EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01998R0994-20130820

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas- 7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/994/2013-08-20

1998R0994 — MT — 20.08.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 994/98

tas-7 ta’ Mejju 1998

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali

▼B

(ĠU L 142, 14.5.1998, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 733/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013

  L 204

11

31.7.2013




▼B

▼M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 994/98

tas-7 ta’ Mejju 1998

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali

▼B



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkonsulta l-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

(1)

Billi, skond l-Artikolu 94 tat-Trattat, il-Kunsill jista' jagħmel kull regolament xieraq għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 92 u 93 u jista', b'mod partikolari, jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fihom l-Artikolu 93(3) għandu japplika u l-kategoriji ta' għajnuna eżentata minn din il-proċedura;

(2)

Billi, taħt it-Trattat, l-istima tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq komuni essenzalment tintemm għand il-Kummissjoni;

(3)

Billi l-ħidma xierqa tas-suq intern titlob applikazzjoni stretta u effiċjenti tar-regoli tal-kompetizzjoni rigward għajnuna Statali;

(4)

Billi l-Kummissjoni applikat l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat f'numru ta' deċiżjonijiet u ddikjarat ukoll il-politika tagħha f'numru ta' komunikazzjonijiet; billi, fid-dawl ta' l-esperjenza konsiderevoli tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat u t-testi ġenerali maħruġa mill-Kummissjoni abbażi ta' dawk id-disposizzjonijiet, huwa xieraq, sabiex tkun assigurata s-sorveljanza effiċjenti u tkun simplifikata l-amministrazzjoni, mingħajr ma tiddgħajjef is-sorveljanza tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni titħalla tiddikjara permezz ta' regolamenti, f'suġġetti fejn il-Kummissjoni għandha biżżejjed esperjenza sabiex tiddefinixxi kriterji ta' kompatibilità ġenerali, li ċertu kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq komuni skond disposizzjoni waħda jew aktar ta' l-Artikolu 92(2) u (3) tat-Trattat u huma eżenti mill-proċedura provduta fl-Artikolu 93(3) ta' l-istess;

(5)

Billi regolamenti għal eżenzjoni ta' gruppi jżidu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali; billi jistgħu jkunu direttament applikabbli mill-Qrati nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 177 tat-Trattat;

(6)

Billi huwa xieraq li l-Kummissjoni, meta taddotta regolamenti li jeżentaw kategoriji ta' għajnuna mill-obbligu ta' notifika provdut fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat, tispeċifika l-għan tal-għajnuna, il-kategoriji ta' benefiċjarji u l-limiti fuq l-għajnuna eżentata, l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġabra tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet ta' sorveljanza, sabiex tkun assigurata l-kompatibilità mas-suq komuni ta' għajnuna koperta b'dan ir-Regolament;

(7)

Billi huwa xieraq li l-Kummissjoni tkun tista', meta taddotta regolamenti li jeżentaw ċertu kategoriji ta' għajnuna mill-obbligu ta' notifika fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat, timponi aktar kondizzjonijiet dettaljati sabiex tassigura l-kompatibilità mas-suq komuni ta' għajnuna koperta b'dan ir-Regolament;

(8)

Billi jista' jkun ta' użu li jkunu stabbiliti limiti ta' kondizzjonijiet oħra xierqa li jitolbu n-notifika ta' premijiet ta' għajnuna sabiex iħallu l-Kummissjoni teżamina individwalment l-effett ta' ċertu għajnuna fuq il-kompetizzjoni u n-negozju bejn l-Istati Membri u l-kompatibilità tagħha mas-suq komuni;

(9)

Billi l-Kummissjoni wara li tikkunsidra l-iżvilupp u l-ħidma tas-suq komuni, għandha tkun tista' tistabbilixxi permezz ta' regolament li ċertu għajnuna ma taderixxix mal-kriterji kollha ta' l-Artikolu 92(1) tat-Trattat u hija għalhekk eżenti mill-proċedura ta' notifika provduta fl-Artikolu 93(3), basta li l-għajnuna mogħtija lill-istess intrapriża fuq perjodu ta' żmien mogħti ma' teċċedix ċertu ammont fiss;

(10)

Billi skond il-proċedura ta' l-Artikolu 93(1) tat-Trattat il-Kummissjoni hija marbuta, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri li żżomm taħt reviżjoni kostanti s-sistemi kollha ta' għajnuna eżistenti; billi għal dan il-għan u sabiex tassigura l-aktar grad possibbli ta' trasparenza u kontroll adegwat huwa mixtieq li l-Kummissjoni tassigura t-twaqqif ta' sistema ta' reġistrazzjoni u ħażna ta' informazzjoni affidabbli dwar l-applikazzjoni ta' regolamenti li taddotta, li għalihom l-Istati Membri kollha għandhom aċċess, u li tirċievi l-informazzjoni kollha neċessarja mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna eżentata minn notifikazzjoni li tissodisfa dan l-obbligu, li jista jkun eżaminat u evalwat ma' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv; billi għal dan il-għan huwa wkoll mixtieq li l-Kummissjoni tkun tista titlob dik l-informazzjoni sabiex tkun fornita kif xieraq sabiex tassigura l-effiċjenza ta' din ir-reviżjoni;

(11)

Billi l-kontroll tal-għotja tal-għajnuna jinvolvi fatturi fattwali, legali u ekonomiċi ta' natura kumplessa ħafna u varjetà kbira f'ambjent li dejjem ikun qed jevolvi; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk regolarment tirrevedi l-kategoriji ta' għajnuna li għandhom ikunu eżentati min-notifika; billi l-Kummissjoni għandha tkun tista tħassar jew temenda regolamenti li tkun addottat skond dan ir-Regolament meta ċ-ċirkostanzi jkunu tbiddlu rigward xi element importanti li jkun ikkostitwixxa l-qafas għall-addozzjoni jew fejn l-iżvilupp progressiv jew il-funzjoni tas-suq komuni titlob hekk;

(12)

Billi l-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-Istati Membri, għandha tkun tista tiddefinixxi preċiżament l-iskop ta' dawn ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet annessi magħhom; billi, sabiex tipprovdi għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, huwa xieraq li jkun stabbilit kumitat konsultattiv dwar għajnuna Statali li għandu jkun ikkonsultat qabel il-Kummissjoni taddotta regolamenti skond dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Eżenzjonijiet tal-grupp

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolamenti addottati f'konformità mal-proċeduri provduti fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u f'konformità ma' l-Artikolu 92 tat-Trattat, tiddikjara li l-kategoriji li ġejjin għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni u m'għandhomx ikunu soġġetti għall-bżonnijiet ta' notifika ta' l-Artikolu 93(3) tat-Trattat:

▼M1

(a) għajnuna favur:

(i) intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(ii) riċerka, żvilupp u innovazzjoni;

(iii) ħarsien tal-ambjent;

(iv) impjieg u taħriġ;

(v) konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(vi) tiswija tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali;

(vii) it-tiswija tal-ħsara kkawżata minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena ta’ temp fis-sajd;

(viii) forestrija;

(ix) promozzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(x) konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(xi) sport;

(xii) residenti ta’ reġjuni mbiegħda, għat-trasport, meta din l-għajnuna jkollha karattru soċjali u tingħata mingħajr diskriminazzjoni relata mal-identità ta’ min iġorr;

(xiii) l-infrastruttura tal-broadband bażika, miżuri ta’ infrastruttura żgħar individwali li jkopru netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatati mal-broadband u infrastruttura tal-broadband passiva, f’żoni fejn jew ma hemmx tali infrastruttura jew fejn mhux probabbli li tiġi żviluppata tali infrastruttura fil-futur qrib;

(xiv) infrastruttura b’appoġġ tal-objettivi elenkati f’(i) sa (xiii) u fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u b’appoġġ għal objettivi oħra ta’ interess komuni, b’mod partikolari l-objettivi ta’ Ewropa 2020;

▼B

(b) għajnuna li tħares il-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għotja ta' għajnuna reġjonali.

2.  Ir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw għal kull kategorija ta' għajnuna:

(a) l-għan tal-għajnuna;

(b) il-kategoriji tal-benefiċjarji;

▼M1

(c) limiti espressi f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta’ sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna jew, għal ċerti tipi ta’ għajnuna fejn tista’ tkun diffiċli li tiġi identifikata l-intensità tal-għajnuna jew l-ammont preċiż tal-għajnuna, b’mod partikolari strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew investimenti ta’ kapital ta’ riskju jew dawk ta’ natura simili, f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat f’dik il-miżura jew relatat magħha, mingħajr preġudizzju għall-kwalifikazzjoni tal-miżuri kkonċernati fid-dawl tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE;

▼B

(d) il-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-ġabra tal-għajnuna;

(e) il-kondizzjonijiet ta' sorveljanza kif speċifikati fl-Artikolu 3.

3.  Ukoll, ir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, b'mod partikolari:

(a) iwaqqfu limiti jew kondizzjonijiet oħra għan-notifika tal-għotja ta' għajnuna individwali;

(b) jeskludu ċertu setturi mill-iskop tagħhom;

(ċ) jimponu aktar kondizzjonijiet għall-kompatibbilità tal-għajnuna eżentata taħt dawn ir-regolamenti.

Artikolu 2

De minimis

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament addottat skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, tiddeċiedi li, wara li kkunsidrat l-iżvilupp u l-funzjoni tas-suq komuni, ċertu għajnuna ma' tissodisfax il-kriterji kollha ta' l-Artikolu 92(1) u li huma għalhekk eżentati mill-proċedura ta' notifika li hemm provduta fl-Artikolu 93(3), basta li għajnuna mogħtija lill-istess intrapriża fuq perjodu ta' żmien mogħti ma' jeċċedix ċertu ammont fiss.

2.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, f'kull ħin, jikkomunikawlha kull informazzjoni addizzjonali rigward għajnuna eżentata taħt l-paragrafu 1.

Artikolu 3

Trasparenza u sorveljanza

1.  Meta tkun qed taddotta regolamenti skond l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha timponi regoli dettaljati fuq l-Istati Membri sabiex tassigura trasparenza u sorveljanza tal-għajnuna eżentata minn notifikazzjoni f'konformità ma' dawk ir-regolamenti. Dawn ir-regoli għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, fir-rekwiżiti provduti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

▼M1

2.  Meta jiġu implimentati sistemi ta’ għajnuna jew għajnuna individwali li ngħataw barra mill-qafas ta’ sistema, li jkunu ġew eżentati skont ir-regolamenti msemmijin fl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, sommarji tal-informazzjoni dwar tali sistemi ta’ għajnuna jew tali għajnuna individwali li mhumiex koperti mis-sistemi ta’ għajnuna eżentati.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet ta' grupp. Jekk il-Kummissjoni għandha informazzjoni li twassalha sabiex tiddubita li regolament ta' eżenzjoni qed ikun applikat tajjeb, l-Istati Membri għandhom jgħaddulha kull informazzjoni li tikkunsidra neċessarja sabiex teżamina jekk għajnuna tħarisx dak ir-regolament.

4.  Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet ta' grupp, skond il-bżonnijiet speċifiċi tal-Kummissjoni, preferibbilment f'forma kompjuterizzata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-rapporti aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jeżamina u jevalwa dawn ir-rapporti darba fis-sena.

Artikolu 4

Perjodu ta' validità u emendar tar-regolamenti

1.  Regolamenti addottati skond l-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw għal perjodu speċifiku. Għajnuna eżentata b'regolament addottat skond l-Artikoli 1 u 2 għandha tkun eżenti għall-perjodu ta' validità ta' dak ir-regolament u għall-perjodu ta' aġġustament li hemm provdut għalih fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Regolamenti addottati skond l-Artikoli 1 u 2 jistgħu ikunu ripetuti jew emendati fejn ċirkostanzi jinbiddlu dwar xi element importanti li kkostitwixxa raġuni għall-addozzjoni tagħhom jew fejn l-iżvilupp progressiv jew il-ħidma tas-suq komuni hekk tirrikjedi. F'dak il-każ ir-regolament il-ġdid għandu jipprovdi perjodu ta' aġġustament ta' sitt xhur għall-aġġustament ta' għajnuna koperta bir-regolament ta' qabel.

3.  Regolamenti addottati skond l-Artikoli 1 u 2 għandhom jipprovdu għal perjodu kif imsemmi fil-paragrafu 2, jekk l-applikazzjoni tagħhom ma' tkunx estiża meta jiskadu.

Artikolu 5

Rapport ta' evalwazzjoni

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament. Għandha tissottometti abbozz tar-rapport għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7.

Artikolu 6

Smigħ ta' partijiet interessati

Fejn il-Kummissjoni taħseb li ser taddotta regolament, għandha tippubblika abbozz ta' l-istess sabiex tippermetti lill-partijiet u organizzazzjonijiet kollha interessati li jissottomettu l-kummenti tagħhom għalih matul limitu ta' żmien raġonevoli li għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni u li m'għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun ta' anqas minn xahar.

Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv

Kumitat konsultattiv, minn issa 'l quddiem msejjaħ il-Kumitat Konsultattiv dwar Għajnuna Statali, għandu jitwaqqaf. Għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 8

Konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv dwar Għajnuna Statali:

▼M1

(a) fl-istess waqt li jiġi ppubblikat kwalunkwe abbozz ta’ Regolament skont l-Artikolu 6;

▼B

(b) qabel ma' taddotta xi regolament.

2.  Konsultazzjoni tal-Kumitat għandha sseħħ f'laqgħa msejjħa mill-Kummissjoni. ►M1  L-abbozzi u d-dokumenti li għandhom ikunu eżaminati għandhom jiġu annessi man-notifika u jistgħu jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. ◄ Il-laqgħa għandha sseħħ mhux aktar kmieni minn xahrejn wara li tkun intbagħtet in-notifika.

Dan il-perjodu jista' jitnaqqas fil-każ ta' konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), meta urġenti jew f'każ sempliċi ta' estensjoni tar-regolament.

3.  Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz, fil-perjodu li jistgħa jkun stipulat mill-President skond l-urġenza tal-każ, jekk neċessarju billi jittieħed vot.

4.  L-opinjoni għandha tkun irreġistrata fil-minuti; ukoll, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jsaqsi li l-posizzjoni tiegħu tkun irreġistrata fil-minuti. Il-Kumitat Konsultattiv jista' jirrikmanda publikazzjoni tal-opinjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

5.  Il-Kummissjoni għandha jikkunsidra b'mod l-aktar serju tal-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Għandha tinforma l-Kumitat dwar kif l-opinjoni tiegħu kienet ikkunsidrata.

Artikolu 9

L-aħħar disposizzjonijiet

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik li fiha jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 262, tat-28.8.1997, p. 6.

( 2 ) ĠU C 138, ta' l-4.5.1998.

( 3 ) ĠU C 129, tas-27.4.1998, p. 70.

Top