This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01996L0061-20060224
Council Directive 96/61/EC of 24 September 1996 concerning integrated pollution prevention and control
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis
No longer in force
)
1996L0061 — MT — 24.02.2006 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p.26) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003 |
L 156 |
17 |
25.6.2003 |
|
L 275 |
32 |
25.10.2003 |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 166/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Jannar 2006 |
L 33 |
1 |
4.2.2006 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/61/KE
ta' l-24 ta' Settembru 1996
dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s (1) tiegħu,
Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Waqt li jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 189c tat-Trattat ( 3 ),
(1) Billi l-għanijiet u l-prinċipji tal-politika tal-Komunita dwar l-ambjent, kif preskritti fl-Artikolu 130r tat-Trattat, jikkonsistu b'mod partikolari fil-prevenzjoni, tnaqqis u sa fejn hu possibbli l-eliminazzjoni ta' tniġġis billi tingħata prijorita għal intervent mill-għajn u tiżgura l-immaniġġar prudenti tar-riżorsi naturali, b'konformita mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju tal-prevenzjoni tat-tniġġis;
(2) |
Billi l-Ħames Programm Ambjentali ta' Azzjoni, li l-punti prinċipali tiegħu ģew approvati mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fir-riżoluzzoni ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar programm tal-Komunita ta' politika u azzjoni b'relazzjoni ma' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli ( 4 ), jagħti prijorita għall-kontroll integrat ta' tniġġiż bħala parti importanti mill-mixja lejn bilanċ aktar sostenibbli bejn l-attivita umana u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku, min-naħa 'l waħda, u r-riżorsi u l-kapaċita riġenerattiva tan-natura, mill-oħra; |
(3) |
Billi l-implimentazzjoni ta' azzjoni sħiħa biex jitnaqqas it-tniġġiż teħtieġ azzjoni fil-livell tal-Komunita sabiex tiġi modifikata u supplimentata l-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunita dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż minn impjanti industrijali; |
(4) |
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar il-ġlieda kontra t-tniġġiż fl-arja minn impjanti industrijali ( 5 ) introduċiet qafas ġenerali li jeħtieġ awtorizzazzjoni qabel xi operazzjoni jew modifikazzjoni sostanzjali fl-istallazzjonijiet industrijali li jistgħu jikkawżaw it-tniġġiż fl-arja; |
(5) |
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitfugħa fl-ambjent akwatiku tal-Komunita ( 6 ) introduċiet il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni għar-rimi ta' dawk is-sustanzi; |
(6) |
Billi, għalkemm teżisti leġislazzjoni tal-Komunita dwar il-ġlieda kontra t-tniġġiż ta' l-arja u l-prevenzjoni jew tnaqqis tar-rimi ta' sustanzi perikolużi fl-ilma, ma hemm ebda leġislazzjoni paragunabbli tal-Komunita immirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta' emissjonijiet fil-ħamrija; |
(7) |
Billi d-diversi modi li jwasslu għall-kontroll ta' l-emissjonijiet fl-ajru, fl-ilma u fil-ħamrija separatament jistgħu jħajru ċ-ċaqliq tat-tniġġiż bejn id-diversi mezzi ambjentali pjuttost milli jiġi protett l-ambjent kollu kemm hu; |
(8) |
Billi l-għan ta' mod integrat li jwassal għal kontroll ta' tniġġiż huwa l-prevenzjoni ta' emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija kulfejn dan ikun prattiku, waqt li jitqies l-immaniġġar ta' l-iskart, u, meta dan ma jkunx il-każ, li jitnaqqsu biex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu; |
(9) |
Billi din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għall-prevenzjoni u kontroll sħiħ ta' tniġġiż; billi tippreskrivi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' prevenzjoni u kontroll sħiħ ta' tniġġiż sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent kollu kemm hu; billi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli għandu jissaħħaħ permezz ta' mod sħiħ ta' kontroll tat-tniġġiż; |
(10) |
Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( 7 ); billi, meta informazzjoni u konklużjonijiet miksuba b'żieda ma' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu meqjusa meta tingħata awtorizzazzjoni, din id-Direttiva ma teffettwax l-implimentazzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE; |
(11) |
Billi għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-operatur ta' l-attivitajiet industrijali imsemmijin fl-Anness I ikun konformi mal-prinċipji ġenerali ta' ċerti obbligi bażiċi; billi għal dak il-għan għandu jkun biżżejjed għall-awtoritajiet kompetenti li jqisu dawk il-prinċipji ġenerali meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni; |
(12) |
Billi wħud mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva għandhom jiġu applikati għall-istallazzjonijiet eżistenti wara perjodu fissat u għal oħrajn mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; |
(13) |
Billi, biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġiż b'mod aktar effettiv u effiċjenti, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-aspetti ambjentali mill-operatur; billi dawk l-aspetti għandhom jiġu komunikati lill-awtorita jew awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu sodisfatti, qabel ma jagħtu l-permess, li l-miżuri xierqa kollha ta' prevenzjoni jew ta' kontroll tat-tniġġiż ikunu ġew stabbiliti; billi proċeduri differenti ħafna ta' applikazzjoni jistgħu jagħtu lok għal livelli differenti ta' protezzjoni ta' l-ambjent u kuxjenza pubblika; billi, għalhekk, applikazzjonijiet għall-permessi skond din id-Direttiva għandhom jinkludu data minimi; |
(14) |
Billi l-koordinazzjoni sħiħa tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni u kundizzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tagħmilha possibbli li jinkiseb l-ogħla livell prattiku ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu; |
(15) |
Billi l-awtorita jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jemendaw permess biss meta l-miżuri sħaħ ta' protezzjoni ambjentali għall-arja, l-ilma u l-art ikunu ġew stabbiliti; |
(16) |
Billi l-permess għandu jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa biex jitħarsu l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni u b'hekk jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent kollu kemm hu; billi, bla ħsara għall-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni, dawk il-miżuri jistgħu wkoll ikunu s-suġġett ta' ħtiġijiet ġenerali li jorbtu; |
(17) |
Billi l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet, parametri jew miżuri tekniċi ekwivalenti għandhom ikunu bażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli, mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta' xi teknika speċifika partikolari jew teknoloġija u billi jkunu meqjusa l-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjoni konċernata, il-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali; billi fil-każi kollha l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis ta' tniġġiż fuq distanzi twal jew bejn il-fruntieri u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu; |
(18) |
Billi għandhom ikunu l-Istati Membri li jistabbilixxu kif il-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjoni konċernata, il-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-kundizzjonijiet lokali ambjentali jistgħu, meta xieraq, jiġu meqjusa; |
(19) |
Billi, meta livell ta' kwalita ambjentali jeħtieġ kundizzjonijiet aktar iebsa minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli, kundizzjonijiet supplimentari għandhom b'mod partikolari jiġu meħtieġa fil-permess, bla ħsara għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu biex jitħarsu l-livelli ta' kwalita ambjentali; |
(20) |
Billi, minħabba li l-aħjar tekniki disponibbli jinbidlu maż-żmien, partikolarment fid-dawl ta' l-avanzi tekniċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jew ikunu infurmati bi progress bħal dak; |
(21) |
Billi, bdil fi stallazzjoni jista' jagħti lok għal tniġġiż; billi l-awtorita jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jiġu notifikati b'kull bidla li tista' teffettwa l-ambjent; billi tibdil sostanzjali f'impjant għandu jkun suġġett għall-għoti ta' awtorizzazzjoni minn qabel skond din id-Direttiva; |
(22) |
Billi l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom perjodikament jiġu riveduti u fejn meħtieġ aġġornati; billi, taħt ċerti kundizzjonijiet, għandhom f'kull każ jiġu eżaminati mill-ġdid; |
(23) |
Billi, biex il-pubbliku jkun mgħarraf bit-tħaddim ta' l-istallazzjonijiet u l-effett potenzjali tagħhom fuq l-ambjent, u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċess dwar ħruġ ta' liċenzji fil-Komunita kollha, l-pubbliku għandu jkollu aċċess, qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, għall-informazzjoni li tirrelata ma' l-applikazzjonijiet għall-permessi ta' stallazzjonijiet ġodda jew tibdil sostanzjali ta' l-istess permessi, l-aġġornament tagħhom u d-data relevanti għal sorveljanza. |
(24) |
Billi t-tfassil ta' inventarju ta' l-emissjonijiet prinċipali u l-għejun responsabbli jista' jitqies bħala strument importanti li jagħmilha possibbli b'mod partikolari li jitqabblu l-attivitajiet ta' tniġġiż fil-Komunita; billi inventarju bħal dak għandhu jitħejja mill-Kummissjoni, megħjuna minn kumitat regolatorju; |
(25) |
Billi l-iżvilupp u l-bdil ta' tagħrif fil-livell tal-Komunita dwar l-aħjar tekniki disponibbli għandu jgħin biex isewwi l-iżbilanċi teknoloġiċi fil-Komunita, għandu jippromwovi t-tixrid mad-dinja kollha tal-valuri ta' limiti u tekniki wżati fil-Komunita u għandu jgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni effiċjenti ta' din id-Direttiva; |
(26) |
Billi rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-effettivita ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mħejjija regolarment; |
(27) |
Billi din id-Direttiva tikkonċerna stallazzjonijiet li l-potenzjal tagħhom għat-tniġġiż, u għalhekk għal tniġġiż bejn il-fruntieri, huwa sinifikanti; billi konsultazzjoni ta' bejn il-fruntieri għandha tiġi organizzata meta applikazzjonijiet jirrelataw ma' ħruģ ta' liċenzji għal stallazzjoniiet ġodda jew għal tibdil sostanzjali fi stallazzjonijiet li x'aktarx jista' jkollhom effetti sinifikanti negattivi ambjentali; billi l-applikazzjonijiet li jirrelataw ma' dawk il-proposti jew bdil sostanzjali għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ta' l-Istat Membru li x'aktarx jista' jiġi effettwat; |
(28) |
Billi l-ħtieġa għal azzjoni tista' tiġi identifikata fil-livell tal-Komunita biex jiġu stabbiliti valuri ta' limiti ta' emissjonijiet għal ċerti kategoriji ta' stallazzjonijiet u mezzi ta' tniġġiż koperti b'din id-Direttiva; billi l-Kunsill għandu jiffissa l-valuri ta' limiti ta' emissjoniiet bħal dawk skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat; |
(29) |
Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunita dwar is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan u kamp ta' applikazzjoni
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tinkiseb prevenzjoni u kontroll shih ta' tniġġiż li jinħoloq mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I. Tippreskrivi miżuri maħsuba għall-prevenzjoni jew, meta dan ma jkunx prattiku, għal tnaqqis ta' emissjonijiet fl-arja, fil-baħar u fl-art mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq, inklużi miżuri dwar skart, sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent kollu kemm hu, bla ħsara għad-Direttiva 85/337/KEE u għad-dispożizzjonijiet oħra relevanti tal-Komunita.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,
1. “sustanza” għandha tfisser kull element kimiku u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' sustanzi radjuattivi skond it-tifsira tad-Direttiva 80/836/Euratom ( 8 ) u organiżmi ġenetikament modifikati skond it-tifsira tad-Direttiva 90/219/KEE ( 9 ) u d-Direttiva 90/220/KEE ( 10 );
2. “tniġġiż” għandu jfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta bħala riżultat ta' attivita umana, ta' sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew ħsejjes fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalita ta' l-ambjent, li tirriżulta fi ħsara għal proprjeta materjali, jew tgħarraq jew tfixkel il-kumditajiet u l-użi oħra leġittimi ta' l-ambjent;
3. “stallazzjoni” għandha tfisser unita teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attivita waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I, u kull attivita oħra direttament assoċjata li jkollha konnessjoni teknika ma' l-attivitajiet imwettqa fuq dak is-sit u li jista' jkollha effett fuq emissjonijiet u tniġġis;
4. “stallazzjoni eżistenti” għandha tfisser stallazzjoni li titħaddem jew, skond il-leġislazzjoni eżistenti qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, stallazzjoni awtorizzata jew skond il-fehma ta' l-awtorita kompetenti s-suġġett ta' talba sħiħa għal awtorizzazzjoni, iżda li dik l-istallazzjoni tibda titħaddem mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva;
5. “emissjoni” għandha tfisser ir-rilaxx dirett jew indirett ta' sustanzi, vibrazzjonijiet, sħanat jew ħsejjes minn għejun individwali jew diffużi fl-istallazzjoni għal ģo l-arja, l-ilma jew l-art;
6. “valuri ta' limiti ta' emissjonijiet” għandha tfisser il-massa, espressa f'termini ta' ċerti parametri speċifiċi, konċentrament u/jew livell ta' emissjoni, li ma jistgħux jinqabżu matul perjodu wiehed jew aktar ta' żmien. Valuri ta' limiti ta' emissjonijiet jistgħu wkoll jiġu stabbiliti għal ċerti gruppi, familji jew kategoriji ta' sustanzi, b'mod partikolari għal dawk elenkati fl-Anness III.
Il-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet ta' sustanzi għandhom normalment japplikaw fil-punt meta l-emissjonijiet iħallu l-istallazzjoni, b'kull taħlit jiġi injorat meta dawn ikunu qed jiġu stabbiliti. Fir-rigward ta' rilaxx indirett fl-ilma, jista' jitqies l-effett ta' impjant ta' trattament ta' l-ilma meta jiġu stabbiliti l-valuri ta' limiti ta' emissjoni ta' l-istallazzjoni involuta, iżda li jiġi garantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni ta' l-ambjent kollu kemm hu u sakemm dan ma jwassalx għal livelli għola ta' tniġġiż fl-ambjent, bla ħsara għad-Direttiva 76/464/KEE jew għad-Direttivi li jimplimentawha;
7. “livell ta' kwalita ambjentali” għandha tfisser is-sett ta' ħtiġijiet li għandhom jitħarsu fi żmien partikolari minn ambjent partikolari jew parti partikolari minnu, kif stabbilit fil-leġislazzjoni tal-Komunita;
8. “awtorita kompetenti” għandha tfisser l-awtorita jew l-awtoritajiet jew korpi responsabbli skond id-dispożizzjonijiet legali ta' l-Istati Membri għat-twettiq ta' l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva;
9. “permess” għandha tfisser dik il-parti minn deċiżjoni bil-miktub jew id-deċiżjoni bil-miktub kollha kemm hi (jew diversi deċiżjonijiet bħal dawk) li tagħti l-awtorizzazzjoni biex titħaddem stallazzjoni sħiħa jew parti minnha, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu li l-istallazzjoni tkun tikkonforma mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva. Permess wieħed jista' jkopri stallazzjoni waħda jew aktar jew partijiet minn stallazzjonijiet fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur;
(a) “bidla fit-tħaddim” għandha tfisser bidla fin-natura jew funzjonament, jew estensjoni, ta' l-istallazzjoni li jista' jkollha konsegwenzi fuq l-ambjent;
(b) “bidla sostanzjali” għandha tfisser bidla fit-tħaddim li, fl-opinjoni ta' l-awtorita kompetenti, jista' jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bniedem jew l-ambjent.
Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I.
11. “l-aħjar tekniki disponibbli” għandu jfisser l-istadju l-aktar effettiv u avanzat fl-iżvilupp ta' attivitajiet u l-metodi tagħhom ta' tħaddim li jindika l-adattabilita prattika ta' tekniki partikolari li tipprovdi fil-prinċipju l-bażi għall-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet maħsuba biex jiģu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, li jitnaqqsu b'mod ġenerali l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:
— “tekniki” għandha tinkludi kemm it-teknoloġija wżata u l-mod li bih l-istallazzjoni tkun diżinjata, mibnija, imħaddma u dekommissjonata,
— “tekniki disponibbli” għandhom ifissru dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur relevanti industrijali, taħt kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu n-nefqiet u l-vantaġġi, sew jekk it-tekniki jkunu wżati u prodotti ġewwa l-Istat Membru in-kwistjoni sew jekk le, sal-limitu li dawn ikunu raġjonevolment aċċessibbli għall-operatur,
— “l-aħjar” għandha tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent kollu kemm hu.
Biex jiġu stabbiliti l-aħjar tekniki disponibbli, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għall-affarijiet elenkati fl-Anness IV;
12. “operatur” għandu jfisser kull persuna naturali jew legali li tħaddem jew tikkontrolla l-istallazzjoni jew, meta jkun hemm dispożizzjoni dwar dan fil-leġislazzjoni nazzjonali, il-persuna li lilha tiġi delegata s-setgħa ekonomika deċiżiva għat-thaddim tekniku ta' l-istallazzjoni;
13. “il-pubbliku” għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;
14. “il-pubbliku interessat” għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess.
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi ta' l-operatur
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li jiddisponu li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-istallazzjonijiet jitħaddmu b'mod illi:
(a) il-miżuri kollha xierqa preventivi jittieħdu kontra t-tniġġiż, b'mod partikolari permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-aħjar tekniċi disponibbli;
(b) ma jiġi kawżat ebda tniġġiż sinifikanti;
(ċ) tiġi evitata l-produzzjoni ta' skart skond id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart ( 11 ); fejn jiġi prodott l-iskart, dan jinģabar lura jew, fejn dan mhux teknikament u ekonomikament possibbli, jintrema waqt li jiġi evitat jew jitnaqqas kull impatt fuq l-ambjent;
(d) l-enerģija tintuża b'mod effiċjenti;
(e) għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu evitati aċċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
(f) jittieħdu l-miżuri meħtieġa fuq il-waqfien definittiv ta' attivitajiet biex jiġi evitat kull riskju ta' tniġġiż u biex is-sit tat-tħaddim jiġi lura għal stat sodisfaċenti.
Għall-għanijiet ta' konformita ma' dan l-Artikolu, għandu jkun biżżejjed jekk l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-prinċipji ġenerali preskritti f'dan l-Artikolu meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-permess.
Artikolu 4
Permessi għal stallazzjonijiet ġodda
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ebda stallazzjoni ġdida ma titħaddem mingħajr ma jkun inħareġ permess skond din id-Direttiva, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 88/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1988 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet fl-ajru ta' ċertu materjal li jniġġeż minn impjanti kbar ta' kombustjoni ( 12 ).
Artikolu 5
Ħtiġijiet għall-għoti ta' permessi għal stallazzjonijiet eżistenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta' permessi skond l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-istallazzjonijiet eżistenti joperaw skond il-ħtiġijiet ta' l-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, l-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-14, u 15 (2) mhux aktar tard minn tmien snin wara d-data li fiha din id-Direttiva tidhol fis-seħħ, bla hsara għall-leġislazzjoni speċifika tal-Komunita.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1, 2, 11, 12, 14, it-tielet inċiż, 15 (1), (3) u (4), 16, 17 u 18 (2) għal stallazzjonijiet eżistenti sa mid-data li fiha din id-Direttiva tidhol fis-seħħ.
Artikolu 6
Applikazzjonijiet għal permessi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li applikazzjoni lill-awtorita kompetenti għal permess tkun tinkludi deskrizzjoni ta':
— l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha,
— il-materja prima u dik awżiljari, sustanzi oħra u l-enerġija wżata fi jew ġenerata mill-istallazzjoni,
— l-għejun ta' emissjoni mill-istallazzjoni,
— il-kundizzjonijiet tas-sit ta' l-istallazzjoni,
— in-natura u l-kwantitajiet ta' emissjonijiet imbassra mill-istallazzjoni f'kull mezz kif ukoll l-identifikazzjoni ta' l-effetti sinifikanti ta' l-emissjonijiet fuq l-ambjent,
— it-teknoloģija proposta u t-tekniki l-oħra għall-prevenzjoni jew, fejn dan ma jkunx possibbli, għat-tnaqqis ta' emissjonijiet mill-istallazzjoni,
— fejn meħtieġ, il-miżuri għall-prevenzjoni u l-irkupru ta' l-iskart ġenerat mill-istallazzjoni,
— miżuri oħra maħsuba għat-tħaris tal-prinċipji ġenerali ta' l-obbligi bażiċi ta' l-operatur kif previsti fl-Artikolu 3,
— miżuri maħsuba għall-osservazzjoni ta' l-emissjonijiet fl-ambjent,
— l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant.
Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji msemmijin fl-inċiżi ta' hawn fuq.
2. Meta tagħrif mogħti skond il-ħtiġijiet previsti fid-Direttiva 85/337/KEE jew rapport ta' sigurta mħejji skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/501/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1982 dwar il-perikli prinċipali ta' aċċidenti minn ċerti attivitajiet industrijali ( 13 ) jew tagħrif ieħor mogħti b'konformita ma' leġislazzjoni oħra jkun jissodisfa xi ħtiġijiet ta' dan l-Artikolu, dak it-tagħrif jista' jiġi nkluż fi, jew mehmuż ma', l-applikazzjoni.
Artikolu 7
Trattament sħiħ dwar il-ħruġ ta' permessi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet u l-proċedura dwar l-għoti ta' permess jiġu koordinati kollha kemm huma meta aktar minn awtorita kompetenti waħda tkun involuta, sabiex jiġi garantit mod sħiħ u effettiv mill-awtoritajiet kompetenti kollha għal din il-proċedura.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet
Bla ħsara għall-ħtiġijiet l-oħra stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew dik tal-Komunita, l-awtorita kompetenti għandha tagħti permess li jkun fih kundizzjonijiet li jiggarantixxu li l-istallazzjoni tikkonforma mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva jew, jekk ma tkunx, għandha tirrifjuta li tagħti l-permess.
Il-permessi kollha mogħtija u l-permessi modifikati għandhom jinkludu dettalji ta' l-arranġamenti magħmula għall-protezzjoni ta' l-arja, l-ilma u l-art kif imsemmi f'din id-Direttiva.
Artikolu 9
Kondizzjonijiet tal-permess
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess ikun jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa għall-konformita mal-ħtiġijiet ta' l-Artikoli 3 u 10 għall-għoti ta' permessi sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu permess tal-protezzjoni ta' l-arja, l-ilma u l-art.
2. Fil-każ ta' stallazzjoni ġdida jew bidla sostanzjali fejn japplika l-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337/KEE kull informazzjoni relevanti miksuba jew konklużjonijiet milħuqa skond l-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dik id-Direttiva għandhom jiģu meqjusa għall-għanijiet ta' l-għoti tal-permess.
3. Il-permess għandu jinkludi l-limiti tal-valuri ta' emissjoni għal oģģetti li jniģģsu, b'mod partikolari, dawk elenkati fl-Anness III, li x'aktarx joħorģu mill-istallazzjoni konċernata fi kwantitajiet sinifikanti, wara li tkun ikkunsidrata n-natura u l-potenzjal tagħhom li jitrasferixxu t-tniġġiż minn mezz għal ieħor(ilma, arja u art). Jekk ikun meħtieġ, il-permess għandu jinkludi ħtiġijiet adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art u miżuri li jikkonċernaw l-immaniġġar ta' l-iskart ġenerat mill-istallazzjoni. Fejn xieraq, il-limiti tal-valuri jistgħu jiġu supplimentati jew mibdula b'parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi.
Għal stallazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subintestatura 6.6 fl-Anness I, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti skond dan il-paragrafu għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni l-prattiċi adattati għal dawn il-kategoriji ta' stallazzjonijiet.
Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 14 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.
Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.
Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.
It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.
4. Bla hsara għall-Artikolu 10, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni u l-parametri ekwivalenti u l-miżuri tekniċi msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jiġu bażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli, mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta' xi teknika jew teknoloġija speċifika, iżda billi jkunu meqjusa l-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjoni konċernata, il-lokazzjoni ġeografika tagħha, u l-kundizzzjonijiet lokali ambjentali. Fiċ-ċirkostanzi kollha, l-kundizzjonijiet tal-permess għandhom ikunu fihom dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis ta' tniġġiż f'distanzi fit-tul jew bejn il-fruntieri u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu.
5. Il-permess għandu jkun fih il-ħtiġijiet adattati għall-osservazzjoni tar-rilaxx, li jispeċifikaw il-metodoloģija u l-frekwenza tal-kejl, il-proċedura ta' valutazzjoni u obbligu li l-awtorita kompetenti tingħata d-data meħtieġa għall-ivverifikar tal-konformita mal-permess.
Għal stallazzjonijiet taħt is-subintestatura 6.6 fl-Anness I, il-miżuri msemmijin f'dan il-paragrafu jistgħu iqisu n-nefqiet u l-benefiċċji.
6. Il-permess għandu jkun fih miżuri li jirrelataw għal kundizzjonijiet barra minn dawk il-kundizzjonijiet dwar it-tħaddim normali. B'hekk, meta jkun hemm riskju li l-ambjent jista' jiġ effettwat, għandha ssir dispożizzjoni xierqa għall-bidu tat-thaddim, tnixxijiet minħabba ħsara, waqfien momentanju, u waqfien definittiv ta' l-operazzjonijiet.
Il-permess jista' wkoll ikun fih derogi temporanji mill-ħtiġijiet tal-paragrafu 4 jekk pjan ta' rijabilitazzjoni approvat mill-awtorita kompetenti jiżgura li dawn il-ħtiġijiet jiġu mħarsa fi żmien sitt xhur u jekk il-proġett iwassal għal tnaqqis fit-tniġġiż.
7. Il-permess jista' jkun fih kundizzjonijiet għall-għanijiet ta' din id-Direttiva skond kif l-Istat Membru jew l-awtorita kompetenti jqisuh xieraq.
8. Bla ħsara għall-obbligu li tkun implimentata proċedura ta' permess skond din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu ċerti ħtiġijiet għal ċerti kategoriji ta' stallazzjonijiet b'regoli li jorbtu b'mod ġenerali minflok li jinkluduhom fil-kundizzjonijiet tal-permessi individwali, sakemm ikun hemm attitudni integrata u jiġi żgurat livell għoli ekwivalenti ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu.
Artikolu 10
L-aħjar tekniki disponibbli u livelli ambjentali ta' kwalita
Meta livell ta' kwalita ambjentali jeħtieġ kundizzjonijiet aktar iebsa minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu ta' l-aħjar tekniċi disponibbli, kundizzjonijiet addizzjonali għandhom b'mod partikolari jiġu meħtieġa fil-permess, bla ħsara għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu biex jitħarsu l-livelli ta' kwalita ambjentali;
Artikolu 11
Żviluppi fl-aħjar tekniki disponibbli
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorita kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar tekniċi disponibbli.
Artikolu 12
Bidliet minn operaturi għal stallazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtoritajiet kompetenti b'kull bidla pjanata fit-tħaddim ta' l-istallazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2 (10) (a). Meta jkun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw il-permess jew il-kundizzjonijiet.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ebda tibdil sostanzjali fit-tħaddim ta' l-istallazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 (10) (b) ippjanat mill-operatur ma jsir mingħajr permess maħruġ skond din id-Direttiva. L-applikazzjoni għal permess u d-deċiżjoni mill-awtorita kompetenti għandhom ikopru dawk il-partijiet ta' l-istallazzjoni u dawk l-aspetti elenkati fl-Artikolu 6 li jistgħu jiġu effettwati mill-bidla. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikoli 3 u 6 sa 10 u l-Artikolu 15(1), (2) u (4) għandhom jgħoddu mutatis mutandis.
Artikolu 13
Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess mill-awtorita kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti perjodikament jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-kundizzjonijiet tal-permess.
2. Il-kunsiderazzjoni mill-ġdid għandha f‘kull każ titwettaq meta:
— it-tniġġiż ikkawżat mill-istallazzjoni ikun tant kbir li l-valuri eżistenti tal-limiti ta' emissjoni tal-permess ikunu jeħtieġu li jiġu riveduti jew valuri ġodda bħal dawk jeħtieġu li jkunu inklużi fil-permess,
— bidliet sostanzjali fl-aħjar tekniċi disponibbli jagħmluha possibbli li jitnaqqsu l-emissjonijiet b'mod sinifikanti mingħajr ma jimponu spejjeż eċċessivi,
— is-sigurta fit-tħaddim tal-proċess jew l-attivita teħtieġ li jintużaw tekniċi ohra,
— dispożizzjonijiet ġodda fil-leģislazzjoni tal-Komunita jew dik nazzjonali hekk jitolbu.
Artikolu 14
Konformita mal-kundizzjonijiet tal-permess
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
— il-kundizzjonijiet tal-permess jiġu mħarsa mill-operatur waqt it-tħaddim ta' l-istallazzjoni,
— l-operatur regolarment jinforma lill-awtorita kompetenti bir-riżultati ta' l-osservazzjoni ta' ħruġ u, mingħajr dewmien, b'kull inċident jew aċċident li jaffettwa l-ambjent b'mod sinifikanti,
— l-operaturi ta' stallazzjonijiet joffru lir-rappreżentanti ta' l-awtorita kompetenti l-għajnuna kollha meħtieġa biex jippermettulhom li jwettqu kull spezzjoni ġewwa l-istallazzjoni, biex jieħdu kampjuni u biex jiġbru kull tagħrif meħtieġ għat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 15
Aċċess għal informazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fil-proċedura tal-permess
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal:
— il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda,
— il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni,
— l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13.
Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.
2. Ir-riżultati ta' l-osservazzjoni ta' ċirkolari kif meħtieġ skond il-kundizzjonijiet tal-permess imsemmijin fl-Artikolu 9 u miżmumin mill-awtorita kompetenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
▼M4 —————
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw bla ħsara għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) and (3) tad-Direttiva 90/313/KEE.
5. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:
(a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u
(b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
L-Artikolu 15a
L-aċċess għall-ġustizzja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:
(a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament,
(b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni;
ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.
Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.
Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.
Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.
Artikolu 16
Bdil ta' tagħrif
1. Bil-ħsieb li jsir bdil ta' tagħrif, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jibagħtu lill-Kummissjoni kull tlett snin, u għall-ewwel darba fi żmien 18-il xahar mid-data li fiha din id-Direttiva tiddaħħal fis-seħħ, id-data rappreżentattiva disponibbli dwar il-valuri ta' limiti stabbiliti minn kategorija speċifika ta' attivitajiet skond l-Anness I u, jekk xieraq, l-aħjar tekniċi disponibbli li minnhom ikunu derivati dawk il-valuri skond, b'mod partikolari, l-Artikolu 9. F'okkażjonijiet sussegwenti id-data għandha tkun supplimentata skond il-proċeduri preskritti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha torganizza l-bdil ta' tagħrif bejn l-Istati Membri u l-industriji konċernati dwar l-aħjar tekniċi disponibbli, osservazzjoni assoċjata u żviluppi fihom. Kull tlett snin il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-bdil ta' tagħrif.
3. Rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-effettivita tagħha mqabbla ma' strumenti oħra ambjentali tal-Komunita għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura preskritta fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 91/692/KEE; L-ewwel rapport għandu jkopri t-tlett snin li jiġu wara d-data li fiha d-Direttiva preżenti tiddaħħal fis-seħħ kif imsemmi fl-Artikolu 21. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Kunsill, flimkien ma' proposti meta jkun meħtieġ.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw awtorita jew awtoritajiet li għandhom ikunu responsabbli għall-bdil ta' informazzjoni skond il-paragrafi 1, 2 u 3 u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 17
Effetti bejn il-fruntieri
1. Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti.
2. Fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom, l-Istati Membru għandhom jaraw li fil-każi msemmijin fil-paragrafu 1 l-applikazzjonijiet jitqiegħdu wkoll għal perjodu xieraq ta' żmien għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta' l-Istat Membru li x'aktarx jiġi affettwat sabiex ikollu d-dritt li jikkummenta dwarhom qabel ma' l-awtorita kompetenti tasal għad-deċiżjoni tagħha.
3. Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.
Artikolu 18
Valuri tal- Komunita dwar limiti ta' emissjonijiet
1. Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiffissa l-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet skond il-proċeduri preskritti fit-Trattat, għall-:
— kategoriji ta' stallazzjonijiet elenkati fl-Anness I ħlief għal kull radam kopert mill-kategoriji 5.1 and 5.4 ta' dak l-Anness,
— u
— is-sustanzi ta' tniġġiż imsemmijin fl-Anness III,
li dwarhom tkun ġiet identifikata l-ħtieġa ta' azzjoni mill-Komunita, fuq il-bażi, b'mod partikolari, tal-bdil ta' tagħrif kif previst fl-Artikolu 16.
2. Fin-nuqqas ta' valuri tal-Komunita dwar limiti ta' emissjonijiet definiti skond din id-Direttiva, il-valuri tal-limiti relevanti ta' emissjonijiet li jinsabu fid-Direttivi msemmijin fl-Anness II u f'leġislazzjoni oħra tal-Komunita għandhom jiġu applikati bħala l-valuri minimi ta' limiti ta' emissjonijiet skond din id-Direttiva għall-istallazzjonijiet elenkati fl-Anness I.
Bla ħsara għall-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva, il-ħtiġijiet tekniċi applikabbli għal kull radam kopert mill-kategoriji 5.1 u 5.4 ta' l-Anness I, għandhom jiġu fissati mill-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni, skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat.
Artikolu 19
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjunha minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 15 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 84/360/KEE, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 5, 6 (3) u 7 (2) tad-Direttiva 76/464/KEE u d-dispożizzjonijiet relevanti li jikkonċernaw sistemi ta' awtorizzazzjoni fid-Direttivi elenkati fl-Anness II għandhom japplikaw, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet li tiddisponi għalihom id-Direttiva 88/609/KEE, għal stallazjonijiet eżistenti dwar l-attivitajiet elenkati fl-Anness I sakemm il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Id-dispożizzjonijiet relevanti dwar sistemi ta' awtorizzazzjoni fid-Direttivi msemmijin fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal stallazzjonijiet li huma ġodda fir-rigward ta' l-attivitajiet elenkati fl-Anness I fid-data li fiha din id-Direttiva tiddaħħal fis-seħħ.
3. Id-Direttiva 84/360/KEE għandha titħassar 11-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Hekk kif il-miżuri previsti fl-Artikoli 4, 5 jew 12 ikunu ttieħdu dwar xi stallazzjoni, l-eċċezzjoni li jiddisponi għaliha l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE m'għandhiex aktar tapplika għal stallazzjonijiet koperti b'din id-Direttiva.
Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, fejn meħtieġ, jemenda d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi msemmijin fl-Anness II sabiex jadattahom għall-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva qabel id-data tat-tħassir tad-Direttiva 84/360/KEE, msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformita ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn tlett snin wara d-dħul tagħha fis-seħħ. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 22
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih tiġi pubblikata.
Artikolu 23
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
KATEGORIJI TA' ATTIVITAJIET INDUSTRIJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
1. |
Stallazzjonijiet jew partijiet minn stallazzjonijiet użati għar-riċerka, żvilupp u testjar ta' prodotti ġodda u proċessi li m‘humiex koperti b'din id-Direttiva. |
2. |
Il-valuri ta' għatba mogħtija hawn taħt ġeneralment jirreferu għal kapaċitajiet ta' produzzjoni jew ta' output. Meta operatur wieħed iwettaq diversi attivitajiet li jaqgħu taħt l-istess subintestatura fl-istess stallazzjoni jew fuq l-istess sit, il-kapaċitajiet ta' dawk l-attivitajiet jingħaddu flimkien. |
1. |
Industriji ta' l-enerġija
|
2. |
Produzzjoni u proċessar ta' metalli
|
3. |
Industrija minerali
|
4. |
Industrija kimika Produzzjoni skond it-tifsira tal-kategoriji ta' attivitajiet li jinsabu f'din it-taqsima tfisser il-produzzjoni fuq skala industrijali permezz ta' ipproċessar kimiku tas-sustanzi jew gruppi ta' sustanzi elenkati fit-taqsimiet 4.1 sa 4.6
|
5. |
Maniġġjar ta' l-iskart Bla hsara għall-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 17 ):
|
6. |
Attivitajiet oħra
|
L-ANNESS II
LISTA TAD-DIRETTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 18(2) U 20
1. |
Direttiva 87/217/KEE dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' tniġġiż ambjentali mill-asbestos |
2. |
Direttiva 82/176/KEE dwar il-valuri ta' limiti u għanijiet ta' kwalita għall-hruġ ta' merkurju mill-industrija ta' elettroliżi chlor-alkali |
3. |
Direttiva 83/513/KEE dwar il-valuri ta' limiti u għanijiet ta' kwalita għall-hruġ ta' kadmju |
4. |
Direttiva 84/156/KEE dwar il-valuri ta' limiti u għanijiet ta' kwalita għall-ħruġ ta' merkurju minn setturi għajr l-industrija ta' elettroliżi chlor-alkali |
5. |
Direttiva 84/491/KEE dwar il-valuri ta' limiti u għanijiet ta' kwalita għall-ħruġ ta' hexachlorocyclohexane |
6. |
Direttiva 86/280/KEE dwar il-valuri ta' limiti u l-għanijiet ta' kwalita għall-ħruġ ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness mad-Direttiva 76/464/KEE, sussegwentement emendata bid-Direttiva 88/347/KEE u 90/415/KEE li jemendaw l-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE |
7. |
Direttiva 89/369/KEE dwar il-prevenzjoni ta' tniġġiż ta' l-arja minn impjanti ġodda għall-ħruq ta' skart muniċipali |
8. |
Direttiva 89/429/KEE dwar it-tnaqqis ta' tniġġiż ta' l-arja minn impjanti eżistenti għall-ħruq ta' skart muniċipali |
9. |
Direttiva 94/67/KE dwar il-ħruq ta' skart perikoluż |
10. |
Direttiva 92/112/KEE dwar proċeduri għall-armonizzazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni eventwali ta' tniġġiż ikkawżat minn skart ta' l-industrija ta' l-ossidu tat-titanju |
11. |
Direttiva 88/609/KEE dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ċerti oģģetti li jniģģsu l-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/66/KE |
12. |
Direttiva 76/464/KEE dwar tniġġiż kawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mormija fl-ambjent akwatiku tal-Komunita. |
13. |
Direttiva 75/442/KEE dwar skart, kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE |
14. |
Direttiva 75/439/KEE dwar ir-rimi ta' skart taż-żjut |
15. |
Direttiva 91/689/KEE dwar skart perikoluż |
L-ANNESS III
LISTA INDIKATTIVA TAS-SUSTANZI PRINĊIPALI TA' TNIĠĠIŻ LI GĦANDHOM IKUNU MEQJUSA JEKK IKUNU RELEVANTI GĦALL-IFFISSAR TAL-VALURI TA' LIMITI TA' EMISSJONIJIET
ARJA
1. |
Dijossidu tal-kubrit u komposti oħra tal-kubrit |
2. |
Ossidi tan-nitroġenu u komposti oħra tan-nitroġenu |
3. |
Monossidu tal-karbonju |
4. |
Komposti volatili orġaniċi |
5. |
Metalli u l-komposti tagħhom |
6. |
Trab |
7. |
Asbestos (partikoli imdendla, fibri) |
8. |
Klorin u l-komposti tiegħu |
9. |
Fluworin u l-komposti tiegħu |
10. |
Arseniku u l-komposti tiegħu |
11. |
Ċjanur |
12. |
Sustanzi u preparazzjonijiet li jkun ġie ppruvat li jkun fihom proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew proprjetajiet li jistgħu jaffettwaw ir-riproduzzjoni permezz ta' l-arja |
13. |
Polychlorinated dibenzodioxins u polychlorinated dibenzofurans |
ILMA
1. |
Komposti organoaloģeni u sustanzi li jistgħu jiffurmaw komposti bhal dawn fl-ambjent akwatiku |
2. |
Komposti organofosforużi |
3. |
Komposti organotini |
4. |
Sustanzi u preparazzjonijiet li jkun ġie ppruvat li fihom proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew proprjetajiet li jistgħu jaffettwaw ir-riproduzzjoni permezz ta' l-ambjent akwatiku |
5. |
Idrokarburi persistenti u sustanzi organiċi tossiċi persistenti u bijoakkumulabbli |
6. |
Cjanuri |
7. |
Metalli u l-komposti tagħhom |
8. |
Arseniku u l-komposti tiegħu |
9. |
Bijoċidi u prodotti għas-saħħa tal-pjanti |
10. |
Materjali imdendla |
11. |
Sustanzi li jikkontribwixxu għall-ewtrofikazzjoni (b'mod partikolari, nitrati u fosfati) |
12. |
Sustanzi li għandhom influwenza negattiva fuq il-bilanċ ta' l-ossiġnu (u li jistgħu jitkejlu bl-użu ta' parametri bħal BOD, COD, eċċ.). |
L-ANNESS IV
Kunsiderazzjonijiet li għandhom jitqiesu ģeneralment jew f'każi speċifiċi meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-aħjar tekniċi disponibbli, kif definit fl-Artikolu 2 (11), waqt li tingħata attenzjoni għall-ispejjeż probabbli u l-benefiċċji ta' xi miżura u l-prinċipji ta' prekawzjoni u prevenzjoni:
1. l-użu ta' teknoloġija ta' skart bil-ftit;
2. l-użu ta' sustanzi anqas perikolużi;
3. it-tkomplija tal-ģbir lura u r-riċiklaġġ ta' sustanzi ġenerati u wżati fil-proċess u ta' skart, fejn xieraq;
4. proċessi paragunabbli, faċilitajiet u metodi għat-tħaddim li jkunu ġew ippruvati b'suċċess fuq skala industrijali;
5. avanzi teknoloġiċi u bidliet fl-għerf xjentifiku u l-ftehim;
6. in-natura, effetti u volumi ta' l-emissjonijiet konċernati;
7. id-dati ta' l-ikkumissjonar ta' stallazzjonijiet ġodda jew eżistenti;
8. it-tul ta' żmien meħtieġ għall-introduzzjoni ta' l-aħjar teknika disponibbli;
9. il-konsum u n-natura tal-materja prima (inkluż l-ilma) użata fil-proċess u l-effiċjenza ta' enerģija tagħhom;
10. il-ħtieġa tal-prevenzjoni jew tnaqqis għall-minimu ta' l-impatt ģenerali ta' emissjonijiet fuq l-ambjent u r-riskji għalih;
11. il-ħtieġa ta' prevenzjoni ta' aċċidenti u l-imminimizzar tal-konsegwenzi għall-ambjent;
12. l-informazzjoni pubblikata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(2) jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
L-ANNESS V
Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet
1. |
Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif dan it-tagħrif ikun jista' jiġi pprovvdut b'mod raġjonevoli: (a) l-applikazzjoni għal permess jew, skond kif ikun il-każ, il-proposta għall-aġġornament ta' permess jew tal-kondizzjonijiet ta' permes skond l-Arikolu 1(1), inkluża d-deskrizzjoni ta' l-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1); (b) meta japplika, il-fatt illi deċiżjoni hija bla ħsara għal stima ta' l-impatt ambjentali nazzjonali jew li jaqsam il-fruntieri jew għal konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 17; (ċ) id-dettalji ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet; (d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni; (e) meta japplikaw, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' proposta sabiex jiġu aġġornati permess jew il-kondizzjonijiet ta' permess; (f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-postijiet meta, u li permezz tagħhom. it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli; (g) id-dettalji ta' l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-punt 5. |
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri approprjati taż-żmien, dan li jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat: (a) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri maħruġa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku interessat jiġi mgħarraf skond il-punt 1; (b) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent ( 21 ), it-tagħrif għajr dak riferit fil-punt 1 li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-punt 1. |
3. |
Il-pubbliku interessat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni. |
4. |
Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet miżmuma skond dan l-Anness iridu jitqiesu kif mistħoqq fit-teħid ta' deċiżjoni. |
5. |
L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f'ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b'sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku u l-pubbliku interessat jiġu mgħarrfa sabiex iħejju ruħhom u jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. |
( 1 ) ĠU C 311, tas-17.11.1993, p. 6 u
ĠU C 165, ta' l-1.7.1995, p. 9.
( 2 ) ĠU C 195, tat-18.7.1995, p. 54.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 1994 (ĠU C 18, tat-23.1.1995, p. 96), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1995 (ĠU C 87, tal-25.3.1996, p. 8) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 1996 (ĠU C 166, ta' l-10.6.1996).
( 4 ) ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.
( 5 ) ĠU L 188, tas-16.7.1984, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).
( 6 ) ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.
( 7 ) ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40.
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 80/836/Euratom tal-15 ta' Lulju 1980 li temenda d-Direttivi li jippreskrivu l-istandards bażiċi ta' sigurt_ dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku in ġenerali u tal-ħaddiema kontra l-perikli ta' radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 246, tas-17.9.1980, p. 1). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 84/467/KEE (ĠU L 265, tal-5.10.1984, p. 4).
( 9 ) Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu kontenut ta' mikro-organiżmi ġenetikament modifikati (ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1). Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/51/KE (ĠU L 297, tat-18.11.1994, p. 29).
( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta April 1990 dwar il-hruģ apposta fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati (ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15). Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/15/KE (ĠU L 103, tat-22.4.1994, p. 20).
( 11 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).
( 12 ) ĠU L 336, tas-7.12.1988, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/656/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 59).
( 13 ) ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).
( 14 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.
( 15 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
( 16 ) Il-ħtiġijiet materjali tad-Direttiva 88/609/KEE għal stallazzjonijiet eżistenti jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2003.
( 17 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28).
( 18 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).
( 19 ) ĠU L 163, ta' l-14.6.1989, p. 32.
( 20 ) ĠU L 203, tal-15.7.1989, p. 50.
( 21 ) ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 26.