiet tat-Taqsimiet B sa D tan-NACE Rev. 2.

▼B

(d)   Il-forma

▼M2

1. Il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi f'forma mhux aġġustata, jekk disponibbli.

2. Barra minn hekk, il-varjabbli ta' produzzjoni (Nru 110) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trasmessi f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta' ġranet ta' xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol. Il-lista ta' varjabbli li għandha tiġi trasmessa f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol tista' tiġi emendata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

3. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jittrasmettu l-varjabbli b'aġġustamenti staġunali u jistgħu wkoll jittrasmettu l-varjabbli fil-forma ta' ċikli ta' tendenzi. Huwa biss jekk id-data mhijiex trasmessa f'dawn il-forom, li l-Kummissjoni (Eurostat) tista' tipproduċi u tippubblika sensieli b'aġġustamenti staġunali u ċikli ta' tendenzi għal dawn il-varjabbli.

4. Il-Varjabbli Nri 110, 310, 311, 312 u 340 għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi. Il-varjabbli l-oħra kollha għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi jew bħala ċifri assoluti.

▼B

(e)   Il-Perijodu ta’ referenza

Il-perijodi ta’ referenza li ġejjin għandom japplikaw:



Varjabbli

Perijodu ta’ referenza

110

Xahar

120

Xahar

121

Xahar

122

Xahar

130

Xahar

131

Xahar

132

Xahar

210

Mill-inqas kwart

220

Mill-inqas kwart

230

Mill-inqas kwart

310

Xahar

311

Xahar

312 jew 313

Xahar

▼M2

340

Xahar

▼B

(f)   Il-Livell ta’ dettal

▼M4

1. Il-fatturi kollha għajr il-fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni (No 340), għandhom ikunu trażmessi fil-livell tat-Taqsima (ittra waħda) u d-Diviżjoni b'żewġ figuri tan-NACE Rev. 2. Il-fattur 340 għandu jkun trażmess fil-livell tat-Taqsima (ittra waħda) u d-Diviżjoni b'żewġ figuri tas-CPA.

2. Barra minn hekk, fir-rigward tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2, l-indiċi tal-produzzjoni (No 110) u l-indiċi tal-prezzijiet ta' l-output (Nri 310, 311, 312) għandhom ikunu trażmessi fil-livelli ta' tliet figuri u erba' figuri tan-NACE Rev. 2. L-indiċijiet trażmessi għall-prezzijiet tal-produzzjoni u l-output fil-livelli ta' tliet figuri u erba figuri jridu jkunu jirrappreżentaw għall-inqas 90 % tal-valur totali miżjud għal kull Stat Membru tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata. Il-fatturi m'għandhomx għalfejn ikunu trażmessi f'dawn il-livelli dettaljati minn dawk l-Istati Membri li l-valur totali miżjud tagħhom tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.

▼B

3. Il-varjabbli trasmessi fil-livelli ta’ 3 ċifri u 4 ċifri tan- ►M4  NACE Rev. 2 ◄ huma użati biex jipproduċu indikaturi aggregati f'dawn il-livelli għall-Komunità kollha kemm hi u għall-grupp ta’ Stati Membri li jipparteċipaw fil-valuta waħdanija. Dawn l-indikaturi jistgħu ukoll jiġu mqassma fil-livelli ta’ 3 ċifri u 4 ċifri għal Stati Membri individwali u gruppi oħra ta’ Stati Membri, fejn l-Istati Membri konċernati jkunu indikaw li d-data hija ta’ kwalità suffiċjenti.

▼M4

4. Barra minn hekk, il-fatturi kollha għajr il-fatturi tat-turnover u l-ordnijiet il-ġodda (Nri 120, 121, 122, 130, 131, 132) għandhom ikunu trażmessi għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2 I u l-gruppi industrijali prinċipali (MIGs) kif imfissra fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 ( 15 ).

5. Il-fatturi tat-turnover (Nri 120, 121, 122) għandhom ikunu trażmessi għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet B u C tan-NACE Rev. 2 u l-MIGs bl-eċċezzjoni tal-grupp industrijali prinċipali mfisser għal attivitajiet relatati ma' l-enerġija.

6. Il-fatturi ta' l-ordnijiet il-ġodda (Nri 130, 131, 132) għandhom ikunu trażmessi għall-manifattura totali, Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 u sett rridott tal-MIGs ikkalkulat mill-kopertura ta' l-elenku tad-Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 mfissra fil-paragrafu 8 taħt l-intestatura (ċ) (“Lista ta' fatturi”) ta'dan l-Anness.

▼M5

7. Il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess għat-total tal-prodotti industrijali, it-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA u l-MIGs iddefiniti skond ir-Regolament (KE) No586/2001 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 656/2007 mill-gruppi ta’ prodotti tas-CPA. Dan il-varjabbli ma għandux għalfejn ikun trasmess minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.

▼M2

8. Għall-varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni tista' tiddetermina skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, it-termini għall-applikazzjoni ta' skema Ewropea ta' kampjuni kif definita fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2).

▼M5

9. Il-varjabbli fuq is-swieq mhux domestiċi (Nri 122, 132 u 312) għandhom ikunu trasmessi skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definit bħala t-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2, il-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda), u ta' Diviżjoni b’żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. L-informazzjoni dwar in-NACE Rev. 2 D u E mhix meħtieġa għall-varjabbli 122. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trasmess skond id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għat-total tal-industrija ddefinit bħala t-Taqsimiet minn B sa D tas-CPA, il-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u ta' Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ skemi kampjun Ewropej kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema kampjun Ewropea tista’ tillimita l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-ewro. Id-distinzjoni bejn żona tal-ewro u żona mhux tal-ewro għall-varjabbli 122, 132, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trasmessa minn dawk l-Istati Membri li m’addottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.

10. Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2 (rispettivament fit-Taqsimiet B, C u D tas-CPA għall-prezzijiet ta' importazzjoni) f’sena ta’ bażi partikolari jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea jridu jittrasmettu biss id-dejta għat-total tal-industrija, il-MIGs, u l-livell ta’ Taqsima tan-NACE Rev. 2, jew il-livell ta’ Taqsima tas-CPA.

▼B

(g)   Iż-zmien ta’ l-egħluq għat-trasmissjoni tad-data

1. Il-varjabbli għandhom jiġu trasmessi saż-żmien ta’ l-egħluq li ġej wara l-aħħar tal-perijodu ta’ referenza:



Varjabbli

Limiti

▼M2

110

xahar u 10 ijiem kalendarji

▼B

120

Xahrejn

121

Xahrejn

122

Xahrejn

130

Xahar u għoxrin jum

131

Xahar u għoxrin jum

132

Xahar u għoxrin jum

▼M2

210

xahrejn

▼B

220

Tliet xhur

230

Tliet xhur

310

Xahar u ħmistax-il jum

311

Xahar u ħamest ijiem

312

Xahar u ħamest ijiem

313

Xahar u ħmistax-il jum

▼M2

340

xahar u 15-il jum kalendarju

▼M4

2. It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għad-data fuq il-livell ta' grupp jew Kategorija tan-NACE Rev. 2 jew il-livelli ta' Grupp u Kategorija tas-CPA. Għal daw l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, Ċ, D u E tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea, it-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għal data dwar l-industrija totali, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tan-NACE Rev. 2. u l-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tas-CPA.

▼B

(h)   Studji pilota

Il-prijoritajiet għall-istudji pilota huma kif ġej:

1. il-valutatzzjoni tal-possibilitajiet ta’ trasmissjoni iktar kmieni tad-data;

▼M2 —————

▼B

4. il-ġbir ta’ informazzjoni għal żmien qasir li għandha x'taqsam mat-twelid u l-mewt ta’ intrapriżi;

5. il-produzzjoni ta’ kull xahar ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi;

6. il-ġbir ta’ data dwar l-inventarji;

7. l-għoti ta’ informazzjoni għal iktar attivitajiet milli mniżżla fil-paragrafi 6 sa 9 tat-Taqsima Ċ;

8. il-ġbir ta’ informazzjoni t'investiment għal żmien qasir;

9. il-ġbir ta’ data dwar in-numru ta’ ordnijiet.

(i)   L-ewwel perijodu ta’ referenza;

L-ewwel perijodu ta’ referenza li għalih il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi huwa Jannar 1998 għal data ta’ kull xahar u l-ewwel tliet xhur għal data ta’ kull tliet xhur.

▼M2

L-ewwel perijodu ta' referenza għat-trasmissjoni tad-distinzjoni tal-varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi bejn iż-żona euro u ż-żona mhux ta' l-euro m'għandux ikun iżjed tard minn Jannar 2005.

L-ewwel perijodu ta' referenza għall-varjabbli 340 m'għandux ikun iżjed tard minn Jannar 2006 bil-kondizzjoni li tkun applikata sena bażi mhux iżjed tard mill-2005.

▼M4

L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih għandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel kwart 2009 għad-data ta' kull tliet xhur.

▼B

(j)   Il-perijodu ta’ transizzjoni

1. Għall-varjabbli ta’ produzzjoni (Nru 110), il-varjabbli tal-persuni impjegati u s-sigħat maħduma (Nri 210, 220) u l-varjabbli tal-prezzijiet tal-produzzjoni domestika (Nru 311) perijodu ta’ transizzjoni ta’ mhux aktar minn tliet snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi konċess skond il-proċedura stipulata fl-Artiku 18. Dan il-perijodu ta’ tranżizzjoni jista’ jiġi estiż ghal sentejn oħra skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

2. Għall-varjabbli l-oħra kollha, perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ mhux aktar minn ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi konċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M2

3. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm fi 11 ta' Awissu 2007 għall-varjabbli 340 u għad-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-euro u ż-żona mhux ta' l-euro għall-varjabbli 122, 132, 312 u 340 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

4. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm fi 11 ta' Awissu 2007 għat-tibdil ta' l-iskadenzi għat-trasmissjoni ta' data għall-varjabbli 110 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

5. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm fi 11 ta' Awissu 2006 għat-tibdil ta' l-iskadenzi għat-trasmissjoni ta' data għall-varjabbli 210 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼B




L-ANNESS B

KOSTRUZZJONI

▼M4

(a)   Ambitu

Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2.

▼B

(b)   L-unità t'osservazzjoni

1. Sakemm ma jintqalx mod ieħor fil-paragrafi 2 jew 3 jew deċiż mod ieħor skond il-proċedura fil-paragrafu 4, l-unità t'osservazzjoni għall-varjabbli kollha f'dan l-Anness hija unità ta’ tip t'attività.

2. Għal intrapriżi bi ftit persuni impjegati f'attivitajiet sekondarji l-unità lokali jew l-intrapriża jistgħu jiġu użati bħala l-unità t'osservazzjoni.

3. Fejn xieraq, l-istatistika tista’ tinsilet minn informazzjoni prodotta skond il-klassifikazzjoni tal-kostruzzjonijiet (CC).

4. L-użu ta’ unitajiet oħra t'osservazzjoni jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

(ċ)   Lista tal-varjabbli

1. L-istatistika f'dan l-Anness tinkludi l-varjabbli li ġejjin:



Varjabbli

Isem

110

Produzzjoni

115

Produzzjoni ta’ kostruzzjoni tal-bini

116

Produzzjoni ta’ inġinerija ċivili

▼M3 —————

▼B

210

Numru ta’ persuni impjegati

220

Sigħat maħduma

230

Pagi u salarji bl-ingross

320

Spejjeż tal-kostruzzjoni

321

Spejjeż materjali

322

Spejjeż tax-xogħol

411

Liċenzji tal-bini: numru ta’ abitazzjonijiet

412

Liċenzji tal-bini: Metri kwadri ta’ spazju fl-art utilizzabbli jew miżura alternattiva ta’ daqs

▼M3 —————

▼B

3. Mill-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ referenza, l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata min-numru ta' impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perijodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din il-proċedura għandha tiġi estiża sa ħames snin aktar sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M3 —————

▼M2

5. Huwa biss jekk il-varjabbli ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni (Nri 320, 321, 322) ma jkunux disponibbli, li dawn jistgħu jiġu approssimati mill-varjabbli tal-prezzijiet ta' produzzjoni (Nru 310). Din il-prattika għandha tiġi permessa sa 11 ta' Awissu 2010.

▼M2

6. L-Istati Membri għandhom iwettqu studji istitwiti mill-Kummissjoni u stabbiliti b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-istudji għandhom jitwettqu b'kont meħud tal-benefiċċji mill-ġbir tad-data b'relazzjoni ma' l-ispiża għall-ġbir u l-piż fuq in-negozju, sabiex:

(a) tiġi stmata l-fattibbiltà ta' varjabbli trimestrali tal-prezzijiet ta' produzzjoni (Nru 310) fil-kostruzzjoni;

(b) tiġi definita metodoloġija xierqa għall-ġbir ta' data u l-ikkalkular ta' l-indiċi.

Il-Kummissjoni għandha sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2006 tipproponi definizzjoni li għandha tiġi applikata għall-varjabbli tal-prezz ta' produzzjoni.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' l-istudji mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2007.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b) biex tissostitwixxi l-varjabbli ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni bil-varjabbli tal-prezz ta' produzzjoni b'effett mis-sena bażi 2010.

▼B

(d)   Il-Forma

▼M2

1. Il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi f'forma mhux aġġustata, jekk disponibbli.

2. Barra minn hekk, il-varjabbli dwar il-produzzjoni (Nru 110, 115, 116) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trasmessi f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta' ġranet ta' xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol. Il-lista ta' varjabbli li għandha tiġi trasmessa f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol tista' tiġi emendata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

3. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jittrasmettu l-varjabbli bl-aġġustamenti staġunali u jistgħu wkoll jittrasmettu l-varjabbli fil-forma ta' ċikli ta' tendenzi. Huwa biss jekk id-data mhix trasmessa f'dawn il-forom, li l-Kummissjoni (Eurostat) tista' tipproduċi u tippublika sensieli b'aġġustamenti staġunali u ċikli ta' tendenzi għall-varjabbli.

4. Il-varjabbli 110, 115, 116, 320, 321 u 322 għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi. Il-varjabbli 411 u 412 għandhom jiġu trasmessi bħala valuri assoluti. Il-varjabbli l-oħra kollha għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi jew bħala ċifri assoluti.

▼B

(e)   Il-Perijodu ta’ referenza

▼M2

Perijodu ta' referenza ta' xahar għandu japplika għall-varjabbli 110, 115 u 116. Perijodu ta' referenza ta' mhux inqas minn tliet xhur għandu japplika għall-varjabbli l-oħra kollha f'dan l-Anness.

▼M3

Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsima F tan- ►M4  NACE Rev. 2. ◄ f’sena bażi partikolari ikun inqas minn 2 % tat-total tal-Komunità Ewropea jeħtieġu biss iwettqu l-varjabbli 110, 115 u 116 b’perjodu ta’ referenza ta’ tliet xhur.

▼B

(f)   Il-Livell ta’ dettal

▼M4

1. Il-fatturi No 110, 210, 220 u 230 għandhom ikunu trażmessi għall-inqas fil-livell ta' Taqsima tan-NACE Rev. 2.

2. Il-fatturi ta' l-ordnijiet il-ġodda (No 130, 135 u 136) huma meħtieġa biss għall-Grupp 41.2 u għad-Diviżjoni 42 tan-NACE Rev. 2.

▼B

3. Il-varjabbli ta’ l-ispejjeż tal-Kostruzzjoni (Nri 320, 321 u 322) huma biss ta’ bilfors għall-bini residenzjali ġdid bl-esklużjoni ta’ residenzi għal komunitajiet.

4. Il-varjabbli tal-permessi tal-bini (Nru 411) ikopri biss bini residenzjali ġdid (bl-esklużjoni ta’ residenzi għal komunitajiet) u għandu jiġi maqsum bejn:

(i) bini residenzjali ta’ dar waħda;

(ii) bini residenzjali ta’ żewġt idjar u iktar;

5. Il-varjabbli tal-permessi tal-bini (Nru 412) ikopri biss bini u għandu jiġi maqsum bejn:

(i) bini residenzjali ta’ dar waħda;

(ii) bini residenzjali ta’ żewġt idjar u iktar;

(iii) residenzi għall-komunitajiet;

(iv) bini ta’ uffiċini;

(v) bini ieħor.

▼M2

6. Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fis-Sezzjoni F tan- ►M4  NACE Rev. 2. ◄ f'sena bażi partikolari jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea jistgħu jittrasmettu biss data għat-total tal-kostruzzjoni (livell ta' Sezzjoni tan- ►M4  NACE Rev. 2. ◄ ).

▼B

(g)   Iż-zmien ta’ l-egħluq għat-trasmissjoni tad-data

1. Il-varjabbli għandhom jiġu trasmessi biż-zmien ta’ l-għeluq li ġej wara l-aħħar tal-perijodu ta’ referenza:



Varjabbli

Limitu

▼M2

110

xahar u 15 il-jum kalendarju

115

xahar u 15 il-jum kalendarju

116

xahar u 15 il-jum kalendarju

▼M3 —————

▼M2

210

xahrejn

▼B

220

3 xhur

230

3 xhur

320

3 xhur

321

3 xhur

322

3 xhur

411

3 xhur

412

3 xhur

2. Iż-zmien ta’ l-għeluq jista’ jkun sa 15-il ġurnata itwal għal dawk l-Istati Membri li l-valur totali miżjud tagħhom fit-Taqsima F tan- ►M4  NACE Rev. 2 ◄ f'sena bażi partikolari jirrappreżenta inqas minn 3% tat-total tal-Komunità Ewropea.

(h)   Studji pilota

Il-prijoritajiet għall-istudji pilota huma kif ġej:

▼M2 —————

▼B

2. il-produzzjoni mqassma (Nru 110) f'xogħol ġdid u tiswija u manutenzjoni;

▼M2 —————

▼B

4. it-taqsim tal-varjabbli Nri 210, 220 u 230 f'bini u inġinerija ċivili;

5. l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż (Nri 320, 321 u 322) għal tipi ta’ kostruzzjoni ta’ xort' oħra minn bini residenzjali kif ukoll għal xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni;

6. it-taqsim tal-produzzjoni ta’ kostruzzjoni tal-bini (Nru 115) f'bini residenzjali u mhux residenzjali;

7. l-għoti ta’ informazzjoni ta’ investiment għal żmien qasir;

8. l-għoti ta’ informazzjoni għal żmien qasir li għandha x'taqsam mat-twelid u l-mewt ta’ intrapriżi;

(i)   L-ewwel perijodu ta’ referenza;

L-ewwel perijodu ta’ referenza li għalih il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi huwa Jannar 1998 għal data ta’ kull xahar u l-ewwel tliet xhur ta’ l-1998 għal data ta’ kull tliet xhur.

▼M2

L-ewwel perijodu ta' referenza għat-trasmissjoni tal-varjabbli 110, 115, u 116 b'perijodu ta' referenza ta' kull xahar ma jkunx iżjed tard minn Jannar 2005.

▼M4

L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih għandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel kwart 2009 għad-data ta' kull tliet xhur.

▼B

(j)   Il-perijodu ta’ transizzjoni

1. Għall-varjabbli ta’ produzzjoni (Nru 110), u l-varjabbli tal-persuni impjegati u s-sigħat maħduma (Nri 210 u 220) perijodu ta’ transizzjoni ta’ mhux aktar minn tliet snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi konċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18. Dan il-perijodu ta’ transizzjoni jista’ jiġi estiż sa sentejn oħra skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 18.

2. Għall-varjabbli l-oħra kollha perijodu ta’ transizzjoni ta’ mhux aktar minn ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi konċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M2

3. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm fi 11 ta' Awissu 2007 biex jiġi emendat il-perijodu ta' referenza għall-varjabbli 110, 115, u 116 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

4. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm fi 11 ta' Awissu 2007 għat-tibdil ta' l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data għall-varjabbli 110, 115, 116 u 210 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼B




L-ANNESS Ċ

NEGOZJU BL-IMNUT U TAT-TISWIJA

▼M4

(a)   Ambitu

Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet elenkati fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2.

▼B

(b)   L-unità t'osservazzjoni

1. L-unità t'osservazzjoni għall-varjabbli kollha f'dan l-Anness hija l-intrapriża.

2. L-użu ta’ unitajiet t'osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiżi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

(ċ)   Lista tal-varjabbli

1. L-istatistika f'dan l-Anness tikkonsisti fil-varjabbli li ġejjin:



Varjabbli

Isem

120

Il-valur tal-bejgħ

210

Numru ta’ persuni impjegati

▼M6

220

Sigħat maħduma

230

Il-pagi u s-salarji gross

▼B

330

Deflator tal-bejgħ

2. L-informazzjoni fuq il-volum tal-bejgħ (Nru 123) tista’ tiġi prodotta minflok id-deflator tal-bejgħ (Nru 330).

3. Mill-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru t'impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perijodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż sa ħames snin iżjed sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M2

4. L-Istati Membri għandhom iwettqu studji istitwiti mill-Kummissjoni u stabbiliti b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-istudji għandhom jitwettqu b'kont meħud tal-benefiċċji mill-ġbir tad-data b'relazzjoni ma' l-ispiża għall-ġbir u l-piż fuq in-negozju, sabiex:

(a) tiġi stmata l-fattibbiltà tat-trasmissjoni ta' varjabbli trimestrali ta' sigħat maħduma (Nru 220) għan-negozju bl-imnut u għat-tiswija;

(b) tiġi stmata l-fattibbiltà tat-trasmissjoni ta' varjabbli trimestrali ta' pagi u salarji grossi (Nru 230) għan-negozju bl-imnut u għat-tiswija;

(ċ) tiġi definita metodoloġija xierqa għall-ġbir ta' data u l-ikkalkular ta' l-indiċi.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' l-istudji mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2007.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b), sabiex jiġu nklużi l-varjabbli ta' sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli ta' pagi u salarji grossi (Nru 230) b'effett mis-sena bażi 2010.

▼B

(d)   Il-Forma

▼M2

1. Il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi f'forma mhux aġġustata, jekk disponibbli.

▼M6

2. 2. Il-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120), il-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom ukoll jiġu trażmessi f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol. It-trażmissjoni tal-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol hija rikjesta mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015 ‘l quddiem. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta’ ġranet ta’ xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol. Il-lista ta’ varjabbli li trid tkun trażmessa f’forma aġġuustata ta’ ġurnata ta’ xogħol tista’ tkun emendata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼B

3. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu jittrasmettu l-varjabbli aġġustati kull staġun u jistgħu ukoll jittrasmettu l-varjabbli fil-forma ta’ ċikli ta’ tendenzi. Huwa biss jekk id-data mhix trasmessa f'dawn il-forom, li Eurostat jista’ jipproduċi serje aġġustati kull staġun u ċikli ta’ tendenzi għal dawn il-varjabbli.

4. Il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi jew bħala figuri assoluti.

(e)   Il-Perijodu ta’ referenza

Il-perijodi ta’ referenza li ġejjin għandom japplikaw:



Varjabbli

Perijodu ta’ referenza

120

Xahar

210

Kwart

▼M6

220

kwart

230

kwart

▼B

330 jew 123

xahar

(f)   Il-Livell ta’ dettal

▼M6

1. Il-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120) u n-nuqqas fil-bejgħ/fil-volum tal-bejgħ (Nru 330/123) għandhom ikunu trażmessi skont il-livelli ta’ detall imfissra fil-paragrafi 2 u 3. Il-varjabbli tan-numru ta’ persuni impjegati (Nru 210) għandu jkun trażmess skont il-livell ta’ dettall imfisser fil-paragrafu 4. Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) għandhom ikunu trażmessi skont it-Taqsima 47 tar-Rev 2 tal-NACE.

▼M4

2. Ragruppar dettaljat tal-livelli tal-kategoriji u l-gruppi tan-NACE Rev. 2:

Kategorija 47.11;

Kategorija 47.19;

Grupp 47.2;

Grupp 47.3;

total tal-Kategoriji (47.73, 47.74 u 47.75);

total tal-Kategoriji (47.51, 47.71 u 47.72);

total tal-Kategoriji (47.43, 47.52, 47.54, 47.59 u 47.63);

total tal-Kategoriji (47.41, 47.42, 47.53, 47.61, 47.62, 47.64, 47.65, 47.76, 47.77 u 47.78);

Kategorija 47.91.

3. Raggruppar aggregat tal-livelli tal-kategoriji u l-gruppi tan-NACE Rev. 2:

total tal-Kategorija (47.11) u tal-Grupp (47.2);

total tal-Gruppi u tal-Kategoriji (47.19, 47.4, 47.5, 47.6, 47.7, 47.8 u 47.9);

Diviżjoni 47

Diviżjoni 47 mingħajr 47.3"

4. Diviżjoni 47

Diviżjoni 47 mingħajr 47.3

5. Dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea, għandhom biss għajfejn jittrażmettu l-fattur tat-turnover (No 120) u l-fatturi tad-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) skond il-livelli ta' detall imfissra fil-paragrafu 3.

▼B

(g)   Iż-żmien ta’ l-għeluq għat-trasmissjoni tad-'data’

▼M4

1. Il-fatturi għandhom ikunu trażmmessi għat-turnover (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) fi żmien xahrejn fil-livelli ta' detall speċifikati fil-paragrafu 2 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum aktar milli għal dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea.

2. Il-fatturi għandhom ikunu trażmessi għat-turnover (No 120) u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skond l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2). It-termini ta' l-allokazzjoni għandhhom ikunu determinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

▼M6

3. Il-varjabbli tan-numru ta’ persuni impjegati (Nru 210) għandu jkun trażmess fi żmien xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. Id-data ta’ skadenza tista’ tkun sa 15-il jum itwal għal dawk l-Istati Membri li l-volum ta’ bejgħ tagħhom fid-Diviżjoni 47 tar-Rev 2 tal-NACE f’sena ta’ bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea. Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) għandhom ikunu trażmessi fi żmien tliet xhur mit-tmien tal-perjodu ta’ referenza.

▼B

(h)   Studji pilota

Il-prijoritajiet għall-istudji pilota huma kif ġej:

1. l-għoti ta’ tqassim t’attivita iktar dettaljat;

▼M2 —————

▼B

3. il-ġbir ta’ informazzjoni dwar in-numru ta’ impjegati;

▼M2 —————

▼B

5. l-użu ta’ l-unità tat-tip ta’ attività bħala unità ta’ osservazzjoni;

6. il-ġbir ta’ informazzjoni għal żmien qasir dwar it-twelid u l-mewt ta’ intrapriżi;

(i)   L-ewwel perijodu ta’ referenza;

L-ewwel perijodu ta’ referenza li għalih il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi huwa Jannar 1998 għal data ta’ kull xahar u l-ewwel tliet xhur ta’ l-1998 għal data ta’ tliet xhur.

▼M4

L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih ghandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel tliet xhur ta' l-2009 għad-data ta' kull tliet xhur.

▼M6

L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) mhux aktar tard mill-ewwel kwart tal-2010 b’effet mill-introduzzjoni tas-sena bażi 2010 fl-2013.

▼B

(j)   Il-perijodu transitorju

1. Għall-varjabbli tal-persuni impjegati (Nru 210) perijodu transitorju ta’ mhux aktar minn tliet snin jista’ jiġi konċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18. Dan il-perijodu transitorju jista’ jiġi estiż sa sentejn oħra skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

2. Għall-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120) fil-livelli ta’ dettal speċifikati fil-paragrafu 3 tat-Taqsima F perijodu transitorju ta’ mhux aktar minn sentejn jista’ jiġi konċess skond il-proċeduri maħsuba fl-Artikolu 18.

3. Għall-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120), fil-livell ta’ dettal speċifikat fil-paragrafi 2 u 4 tat-Taqsima F u d-deflator tal-bejgħ/il-volum tal-bejgħ (Nru 330/123) perijodu transitorju ta’ mhux aktar minn ħames snin jista’ jiġi konċess mid-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M2

4. Jista' jingħata perijodu ta' transizzjoni li jintemm mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2006 għat-tibdil tat-termini perentorji għat-trasmissjoni ta' data tal-varjabbli 210 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼B




L-ANNESS D

SERVIZZJI OĦRA

▼M4

(a)   Ambitu

Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fid-Diviżjonijiet 45 u 46 u t-Taqsimiet minn H sa N u minn P sa S tan-NACE Rev. 2.

▼B

(b)   L-Unità t'osservazzjoni

1. L-unità t'osservazzjoni għall-varjabbli kollha f'dan l-Anness hija l-intrapriża.

2. L-użu t'unitajiet t'osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

(ċ)   Lista tal-varjabbli

1. L-istatistika f'dan l-Anness tikkomprendi l-varjabbli li ġejjin:



Varjabbli

Isem

120

Il-valur tal-bejgħ

210

Numru ta’ persuni impjegati

▼M6

220

Sigħat maħduma

230

Il-pagi u s-salarji gross

▼M2

310

Prezzijiet ta' produzzjoni

▼B

2. Mill-bidu ta’ l-ewwel perijodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru t'impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skond il-proċedura maħsuba fl-Artikolu 18.

▼M2

3. Il-varjabbli tal-prezz ta' produzzjoni (Nru 310) ikopri s-servizzi forniti lil klijenti li huma intrapriżi jew persuni li jirrappreżentaw intrapriżi.

4. L-Istati Membri għandhom iwettqu studji istitwiti mill-Kummissjoni u stabbiliti b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-istudji għandhom jitwettqu b'kont meħud tal-benefiċċji mill-ġbir ta' data b'relazzjoni ma' l-ispiża għall-ġbir u l-piż fuq in-negozju, sabiex:

(a) tiġi stmata l-fattibbiltà tat-trasmissjoni ta' varjabbli trimestrali ta' sigħat maħduma (Nru 220) għal servizzi oħra;

(b) tiġi stmata l-fattibbiltà tat-trasmissjoni ta' varjabbli trimestrali ta' pagi u salarji grossi (Nru 230) għal servizzi oħra;

(ċ) tiġi definita metodoloġija xierqa għall-ġbir ta' data u l-ikkalkular ta' l-indiċi;

(d) jiġi definit livell xieraq ta' dettall. Id-data għandha tiġi maqsuma skond attivitajiet ekonomiċi definiti minn Sezzjonijiet ►M4  Rev. 2 tan-NACE ◄ u skond diżaggregazzjonijiet ulterjuri, mhux lil hinn mil-livell ta' Diviżjonijiet (il-livell ta' żewġ ċifri) jew ir-raggruppamenti ta' Diviżjonijiet tan- ►M4  Rev. 2 tan-NACE ◄ .

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' l-istudji mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2007.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b) sabiex jiġu nklużi l-varjabbli ta' sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli ta' pagi u salarji grossi (Nru 230) b'effett mis-sena bażi 2010.

▼B

(d)   Il-Forma

▼M2

1. Jekk disponibbli, il-varjabbli kollha għandhom jiġu trasmessi f'forma mhux aġġustata.

2. Il-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120) għandu wkoll jiġi trasmess f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta' ġranet ta' xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol. Il-lista tal-varjabbli li għandha tiġi trasmessa f'forma aġġustata ta' ġranet ta' xogħol tista' tiġi emendata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandu jibda jkun trażmess f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

▼B

3. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu jittrasmettu l-varjabbli aġġustati kull staġun u jistgħu ukoll jittrasmettu l-varjabbli fil-forma ta’ ċikli ta’ tendenzi. Huwa biss jekk id-data mhix trasmessa f'dawn il-forom, li l-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tipproduċi serje aġġustata kull staġun u ċikli ta’ tendenzi għal dawn il-varjabbli.

▼M2

4. Il-varjabbli tal-prezz ta' produzzjoni (Nru 310) għandu jiġi trasmess bħala indiċi. Il-varjabbli l-oħra kollha għandhom jiġu trasmessi bħala indiċi jew bħala ċifri assoluti.

▼B

(e)   Il-Perijodu ta’ referenza

Perijodu ta’ referenza ta’ mill-inqas tliet xhur għandu japplika għall-varjabbli kollha f'dan l-Anness.

▼M2

L-Istati Membri għandhom iwettqu studji istitwiti mill-Kummissjoni u stabbiliti b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-istudji għandhom jitwettqu b'kont meħud tal-benefiċċji ta' perijodu ta' referenza mnaqqas b'relazzjoni ma' l-ispiża għall-ġbir u l-piż fuq in-negozju sabiex tiġi stmata l-fattibbiltà tat-tnaqqis tal-perijodu ta' referenza għall-varjabbli tal-valur tal-bejgħ (Nru 120) minn wieħed trimestrali għal perijodu ta' referenza ta' xahar.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar ir-riżultati ta' l-istudji lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2007.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b) in konnessjoni ma' reviżjoni tal-kumpilazzjoni tal-varjabbli tal-valur tal-bejgħ.

▼B

(f)   Il-Livell ta’ dettal

▼M4

1. Il-fattur tat-turnover (No 120) għandu jkun trażmess skond il-gruppi tan-NACE Rev.2 li ġejjin:

46 fi tliet figuri;

45, 45.2, 49, 50, 51, 52, 53, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 71, 73, 74, 78, 79, 80, 81.2, 82;

it-total ta' (45.1, 45.3 u 45.4);

it-total ta' (55 u 56);

it-total ta'(69 u 70.2).

2. Il-fattur tal-persuni impjegati (No 210) għandu jkun trażmess skond il-gruppi li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

Id-Diviżjonijiet 45, 46, 49, 50, 51, 52, 53, 58, 59, 60, 61, 62, 63;

it-total ta' (69, 70.2, 71, 73 u 74);

it-total ta' (55 u 56);

it-total ta' (78, 79, 80, 81.2 u 82).

Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) għandhom ikunu trażmessi skont il-gruppi li ġejjin tar-Rev 2 tal-NACE

 Diviżjonijiet 45 u 46

 Taqsimiet H, I u J;

 it-total ta’ (69, 70.2, 71, 73 u 74);

 it-total ta’ (78, 79, 80, 81.2 u 82).

3. Għad-Diviżjonijiet 45 u 46 tan-NACE Rev. 2, il-fattur tat-turnover għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' żewġ figuri minn dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom f'dawk id-Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.

4. Għat-Taqsimiet H u J tan-NACE Rev. 2, il-fattur ta' l-għadd ta' persuni impjegati (No 210) għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' Taqsima minn dawk l-Istati Membri li valur totali miżjud tagħhom fit-Taqsimiet H u J tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.

5. Il-fattur tal-prezz ta' l-output (No 310) għandu jkun trażmess skond l-attivitajiet u l-gruppi li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

49.4, 51, 52.1, 52.24, 53.1, 53.2, 61, 62, 63.1, 63.9, 71, 73, 78, 80, 81.2;

it-total ta' (50.1 u 50.2);

it-total ta' (69.1, 69.2 u 70.2).

In-NACE Rev. 2 Diviżjoni 78 tkopri t-totali tal-prezz tar-reklutaġġ u l-persunal ipprovdut.

▼M2

6. Il-lista ta' attivitajiet u raggruppamenti tista' tiġi emendata sa mhux iżjed tard minn 11 ta' Awissu 2008 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.

▼M4

7. Għad-Diviżjoni 63 tan-NACE Rev. 2, il-fattur tal-prezz ta' l-output (No 310) għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' żewġ figuri minn dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom f'din id-Diviżjoni tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.

▼B

(g)   Iż-żmien ta’ l-għeluq għat-trasmissjoni tad-'data’

▼M2

Il-varjabbli għandhom, wara li jintemm il-perijodu ta' referenza, jiġu trasmessi sa' l-iskadenzi li ġejjin:



Varjabbli

Skadenzi

120

Xahrejn

210

Xahrejn

▼M6

220

3 xhur

230

3 xhur

▼M2

310

3 xhur

▼B

(h)   Studji pilota

Il-prijoritajiet għall-istudji pilota huma kif ġej:

1. il-ġbir ta’ informazjoni dwar il-pagi u s-salarji;

2. il-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-deflators,

▼M4

3. il-fattibilità u rilevanza tal-ġbir tad-data għandhom ikunu stmati fuq:

(i) attivitajiet ta' ġestjoni ta' kumpaniji holding Rev. 2 tan-NACE Gruppi 64.2 u 70.1;

(ii) il-proprjetà immobbli Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 68;

(iii) ir-riċerka u l-iżvilupp Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 72;

(iv) l-attività tal-kiri Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 77;

(v) Rev. 2 tan-NACE Taqsimiet K, P, Q, R, S;

▼B

4. il-produzzjoni ta’ taqsim iktar dettaljat;

5. il-qies tal-possibilità ta’ trasmissjoni iktar kmieni tad-data;

6. il-ġbir ta’ informazzjoni dwar in-numru ta’ impjegati;

7. l-użu ta’ l-unità tat-tip ta’ attività bħala unità ta’ osservazzjoni;

8. il-ġbir ta’ informazzjoni għal żmien qasir dwar it-twelid u l-mewt ta’ intrapriżi;

(i)   L-ewwel perijodu ta’ referenza

L-ewwel perijodu ta’ referenza li għalih għandhom jiġu trasmessi l-varjabbli kollha huwa l-ewwel tliet xhur ta’ l-1998.

▼M2

L-ewwel perijodu ta' referenza għat-trasmissjoni tal-varjabbli tal-prezz ta' produzzjoni Nru 310 m'għandux ikun iżjed tard mill-ewwel trimestru ta' l-2006. Tista' tingħata deroga ta' sena ulterjuri għall-ewwel perijodu ta' referenza skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18, bil-kundizzjoni li tiġi applikata sena bażi li ma tkunx iżjed tard mill-2006.

▼M4

L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih ghandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa l-ewwel kwart 2009.

▼M6

L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) mhux aktar tard mill-ewwel kwart tal-2010 b’effet mill-introduzzjoni tas-sena bażi 2010 fl-2013.

▼M4

(j)   Perjodu ta' tranżizzjoni

Jista' jingħata perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-11 ta' Awissu 2008 għall-fattur No 310 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Perjodu ieħor ta' tranżizzjoni ta' sena jista' jingħata għall-implimentazzjoni tal-fattur No 310 għan-NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 52, 69, 70, 71, 73, 78, 80 u 81 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Barra minn dawk il-perjodi ta' tranżizzjoni, jista' jingħata perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali ta' sena, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għal dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fl-attivitajiet tan-NACE Rev. 2 msemmija taħt l-intestatura (a) Ambitu f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea.



( 1 ) ĠU C 267, tat-3.9.1997, p.1.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Frar 1998 (ĠU C 80, tas-16.3.1998)

( 3 ) ĠU C 19, tal-21.1.1998, p. 125.

( 4 ) Opinjoni mogħtija fil-11 ta’ Settembru 1997 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 5 ) ĠU L 128, tat-3.6.1972, p. 28

( 6 ) ĠU L 52, tat-23.2.1978, p. 17.

( 7 ) ĠU L 310, tat-30.11.1996, p.1.

( 8 ) ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 131.

( 9 ) ĠU L 14, tas-17.1.1997, p.1.

( 10 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p.1.

( 11 ) ĠU L 76, tat-30.3.1993, p.1.

( 12 ) ĠU L 293, ta’ l-24.10.1990, p.1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 (ĠU L 83, tat-3.4.1993, p.1).

( 13 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 14 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

( 15 ) ĠU L 86, 27.3.2001, p. 11.

Top