EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01995L0016-20130101
European Parliament and Council Directive 95/16/EC of 29 June 1995 on the approximation of the laws of the Member States relating to lifts
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE tad- 29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE tad- 29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts
No longer in force
1995L0016 — MT — 01.01.2013 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 95/16/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts (ĠU L 213, 7.9.1995, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
L 157 |
24 |
9.6.2006 |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1025/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012 |
L 316 |
12 |
14.11.2012 |
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 95/16/KE
tad-29 ta’ Ġunju 1995
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 3 ) fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fis-17 ta’ Mejju 1995,
Billi l-Istati Membri huma responsabbli fit-territorju tagħhom għas-saħħa u s-sigurtà tal-poplu;
Billi l-paragrafi 65 u 68 ta’ l-Abbozz ta’ Rapport dwar it-tlestija tas-suq intern, approvata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 1985, ipprovda għal attitudni ġdida għall-approssimazzjoni ta’ liġijiet;
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 84/529/KEE tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-lifts li jaħdmu bl-elettriku, bl-idrawliku jew biż-żejt u l-elettriku ( 4 ) ma tassigurax il-libertà tal-moviment tat-tipi kollha ta’ lifts; billi d-disparitajiet bejn id-diposizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni tas-sistemi varji nazzjonali għal tipi ta’ lifts mhux koperti bid-Direttiva 84/529/KEE jikonstitwixxu barrieri għall-kummerċ fil-Komunità; billi r-regoli nazzjonali dwar lifts għandhom għalhekk ikunu armomizzati;
Billi Direttiva tal-Kunsill 84/528/KEE tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw dispożizzjonijiet komuni għall-apparati ta’l-irfigħ u tqandil mekkaniku ( 5 ) iservu bħala Direttiva ta’ qafas għal żewġ Direttivi speċifiċi, jiġiefiri d-Direttiva 84/529/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 86/663/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw trakkijiet industrijali bi propulzjoni minnhom infushom ( 6 ), imħassra bid-Direttiva tal-Kunsill 91/368/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 89/392/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-makkinarju ( 7 );
Billi fit-8 ta’ Ġunju 1995 il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni Nru 95/216/KE ( 8 ) għall-Istati Membri li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti;
Billi l-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva jiggarantixxu l-livell maħsuba ta’ sigurtà biss jekk proċeduri xierqa ta’ stima ta’ komformità, magħżula minn fost id-dispożizzjonijiet ta’ d- Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 fir-rigward tal-moduli tad-diveri fażijiet tal-proċeduri ta’ stima mal-konformità u mar-regoli dwar it-twaħħil u l-użu tal-marka tal-konformità CE, li huma maħsuba għall-użu fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni teknika ( 9 ), jassiguraw konformità magħhom;
Billi il-marki CE għandhom ikunu mwaħħla fejn jidru ma’ lifts u ma’ ċerti komponenti ta’ sigurtà ta’ lifts li jilħqu l-ħtiġiet essensjali tas-saħħa u sigurtà ta’ din id-Direttiva biex ikun jippermettilhom li jitqiegħdu fuq is-suq;
Billi din id-Direttiva tiddiffenixxi biss il-ħtiġiet ġenerali essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà; billi, sabiex il-manifatturi jkunu megħjuna biex jagħtu prova tal-konformità ma dawn il-ħtiġiet essenzjali, huwa mixtieq l-istandards ikunu armonizzati fuq livell Ewropew fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji li joriġinaw mid-disinn u l-istallazzjoni ta’ lifts, u wkoll sabiex jiffaċilitaw li il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jkunu vverifikati; billi dawn l-istandards huma mħejjija f’livell Ewropew minn korpi ta’ liġi privata u għandhom iżommu l-istatus tagħhom li ma jorbotx; billi, għal dan l-iskop, il-Kumitat Ewropew għall- Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettro-mekkanika (Cenelec) huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-Standardizzazzjoni ta’ l-istandards armonizzati skond il-linji ta’ gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u CEN u Cenelec iffermat fit-13 ta’ Novembru 1984; billi standard armonizzat skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva hija speċifikazzjoni teknika adotta mis- CEN u/jew Cenelec fuq il-bażi ta’ mandat mill-Kummissjoni skond id- Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistipula proċedura għall-provvista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards tekniċi u r-regolament ( 10 ) u u skond il-linji ta’ gwida ġenerali msemmija hawn fuq;
Billi dispożizzjoni għandha ssir għall-arranġamenti transitorji biex tippermetti lil dawk li jinstallaw li jqiegħdu fis-suq lifts manifatturati qabel id-data ta’ l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva;
Billi din id-Direttiva hija meħsuba biex tkopri r-riskji kollha kkawżati minll-lifts u mħaddma minn dawk li jgħamlu użu minnhom u mill-okkupanti tal-bini; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tkun meqjusa bħala Direttiva skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membru li jirrigwardjaw prodotti tal-bini ( 11 );
Billi ftehim fuq il-modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ implementazzjoni għal atti adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat KE kien intlaħaq fl-20 ta’ Diċembru 1994,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Il-KAPITOLU I
Skop, tqegħid fuq is-suq u moviment ħieles
L-Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-lifts li permanentement iservu bini u kostruzzjoni. Għandha wkoll tapplika għall-komponenti ta’ sigurtà għall-użu f’dawk il-lifts elenkati fl-Anness IV.
2. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “lift” għandu jfisser mezz ta' l-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu karru li jimxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati b'angolu ta' aktar minn 15 il-grad fin-naħa orizzontali, intiżi għat-trasport ta':
— persuni,
— persuni u merkanzija,
— merkanzija biss jekk il-ġarrier huwa aċċessibbli, jiġifieri persuna tista' tidħol fih mingħajr diffikultà, u mgħammar b'kontrolli li jkunu jinsabu ġewwa l-karru jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna ġewwa l-karru.
Il-mezzi ta' l-irfigħ li jimxu tul korsa fissa anki meta ma jimxux tul gwidi li huma riġidi għandhom jitqiesu bħala lifts li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
“Karru” tfisser parti mill-lift li permezz tiegħu l-persuni u/jew il-merkanzija huma merfugħin sabiex ikunu mgħollija jew imniżżla.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
— tagħmir li jerfa' li għandu veloċità ta' mhux aktar minn 0,15 m/s,
— għodod ta' l-irfigħ tas-siti tal-kostruzzjoni,
— cableways, inkluż il-funikular,
— lifts ddisinnjati u mibnija speċifikament għall-skopijiet militari jew tal-pulizija,
— il-mezzi ta' l-irfigħ minn fejn jista' jsir ix-xogħol,
— it-tagħmir li jintuża f'minjieri,
— tagħmir ta' l-irfigħ intiżi sabiex jerfgħu artisti waqt il-wirjiet artistiċi,
— tagħmir ta' l-irfigħ mgħammar f'mezzi tat-trasport,
— tagħmir ta' l-irfigħ imqabbad mal-makkinarju u intiż esklużivament għall-aċċess għal postijiet tax-xogħol inklużi l-postijiet ta' manutenzjoni u l-ispezzjoni fuq il-makkinarju,
— ferroviji bl-ingranaġġ u b'fus bis-snien li jingrana mar-rota,
— skalaturi u passaġġi mekkaniċi fejn jimxu n-nies.
4. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
— “dak li jinstalla l-lift” għandha tfisser persuna naturali jew legali li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, stallazzjoni u tqegħid fis-suq tal-lift u li jwaħħal il-marka CE u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità,
— “it-tqegħid fuq is-suq ta’ lift” għandu jseħħ meta dak li jinstalla jagħmel l-lift disponibbli għall-utent għall-ewwel darba,
— ‘komponent ta’ sigurtà għandha tfisser komponent kif elenkat fl-Anness IV,
— il-‘manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà għandha tfisser persuna naturali jew legali li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, stallazzjoni u tqegħid fis-suq tal-komponenti ta’ sigurtà u li twaħħal il-marka CE u tħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità,
— “lift kampjun” għandha tfisser lift rappreżentattiv li d-dossier tekniku tiegħu juri l-mezz ta’ kif il-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà jkunu milħuqa għal lifts li jkunu konformi mal-lift kampjun definit permezz ta’ parametri oġġettivi u li juża komponenti identiċi ta’ sigurtà.
Il-varjazzjonijiet permissibli kollha bejn il-lift kampjun u l-lifts li jiffurmaw parti mill-lifts derivati mil-lift kampjun għandhom ikunu kjarament speċifikati (b’valuri massimi u minimi) fid-dossier tekniku.
B’kalkolazzjoni u/jew fuq il-bażi tal-pjanti tad-disinn huwa permissibli li tintwera s-similarità ta’ skala ta’ tagħmir biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà.
5. Meta, għal lifts, ir-riskji li hemm referenza dwarhom f’din id-Direttiva jkunu kollha kemm huma jew parti minnhom koperti b’Direttivi speċifiċi, din id-Direttiva m’għandiex tkun applikabbli jew għandha tieqaf mill-tapplika fil-każ ta’ dawk il-lifts u dawk ir-riskji sa mill-applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi speċifiċi.
L-Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa ħalli jassiguraw li:
— lifts koperti b’din id-Direttiva jistgħu jitqegħdu fis-suq u jiġu użati, biss jekk ma jkunx hemm il-possibbiltà li jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni, jew, fejn xieraq, is-sigurtà ta’ proprjetà, meta jkunu nstallati kif suppost u mantnuti u wżati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.
— il-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva jistgħu jitqegħdu fis-suq u mqegħda għall-użu, biss jekk ma jkunx hemm il-possibbiltà li jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni, jew, fejn xieraq, is-sigurtà tal-proprjetà, meta jkunu nstallati kif suppost u jiġu mantnuti u wżati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.
2. L-Isati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li l-persuna responsabbli għax-xogħol tal-bini jew kostruzzjoni u dak li jinstalla l-lift, minn naħa ‘l waħda, iżommu lill-xulxin infurmati bil-fatti meħtieġa għal, u, minn naħa l-oħra, jieħdu passi xierqa biex jassiguraw, l-operat sewwa u l-użu b’sigurtà tal-lift.
3. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li t-trombi maħsuba għall-lifts ma jkunx fihom pajpijiet jew wajers jew tagħmir ħlief għal dak meħtieġ għall-operat u s-sigurtà tal-lift.
4. Mingħajr preġudizju għall-paragrafi 1, 2 u 3, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ l-Istati Membri milli jistipulaw, b’konformità mat-Trattat, dawk il-ħtiġiet li huma jqiesu meħtieġa biex jassiguraw li l-persuni jkunu protetti meta l-lifts in kwistjoni jitqegħdu fis-servizz jew fl-użu, b’dan illi dan ma jfissirx li l-lifts ikunu immodifikati b’mod li ma hux speċifikat f’din id-Direttiva.
5. B’mod partikolari f’fieri tan-negozju, esibizjonijiet u demonstrazzjonijiet, l-Istati Membri m’għandhomx ifixklu il-wiri ta’ lifts u komponenti ta’ sigurtà li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Komunità, b’dan illi sinjal viżibli ċar jindika li dawk il-lifts u komponenti ta’ sigurtà ma humiex konformi u li ma humiex għall-bejgħ qabel ma jkunu nġiebu f’konformità minn dak li jinstalla l-lift, il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat ta’ dan ta’ l-aħħar, stabbilit fil-Komunità. Matul id-demonstrazzjoni, miżuri adekwati ta’ sigurtà għandhom jittieħdu biex jassiguraw il-protezjoni ta’ persuni.
L-Artikolu 3
Lifts koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stipulati fl-Anness I
Il-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stipulati fl-Anness I jew li jippermettu li l-lifts li fihom dawn ikunu nstallati jissodisfaw l-imsemmija ħtiġiet essenzjali.
L-Artikolu 4
1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq u l-użu fit-territorji tagħhom, ta’ lifts u/jew komponenti ta’ sigurtà li jkunu b’konformità ma’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ komponenti li, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità, jkunu maħsuba biex ikunu inkorporati f’lift kopert minn din id-Direttiva.
L-Artikolu 5
1. Stati Membri għandhom iqisu li l-lifts u l-komponenti tagħhom ta’ sigurtà li jkollhom il-marka CE u li jkunu akkumpanjati bid-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità msemmija f’L-Anness II bħala li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta’ l-istima ta’ konformità stipulata fil-Kapitolu II.
Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi li huma jħossu li jkunu meħtieġa biex jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet ikkonċernati, dwar l-istandards tekniċi nazzjonali eżistenti u l-ispeċifikazzjonijiet li huma meqjusa bħala mportanti jew relevanti għall-implementazzjoni xierqa tal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà fl-Anness I.
2. Meta standards nazzjonali jittransponi standard armonizzat, li r-referenza dwaru tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ikopri waħda jew aktar mill-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurtà:
— lifts kostruwiti skond dak li-istandard għandhom ikunu meqjusa li jkunu konformi mal-ħtiġiet essenzjali relevanti.
— jew
— komponenti ta’ sigurtà kostruwiti skond dak li-standard għandhom ikunu meqjusa bħala addattati jiex jippermettu li l-lift li fuq jkunu ġew installati sewwa, jkun konformi mal-ħtiġiet essenjali relevanti.
L-Istati Membri għandhom jippublikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-istandards armonizzati.
3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li miżuri xierqa jittieħdu sabiex jippermettu li ż-żewġ naħat ta’ l-industrija li jkollhom influwenza fil-livell nazzjonali tal-proċess għat-tħejjija u s-sorveljanza ta’ l-istandards armonizzati.
L-Artikolu 6
▼M3 —————
2. Il-Kummissjoni tista tadotta kull miżura xierqa bil-għan li tiġi assigurata l-applikazzjoni prattika b’mod uniformi ta’ din id-Direttiva bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.
3. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti (minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.).
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 12 ) għandhom ikunu applikabli, wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.
4. Il-Kumitat Permanenti jista’, minbarra dan, jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u mqajma mill-president tiegħu jew fuq l-inizjattiva ta’ dan ta’ l-aħħar jew fuq it-talba ta’ xi Stat Membru.
L-Artikolu 7
1. Meta Stat Membru jiżgura li lift jew komponent ta’ sigurtà li jkollu l-marka CE u li jkun użat skond l-għan maħsub tiegħu x’aktarx li jkun jista’ jipperikola is-sigurtà ta’ persuni, u, fejn xieraq, tal-proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtirah mis-suq, biex jżommu milli jkun mtqiegħed fis-suq jew milli jkun użat jew li jirrestrinġi il-moviment liberu tiegħu.
L-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni b’xi miżura bħal dik, waqt li jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx minħabba:
(a) nuqqas li jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3;
(b) l-applikazzjoni skorretta ta’ l-istandards li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2);
(ċ) nuqqasijiet fl-istandards li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2) infushom.
2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsaltazzjonijiet mal-partijiet konċernati malajr kemm jista’ jkun. Fejn, wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li;
— il-miżuri jkunu ġustifikati, għandha minnufih hekk tinforma lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra; meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati, tressaq il-materja quddiem il-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6(1), jekk l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni jkollu l-intenzjoni li jżommha, u għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(1),
— il-miżuri ma jkunux ġustifikati, għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill dak li jinstalla l-lift, lill-manifattur tal-komponenti tas-sigurtà jew lir-rappreżentant awtorizzat ta’ dan ta’ l-aħħar li jkun stabbilit fil-Komunità.
3. Meta lift jew komponent ta’ sigurtà li ma jkunx konformi jkollu l-marka CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra min ikun waħħal il-marka u għandu hekk jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu infurmati dwar il-progress u l-iżvilupp tal-proċedura.
Il-KAPITOLU II
Proċedura ta’ l-istima ta’ konformità
L-Artikolu 8
1. Qabel ma l-komponenti ta’ sigurtà elenkati fl-Anness IV jitqegħdu fis-suq, il-manifattur ta’ komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu;
(i) jew jibgħat il-kampjun tal-komponent ta’ sigurtà għall-eżami tat-tip KE skond l-Anness V u għal verifiki ta’ produzzjoni minn korp notifikat skond l-Anness XI;
(ii) jew jibgħat il-kampjun tal-komponent ta’ sigurtà għall-eżami tat-tip KE skond l-Anness V u jopera sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness VIII għal verifika tal-produzjoni;
(iii) jew jopera sistema sħiħa ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness IX;
(b) jwaħħal il-marka CE fuq kull komponent ta’ sigurtà u jħejji dikjarazzjoni dwar il-konformità li jkun fiha l-imformazzjoni elenkata fl-Anness II, billi jingħata kont ta’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness użat (l-Anness VIII, IX jew XI skond il-każ);
(ċ) iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal 10 snin mid-data li fiha l-komponent ta’ sigurtà jkun l-aħħar li ġie manifatturat.
2. Qabel ma jitqiegħed fis-suq, il-lift għandu jkunu għadda minn waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:
(i) jew, jekk ikun iddisinjat skond lift li jkun għadda minn eżami tat-tip KE kif hemm referenza dwaru fl-Anness V, dan għandu jkun kostruwit, installat u ittestjat bl-implementazzjoni ta’:
— ispezzjoni finali li hemm referenza dwarha fl-Anness VI, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li hemm referenza dwarha fl-Anness XII, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li hemm referenza dwarha fl-Anness XIV.
Il-proċeduri għall-istadji tad-disinn u l-kostruzzjoni, min-naħa ‘l waħda, u l-istadji ta’ l-istallazzjoni ul-ittestjar, min-naħa ‘l oħra, jistgħu jittwettqu fuq l-istess lift;
(ii) jew, jekk ikun iddisinjat skond il-kampjun ta’ lift li jkun għadda minn eżami tat-tip KE msemmi fl-Anness V, dan għandu jkun kostruwit, installat u ttestjat bl-implementazzjoni ta’:
— ispezzjoni finali msemmija fl-Anness VI, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità msemmija fl-Anness XII, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità msemmija f’L-Anness XIV;
(iii) jew, jekk ikun iddisinjat skond lift li dwaru sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIII tkun implimentata, issuplementata b’eżami tad-disinn jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx kollu kemm hu skond l-istandards armonizzati, għandu jkun installat u kostruwit u ttestjat bl-implimentazzjoni ta’, b’żieda:
— ispezzjoni finali msemmija fl-Anness VI, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XII, jew
— sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIV;
(iv) jew, ikun għadda minn proċedura ta’ verifika ta’ l-unità, msemmija fl-Anness X, minn korp notifikat;
(v) jew, wara li kien ġie suġġett għal sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIII, issuplimentat b’eżami tad-disinn jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx kompletament skond l-istandards armonizzati.
Fil-każi msemmija f’ (i), (ii) jew (iii) hawn fuq, il-persuna responsabbli għad-disinn għandha tforni lill-persuna responsabbli mill-kostruzjoni, l-intallazzjoni u l-ittestjar, bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex dan ta’ l-aħħar ikun jista jopera f’sigurtà assoluta.
3. Fil-każi kollha msemmija fil-paragrafu 2:
— dak li jinstalla għandu jwaħħal il-marka CE fuq il-lift u jħejji dikjarazzjoni dwar il-konformità li jkun fiha l-imformazzjoni elenkata fl-Anness II, waqt li jingħata kont ta’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness użat (L-Anness VI, X, XII, XIII jew XIV skond il-każ),
— dak li jinstalla għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun ġie mqiegħed fis-suq,
— il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu mingħand dak li jinstalla, kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità u r-rapporti dwar it-testijiet involuti fl-ispezzjoni finali.
4.
(a) Meta l-lifts jew komponenti ta’ sigurtà jkunu suġġetti għal Direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u li wkoll jipprovdu għat-twaħħil tal-marki CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika jekk il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà jkunu ukoll preżunt li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.
(b) Iżda, meta waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi tippemetti lill-manifattur, ma’ tul perijodu transitorju, li jagħżel liema arranġamenti japplika, il-marka CE għandha tindika konformità biss mad-Direttivi applikati mill-istallatur tal-lift jew il-manifattur tal-komponent tas-sigurtà. F’dan il-każ, il-partikularitajiet tad-Direttivi applikata, kif ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu mogħtija fid-dokumenti, avviżi jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u jakkumpanjaw il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà.
5. Meta la l-installatur tal-lift u l-anqas il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, ma jkunu konformi ma’ l-obligazzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, dawk l-obligazzjonijiet għandhom jaqgħu fuq kull min iqiegħed il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità. L-istess obligazzjonijiet għandhom ikunu applikabbli fuq kull min jimmanifattura il-lift jew komponent ta’ sigurtà għall-użu tiegħu stess.
L-Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma jkunu ħatru biex iwetqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8, flimkien mad-doveri speċifiċi u l-proċeduri ta’ eżami li dawn il-korpi jkunu ġew maħtura biex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippublika l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ l-identifikazzjoni tagħhom u d-doveri li dwarhom ikunu ġew innotifikati. Il-Kummissjoni għandha tassigura li din il-lista tinżamm aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterja stipulati fl-Anness VII fl-istimi tal-korpi notifikati. Il-korpi li jilħqu l-kriterja ta’ stima stipulati fl-istandards armonizzati relevanti għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mal-kriterja stipulati fl-Anness VII.
3. Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira n-notifikazzjoni tiegħu jekk isib li dak il-korp ma jkunx aktar jikkonforma mal-kriterja stipulati fl-Anness VII. Għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
Il-KAPITOLU III
Immarkar CE
L-Artikolu 10
1. Il-marka KE għandu jikkonsisti fl-inizjali CE. L-Anness III jistipula l-mudell li għandu jintuża.
2. Il-marka KE għandu jkun imwaħħal fuq kull kabina ta’ lift, b’mod distint u li jidher skond it-Taqsima 5 ta’ l-Anness I u għandu jkun imwaħħal fuq kull komponent ta’ sigurtà elenkat fl-Anness IV jew, meta dak ma jkunx possibli, fuq tikketta imwaħħla, hekk li ma tkunx tista’ tinqala’, mal-komponent ta’ sigurtà.
3. It-twaħħil fuq il-lifts jew il-komponenti ta’ sigurtà ta’ marki li x’aktarx li jħawdu partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira u l-għamla tal-marki CE għandu jkun ipprojbit. Xi marki oħra jistgħu jitwaħħlu fuq il-lifts u l-komponenti ta’ sigurtà, bdan illi l-viżibilità u l-leġibilità tal-marki CE ma jkunx b’hekk imnaqqsa.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:
(a) fejn Stat Membru jistabilixxi li l-marka CE tkun ġiet imwaħħla rregolarment, l-installatur tal-lift, il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat fil-Komunità ta’ dan ta’ l-aħħar għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-marka KE u li jwaqqfu il-ksur skond il-kundizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;
(b) jekk in-nuqqas ta’ konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq tal-komponent ta’ sigurtà in kwistjoni jew li jassigura li dan ikun imneħħi mis-suq u jipprojbixxi milli l-lift ikun użat u jinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(4).
Il-KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet Finali
L-Artikolu 11
Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi:
— it-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz u/jew l-użu ta’ lift,
— it-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta’ komponent ta’ sigurtà,
għandha tistqarr ir-raġunijiet eżatti fuq x’hiex tkun ibbażata. Deċiżjoni bħal din għandha tkun innotifikata malajr kemm jista’ jkun lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess waqt tkun informata bir-rimedji legali disponibbli għaliha fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membri kkonċernat u bil-limiti ta’ żmien li dwarhom dawn ir-rimedji jkunu suġġetti.
L-Artikolu 12
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ikollha l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet kollha relevanti li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li dawn ikunu disponibbli għaliha.
L-Artikolu 13
Id-Direttiva 84/528/KEE u d-Direttiva 84/529/KEE huma b’dan imħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 1999.
L-Artikolu 14
Fir-rigward ta’ l-aspetti li jikkonċernaw l-istallazzjoni tal-lift, din id-Direttiva hija Direttiva skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 89/106/KEE.
L-Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b’effett mill-1 ta’ Lulju 1997.
2. Sat-30 ta’ Ġunju 1999 l-Istati Membru għandhom jippermettu:
— it-tqegħid fis-suq u tqegħid fis-servizz ta’ lifts,
— it-tqegħid fis-suq u tqegħid fis-servizz ta’ komponenti ta’ sigurtà,
li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fit-territorji tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
L-Artikolu 16
Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Kumitat li hemm referenza dwaru flArtikolu 6(3) u fuq il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, teżamina mill-ġdid il-funzjonament tal-proċeduri stipulati f’din id-Direttiva u, fejn meħtieġ, tibgħat kull proposta għall-emendi xierqa.
L-Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.
L-ANNESS I
ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ LI JIRRIGWARDJAW ID-DISINN U L-KOSTRUZZJONI TA’ LIFTS U KOMPONENTI TA’ SIGURTÀ
RIMARKI PRELIMINARI
1. |
L-obbligazzjonijiet permezz tal-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà japplikaw biss meta l-lift jew komponent ta’ sigurtà jkun suġġett għall-periklu in kwistjoni meta jkun użat kif maħsub mill-installatur tal-lift jew mill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà. |
2. |
Il-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà li jinsabu fid-Direttiva huma imperattivi. Iżda, meqjus l-istat preżenti tas-sengħa, il-miri li jitipulaw jistgħu ma jkunux milħuqa. F’każi bħal dawn, u sa l-akbar limitu possibli, il-lift jew komponent ta’ sigurtà għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod hekk li jersaq viċin ta’ dawk il-miri. |
3. |
Il-manifattur ta’ komponent ta’ sigurtà u dak li jinstalla l-lift huma taħt l-obligazzjoni li jistmaw il-perikoli kollha biex jidentifikaw dawk li jkunu applikabbli għall-prodotti tagħhom; huma għandhom imbagħad jiddisinjawhom u jibnuhom billi jagħtu kont ta’ din l-istima. |
4. |
Skond l-Artikolu 14, il-ħtiġiet essenzjali stipulati fid-Direttiva 89/106/KEE, mhux inklużi f’din id-Direttiva, japplikaw għall-lifts. |
1. |
ĠENERALI 1.1. L-applikazzjoni tad-Direttiva 89/392/KEE, kif emendata bid-Direttivi 91/368/KEE, 93/44/KEE u 93/68/KEE. Meta l-periklu relevanti jeżisti u ma jiġix ittrattat skond dan l-Anness, il-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà ta’ l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 89/392/KEE japplikaw. Il-ħtiġiet essenzjali tat-Taqsima 1.1.2 ta’ l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 89/392/KEE għandhom ikunu applikabbli f’kull każ. 1.2. Karru Il-karru ta' kull lift għandu jkun karozza. Din il-karozza għandha tkun iddisinnjata u mibnija sabiex toffri l-ispazju u s-saħħa li jikkorrispondu man-numru massimu tal-persuni u t-tagħbija kalkolata tal-lift stabbilita mill-persuna li tinstalla. Fejn il-lift huwa intiż għat-trasport ta' persuni, u fejn id-dimensjonijiet tiegħu jippermettu, il-karozza għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'tali mod li l-fatturi strutturali tagħha ma joħolqux ostakolu jew ma jfixklux l-aċċess u l-użu minn persuni b'diżabilità u sabiex jippermettu kwalunkwe aġġustament xieraq intiż biex jiffaċilita l-użu minnhom. 1.3. Mezzi ta’ sospenzjoni u mezzi ta’ sostenn Il-mezzi ta’ sospenzjoni u/jew ta’ sostenn tal-kabina, l-oġġetti mwaħla magħha u l-partijiet terminali tagħha għandhom ikunu magħżula u ddisenjati hekk li jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà ġenerali u li jnaqqsu r-riskju li l-kabina taqa’, waqt li jingħata kont tal-kondizzjonijiet ta’ użu, il-materjali wżati u l-kondizzjonijiet tal-manifattura. Meta ħbula u ktajjen ikunu wżati biex idendlu l-kabina, għandu jkun hemm mill-anqas żewġ hbula jew ktajjen independenti, kull waħda bis-sitema ta’ ankraġġ tagħha. Dawn il-ħbula u ktejjen m’għandhomx ikollhom twaħħil jew ġonot ħlief fejn ikun meħtieġ għat-twaħħil jew biex tkun iffurmata ngassa. 1.4. Kontroll ta’ tagħbija (inkluża veloċità żejda)
1.5. Makkinarju
1.6. Kontrolli
|
2. |
PERIKOLI GĦAll-PERSUNI IL-BARRA MILL-KABINA
|
3. |
PERIKOLI GĦAll-PERSUNI FIL-KABINA
|
4. |
PERIKOLI OĦRA
|
5. |
IMMARKAR
|
6. |
ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU
|
L-ANNESS II
A. Kontenut tad-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità tal-komponenti ta’ sigurtà ( 13 )
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għandha jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:
— l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà ( 14 ),
— fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità (14) ,
— deskrizzjoni tal-komponent ta’ sigurtà, dettalji tat-tip jew serje u n-numru tas-serje (jekk ikun hemm),
— il-funzjoni ta’ sigurtà tal-komponent ta’ sigurtà, jekk dan ma jkunx ovvju mid-deskrizzjoni,
— is-sena tal-manifattura tal-komponent ta’ sigurtà,
— id-dispożizzjonijiet relevanti kollha li magħhom ikun konformi l-komponent ta’ sigurtà,
— fejn xieraq, referenza għal l-istandards armonizzati wżati,
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip KE skond l-Artikolu 8(1)(a) (i) u (ii),
— fejn xieraq, referenza għaċ-ċertifikat tat-tip ta’ l-eżami KE maħruġ minn dak il-korp notifikat,
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq il-produzjoni skond l-Artikolu 8(1)(a) (ii),
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq is-sistema u l-assigurazzjoni ta’ kwalità mplementata mill-manifattur skond l-Artikolu 8(1)(a) (iii),
— l-identifikazzjoni tal-firmatarju awtorizzat li jaġixxi f’isem il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità.
B. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità tal-lifts installati ( 15 )
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:
— l-isem u l-indirizz ta’ min jinstalla l-lift ( 16 ),
— id-deskrizzjoni tal-lift, dettalji tat-tip jew serje, numru tas-serje u l-indirizz fejn il-lift ikun imwaħħal,
— is-sena ta’ l-istallazzjoni tal-lift,
— id-dispożizzjonijiet relevanti kollha li magħhom il-lift ikun konformi,
— fejn xieraq, referenza għall-istandards armonizzati wżati,
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip KE tal-mudell tal-lift skond l-Artikolu 8(2)(a) (i) u (ii),
— fejn xieraq, ir-referenza taċ-ċertiktar tattip ta’ l-eżami KE,
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq il-lift skond l-Artikolu 8(2) (iv),
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni finali tal-lift skond l-Artikolu 8(2)(i), (ii) u (iii),
— fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità mplimentata minn dak li jkun installa l-lift skond it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 8(2)(i), (ii), (iii) u (v),
— identifikazzjoni tal-firmatarju li jkun ġie awtorizzat li jaġixxi f’isem l-installatur tal-lift.
L-ANNESS III
IL-MARKA TA’ KONFORMITÀ KE
Il-marka ta’ konformità KE għandu jikkonsisti fl-inizjali “CE” li jkollhom din l-għamla:
Jekk il-marka KE jkun imnaqqas jew imkabbar, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta’ hawm fuq għandhom ikunu irrispettati.
Il-komponenti varji ta’ l-immarkart CE għandu ikollhom sostanzjalment l-istess dimenzjonijiet vertikali, li ma jistgħux ikunu anqas minn 5 mm. Din id-dimenzjoni minima tista’ titwarrab għal komponenti ta’ sigurtà ta’ skala żgħira.
Il-marka KE għandu jkun segwit bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jittratta ma:
— l-proċeduri li hemm referenza dwahom fl-Artikolu 8(1)(a) (ii) jew (iii),
— il-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(2).
L-ANNESS IV
LISTA TA’ KOMPONENTI TA’ SIGURTÀ LI HEMM REFERENZA DWARHA FL-ARTIKOLU 1(1) U L-ARTIKOLU 8(1)
1. |
Apparat sabiex jissakkru il-bibien ta’ l-indani. |
2. |
Apparat biex ma jħallix li jsseħħu l-waqat li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2 ta’ l-Anness I biex ma jħallux il-kabina milli taqa’ jew li jkollu moviment il-fuq mhux kontrollat. |
3. |
Apparat biex jillimita l-veloċità żejda. |
4. |
(a) Mollol ta’ kontra l-iskossi li jakkumulaw l-enerġija: — jew mhux lineari, — jew b’effett ta’ kuxxinett meta l-moviment ikun ġej lura. (b) Mollol ta’ kontra l-iskossi li jiddissipaw l-enerġija. |
5. |
Apparat ta’ sigurtà mwaħħal ma’ apparat ta’ l-irfigħ b’ċirkwiti ta’ enerġija idrawlika meta dawn jintużaw bħala mekkaniżmi biex jipprevjenu l-waqgħat. |
6. |
Apparat elettriku ta’ sigurtà fl-għamla ta’ swiċċijiet ta’ sigurtà li jkun fihom komponenti elettroniċi. |
L-ANNESS V
EŻAMI TAT-TIP KE
(modulu B)
A. Eżami tat-tip KE ta’ komponenti ta’ sigurtà
1. |
L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha l-korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li kampjun rappreżentattiv ta’ komponent ta’ sigurtà jkun jippermetti li l-lift li miegħu ikun korrettament imwaħħal li jissosfa l-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. |
2. |
L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità, lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi: — l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jekk l-applikazzjoni tkun sarat minn dan ta’ l-aħħar, u l-post tal-manifattura tal-komponenti ta’ sigurtà, — dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kienitx ġiet ippreżentata lill xi korp notifikat ieħor, — dossier tekniku, — kampjun rappreżentattiv tal-komponent ta’ sigurtà jew dettalji tal-post ta’ fejn ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-korp notifikat jista’ jagħmel talbiet raġjonati għal aktar kampjuni. |
3. |
Id-dossier tekniku għandu jippermetti stima tal-konformità u l-adegwatezza tal-komponent ta’ sigurtà biex jippermetti li l-lift li miegħu jkun ġie korrettement imwaħħal, ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Sal-limitu li huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ l-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jinkludi dan li ġej: — deskrizzjoni ġenerali tal-komponent ta’ sigurtà, inkluż il-qasam tiegħu ta’ l-użu (b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ limiti dwar veloċità, tagħbija u saħħa) u kondizzjonijiet (b’mod partikolari f’ambjenti esplossivi u esponiment għall-elementi). — tpinġijiet jew pjanti tad-disinn u l-manifattura, — il-ħtiega (ħtiġiet) essenzjali li jkunu kkunsidrati u l-mezzi adottati biex jissodisfawha (jissodisfawhom) (e.g. standard armonizzat), — ir-riżultati ta’ xi testijiet jew kalkolazzjonijiet imwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill manifattur, — kopja ta’ l-istruzzjonijiet ta’ l-immuntar għall-komponenti ta’ sigurtà, — il-passi meħuda fl-istadju tal-manifattura biex jiġi żgurat li l-komponenti ta’ sigurtà li jkunu ġew immanifatturati f’serje, jkunu konformi mal-komponent ta’ sigurtà eżaminat. |
4. |
Il-korp notifikat għandu: — jeżamina d-dossier tekniku biex biex jistma l-limitu sa fejn jista’ jilħaq il-miri mixtieqa, — jeżamina l-komponent ta’ sigurtà biex jivverifikata l-adegwatezza fit-termini tad-dossier tekniku, — iwettaq jew ikun wettaq il-verifiki xierqa u t-testijiet meħtieġa biex biex jivverifika jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jkunu jikkonformawx ma l-ħtiġiet tad-Direttiva biex jippermettu li l-komponent ta’ sigurtà jwettaq il-funzjonijiet tiegħu meta jkun korrettament imwaħħal ma’ lift. |
5. |
Jekk il-kampjun rappreżentattiv tal-komponent tas-sigurtà jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva applikabbli għalih, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fiħ l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, il-konklużżjonijiet tal-verifika, xi kondizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra notifikati jistgħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba raġjonata, kopja tad-dossier tekniku u r-rapporti ta’ l-eżami, l-kalkolazzjonijiet u t-testijiet imwettqa. Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżemi tat-tip KE lill-manifattur, għandu jiddikjara il-bażi dettaljata għal dan ir-rifjut. Dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura ta’ appell. |
6. |
Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jinforma lill-korp notifikat b’kull alterazzjonijiet, wkoll ta’ natura żgħira, li hu jkun għamel jew jippjana li jagħmel għall-komponent ta’ sigurtà approvat, inklużi estenzjonijiet ġodda jew varjanti li ma jkunux speċifikati fid-dossier tekniku oriġinali (ara l-ewwel inċiż tat-Taqsima 3). Il-korp notifikat għandi jeżamina l-alterazzjonijiet u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jkunx għandu validu ( 17 ). |
7. |
Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna: — iċ-ċertifikati maħruġa ta’ l-eżami tat-tip KE, — iċ-ċertifikati rtirati ta’ l-eżami tat-tip KE. Kull korp notifikat għandu wkoll jikkomunika mal-korpi l-oħra notifikati l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE li jkun irtira. |
8. |
Iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ l-eżami tat-tip KE għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih. |
9. |
Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm mad-dokumentaazzjoni teknika, kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għall-perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat. Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qegħdet il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità. |
B. Eżami tat-tip KE tal-lifts
1. |
L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li mudell ta’ lift, jew li lift li dwaru ma jkunx hemm dispożizzjoni għall-estensjoni jew varjant, jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva. |
2. |
L-applikazzjoni għal eżami tat-tip KE għanda tkun ippreżentata minn dak li jagħmel l-installazzjoni ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi: — l-isem u l-indirizz ta’ min jinstalla l-lift, — dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kienitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor, — dossier tekniku, — dettalji tal-post ta’ fejn il-mudell tal-lift ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-mudell tal-lift ippreżentat għal eżami għandu jinkludi il-partijiet terminali kollha u li jkun jista’ jservi mill-anqas tlett livelli (fuq, nofs u isfel). |
3. |
Id-dossier tekniku għandu jippermetti l-istima tal-konformità tal-lift mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u apprezzament tad-disinn u l-operazzjoni tal-lift. Sal-limitu li huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ l-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jinkludi dan li ġej: — deskrizzjoni ġenerali tal-mudell rappreżentattiv tal-lift. Id-dossier tekniku għandu jindika kjarament l-estenzjonijiet possibbli kollha għall-mudell rappreżentattiv tal-lift li jkun qiegħed jiġi eżaminat (ara l-Artikolu 1(4)), — tpinġijiet jew pjanti tad-disinn u l-manifattura, — il-ħtigiet essenzjali li jkunu kkunsidrati u l-mezzi adottati biex jissodisfawhom (e.g. standard armonizzat), — kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità tal-komponenti ta’ sigurtà wżati fil-manifattura tal-lift, — ir-riżultati ta’ kull testijiet jew kalkolazzjonijiet imwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill-manifattur, — kopja tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjonijiet tal-lift, — il-passi meħuda fl-istadju ta’ l-istallazzjoni biex jiġi assigurat li lift prodott f’serje jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. |
4. |
Il-korp notifikat għandu: — jeżamina d-dossier tekniku biex biex jistma l-limitu sa fejn jista’ jilħaq il-miri mixtieqa, — jeżamina il-mudell rappreżentattiv tal-lift biex jivverifika li dan ikun ġie manifatturat skond id-dossier tekniku, — iwettaq jew jara li jkunu mwettqa l-verifiki xierqa u t-testijiet meħtieġa biex jivverifikaw li s-soluzjonijiet addottati mill-installatur jilħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva u jippermettu l-lift li jkun konformi magħhom. |
5. |
Jekk il-mudell tal-lift ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva applikabbli għalih, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fiħ l-isem u l-indirizz ta’ l-installatur tal-lift, il-konklużjonijiet tal-verifika, xi kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra notifikati jistgħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba raġjonata, kopja tad-dossier tekniku u r-rapporti ta’ l-eżami, l-kalkolazzjonijiet u t-testijiet imwettqa. Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżemi tat-tip KE lill-manifattur, għandu jiddikjara il-bażi dettaljata għal dan ir-rifjut. Dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura ta’ appell. |
6. |
L-installatur tal-lift għandu jinforma lill-korp notifikat b’kull alterazzjonijiet, wkoll ta’ natura żgħira, li hu jkun għamel jew jippjana li jagħmel għall-lift approvat, inklużi estenzjonijiet ġodda jew varjanti li ma jkunux speċifikati fid-dossier tekniku oriġinali (ara l-ewwel inċiż tat-Taqsima 3). Il-korp notifikat għandi jeżamina l-alterazzjonijiet u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jkunx għandu validu ( 18 ). |
7. |
Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna: — iċ-ċertifikati maħruġa ta’ l-eżami tat-tip KE, — iċ-ċertifikati rtirati ta’ l-eżami tat-tip KE. Kull korp notifikat għandu wkoll jikkomunika mal-korpi l-oħra notifikati l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE li jkun irtira. |
8. |
Iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ eżemi tat-tip KE għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabbli għalih. |
9. |
L-installatur tal-lift għandu jżomm mal-kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip KE u ż-żidiet magħhom għal perijodu ta’ mill-anqas 10 snin minn meta l-aħħar lift ikunu ġie manifatturat b’konformità mal-mudell rappreżentattiv tal-lift. |
L-ANNESS VI
SPEZZJONI FINALI
1. |
L-ispezzjoni finali hija l-proċedura li biha l-installatur tal-lift li jkun wettaq l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-lift li hu jkun qiegħed fis-suq ikun jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformita. |
2. |
L-installatur tal-lift għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jassigura li l-lift li jkun tqiegħed fis-suq ikun konformi mal-mudell tal-lift deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà applikabbli għalih. |
3. |
L-installatur tal-lift għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità maċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali msemmi fit-Taqsima 6, għal 10 snin mid-data ta’ meta l-lift ikun tqiegħed fuq is-suq. |
4. |
Korp notifikat magħżul mill-installatur tal-lift għandu jwettaq jew jara li jkun imwettaq, l-eżami finali tal-lift li jkun sejjer jitqiegħed fis-suq. It-testijiet xierqa u l-verifiki definiti fl-istandards applikabbli msemmija fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tal-lift mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. Dawn il-verifiki u u testijiet għandhom ikopru b’mod partikolari: (a) l-eżami tad-dokumentazzjoni biex jiġi verifikat li l-lift ikun konformi mal-mudell rappreżentattiv tal-lift li jkun ġie approvat skond l-Anness V.B; (b)
— l-operazzjoni tal-lift, kemm vojt u wkoll bit-tagħbija massima biex biex tiġi assigurata l-installazzjoni korretta u l-operat ta’ l-apparat ta’ sigurtà (waqfien fit-termini, apparat ta’ tiskir, eċċ.), — l-operazzjoni tal-lift kemm bit-tagħbija massima u wkoll vojt biex jiġi assigurat l-funzjonar korrett ta’ l-apparat ta’ sigurtà fil-każ ta’ qtugħ ta’ l-elettriku, — test statiku b’tagħbija ta’ 1,25 drabi tat-tagħbija nominali. It-tagħbija nominali għandha tkun dik li hemm referenza dwarha fl-Anness I, Taqsima 5. Wara dawn it-testijiet, il-korp notifikat għandu jivverifika li ma jkunx seħħ xi tgħawwiġ jew deterjorazzjoni li tista tfixkel l-użu tal-lift. |
5. |
Il-korp notifikat għandu jirċievi id-dokumenti li ġejjin: — il-pjanta tal-lift komplut, — il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-ispezzjoni finali, b’mod partikolari tad-disinji taċ-ċirkwiti ta’ kontroll, — kopja tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemmi f’ l-Anness I. It-Taqsima 6.2. Il-korp notifikat ma jistax jeħtieġ pjanti dettaljati jew informazzjoni preċiża li ma tkunx meħtieġa għall-verifikar tal-konformità tal-lift li jkun sejjer jitqiegħed fis-suq mal-mudell tal-lift deskritt fid-dikjarazzjoni ta’ l-eżami tat-tip KE. |
6. |
Jekk il-lift jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skond l-Anness III u għandu jħejji ċertifikat ta’ ispezzjoni finali li jsemmi il-verifiki u t-testijiet imwettqa. Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrespondenti tar-reġistru li hemm referenza dwaru fl-Anness I, it-Taqsima 6.2. Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali, għandu jgħati raġunijiet dettaljati għar-rifjut u jirrakomanda l-mezzi li bihom l-aċċettazzjoni tkun tista tiġi akwistata. Meta l-installatur tal-lift jerġa japplika għall-ispezzjoni finali, hu għandu japplika ma’ l-istess korp notifikat. |
7. |
Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali, id-dossiers u l-korrespondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ l-aċċettazzjoni għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabbli għalih. |
L-ANNESS VII
KRITERJI MINIMI LI GĦANDU JINGĦATA KONT TAGĦOM MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKAZZJONI TAL-KORPI
1. |
Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettieq ta’ l-operazzjonijiet ta’ verifika ma jistgħux ikunu id-disinjatur, il-bennej, il-fornitur jew il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lifts li huma jispezzjonaw, l-anqas ma jista’ jkun ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Bl-istess mod, il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettieq ta’ superviżjoni ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva ma jistgħux ikunu id-disinjatur, il-bennej, il-fornitur jew il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lifts li huma jispezzjonaw, l-anqas ma jista’ jkun ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Huma ma jistgħux ikunu nvoluti la direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, kostruzzjoni, marketing jew manutenzjoni tal-komponenti ta’ sigurtà jew fl-installazzjoni tal-lifts. Din ma tipprekludix il-possibilità ta’ bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lift u l-korp. |
2. |
Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu l-ispezzjoni jew issuperviżjoni ta’ l-operazzjonijiet bl-għola grad ta’ integrità professjonali u ta’ kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b’mod partikolari finanzjaru, li jista’ jinfluwenza il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat ta’ l-ispezzjoni jew superviżjoni. |
3. |
Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u jkun jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa biex jiffaċilita li jkun jistgħu jwettqu sewwa id-doveri tekniċi u amministrattivi konnessi ma l-ispezzjonar jew is-superviżjoni; dan għandu jkollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali. |
4. |
L-impjegati responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollhom: — taħriġ sod tekniku u professjonali, — tagħrif sodisfaċenti tal-ħtiġiet għat-testijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata ta’ dawk it-testijiet, — l-abbilità li jħejju ċ-ċertifikati, r-reġistri u r-rapporti meħtieġa bies jawtentikaw it-twettieq tat-testijiet. |
5. |
L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ l-ispezzjoni għandha tkun iggarantita. Il-ħlas tagħhom m’għandux ikun jiddependi min-numru ta’ testijiet li huma jwettqu jew fuq ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet. |
6. |
Il-korp għandu jieħu assigurazzjoni tal-lijabilità sa kemm il-lijabilità tiegħu ma tkunx merfugħa mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet. |
7. |
L-impjegati tal-korp għandhom josservaw segretezza professjonali fir-rigward ta’ l-informazzjoni kollha akkwistata fit-twettieq tad-doveri tagħhom (ħlief vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fiħ l-attivitajiet ikunu mwettqa) skond din id-Direttiva jew xi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtiha effett. |
L-ANNESS VIII
ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT
(modulu E)
1. |
Assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott hija l-proċedura li biha l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jissodisfa t-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-komponenti ta’ sigurtà jkunu konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw dwarhom u jassigura u jiddikjara li l-komponent ta’ sigurtà ikun jippermetti li l-lift li miegħu jkun imwaħħal kif suppost jkun jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Il-manifattur tal-kompenent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal il-marka CE ma kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
2. |
Il-manifattur għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali tal-komponent ta’ sigurtà u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
3. |
Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat
|
5. |
Il-manifattur għandu, għal perijodu li jintemm 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokumentazzjoni li hemm referenza dwarha fit-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqima 3.1, — l-aġġornar li hemm referenza dwaru fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u t-Taqsimiet 4.3 u 4.4. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati. |
L-ANNESS IX
ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITÀ
(modulu H)
1. |
L-assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità hija l-proċedura li biha l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jkun issodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikara li l-komponenti ta’ sigurtà jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva li tapplika għalihom u li l-komponent ta’ sigurtà jkun jippermetti li l-lift li miegħu jkun korrettament imwaħħal li jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal il-marka CE ma kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
2. |
Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għad-disinn, il- manifattura u l-ispezzjoni finali tal-komponent ta’ sigurtà u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
3. |
Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat
|
5. |
Il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għall-perijodu li jintemm 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.1, — l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4. Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qegħdet il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati. |
7. |
Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih. |
L-ANNESS X
IL-VERIFIKAZZJONI TA’ L-UNITÀ
(modulu G)
1. |
Il-verifikazzjoni ta’ l-unità hija l-proċedura li biha dak li jinstalla lift jassigura u jiddikkjara li lift li hu jkun qed iqiegħed fis-suq u li jkun kiseb ċertifikat ta’ konformità msemmi fit-Tqsima 4 jkun jikkonformà mal-ħtiġiet tad-Direttiva. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità. |
2. |
Dak li jinstalla l-lift għandu japplika lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu għall-verifikazzjoni ta’ l-unità. L-applikazzjoni għandha jkun fiha: — l-isem u l-indirizz ta’ dak li jinstalla l-lift u l-lokalità ta’ fejn il-lift ikun ġie nstallat, — dikjarazzjoni bil-miktub fis-sena li l-istess applikazzjoni ma kienetx ġiet ippreżentata lill xi korp notifikat ieħor, — dossier tekniku. |
3. |
L-iskop tad-dossier tekniku huwa li jippermetti li l-konformità tal-lift mal-ħtiġiet tad-Direttiva li għandha tiġi stmata u li d-disinn, l-installazzjoni u l-operat tal-lift ikun mifhuma. Sal-limiti relevanti għall-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jkun fih dan li ġej: — deskrizzjoni ġenerali tal-lift, — id-disinn u l-pjanti tal-manifattura u t-tpinġijiet, — il-ħtiġiet essenzjali in kwistjoni u s-soluzjoni adottata biex dawn jintlaħqu (e.g. standards armonizzati), — ir-riżultati ta’ kull testijiet jew kalkoli mwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill-installatur tal-lift, — kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-lift, — kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip KE tal-komponenti ta’ sigurtà wżati. |
4. |
Il-korp notifikat għandu jeżamina d-dossier tekniku u l-lift u jwettaq it-testijiet xierqa kif kif stipulati fl-istandard/s relevanti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, jew testijiet ekwivalenti, biex tiġi assigurata l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti ta’ din id-Direttiva. Jekk il-lift jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skond l-Anness III u għandu jħejji ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tat-testijiet imwettqa. Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrespondenti tar-reġitru msemmija fit-Taqsima 6.2 ta’ l-Anness I. Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità, dan għandu jiddikjara fid-dettal ir-raġunijiet tiegħu għal dan ir-rifjut u jindika kif il-konformità tkun tista tinkisek. Meta l-installatur tal-lift jerġa japplika għall-verifikazzjoni, hu għandu japplika għand l-istess korp notifikat. |
5. |
Iċ-ċertifikat ta’ konformità u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ eżami tat-tip KE għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih. |
6. |
L-installatur tal-lift għandu jżomm id-dossier tekniku u kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għal perijodu ta’ 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun tqiegħed fuq is-suq. |
L-ANNESS XI
KONFORMITà TAT-TIP B’VERIFIKI KIF JIĠI JIĠI
(modulu C)
1. |
Il-konformità tat-tip hija proċedura li biha l-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbili fil-Komunità jassigura u jiddikjara li l-komponenti ta’ sigurtà huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-tip KE u li jissodisfaw il-ħtiġijt tad-Direttiva li japplikaw dwarhom u li jippermettu li l-lift li fih ikunu mwaħħla sewwa li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà ta’ din id-Direttiva. Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunita, għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità. |
2. |
Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura li l-proċess tal-manifattura jassigura konformità tal-manifattura tal-komponenti ta’ sigurtà mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżemi tat-tip KE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li hija applikabbli dwarhom. |
3. |
Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat. Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qiegħdet il-komponenti ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità. |
4. |
Korp notifika mgħażul mill-manifattur għandu jwettaq jew jara li jitwettqu verifiki fuq il-komponenti ta’ sigurtà ma’ tul intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun adekwat tal-komponenti lesti ta’ sigurtà, meħud minn fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jkun eżeminat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards relevanti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, għandhom jittwettqu biex jivverifikaw il-konformità tal-produzjoni mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. F’dawk il-każi meta wieħed jew aktar mill-komponenti ta’ sigurtà vverifikati ma jkunux konformi, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa. Il-punti li għandu jingħata kont tagħhom meta ssir il-verifika tal-komponenti ta’ sigurtà għandhom ikunu definiti fi ftehim konġunt bejn il-korpi notifikati responsabbli għal din il-proċedura, waqt li jiġu kkunsidrati il-karatteristiċi essenzjali tal-komponenti ta’ sigurtà li hemm referenza dwarhom flL-Anness IV. Fuq ir-responsabbilità tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ dak il-korp ma’ tul il-proċess tal-manifattura. |
5. |
Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura fir-rigward tal-verifiki kif tiġi tiġi li hemm referenza dwarha fit-Taqsima 4 għandhom jitħejjew fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih. |
L-ANNESS XII
ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦALL-LIFTS
(modulu E)
1. |
L-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa t-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-lifts installati jkunu b’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u jissodisfa il-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
2. |
L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali tal-lift kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
3. |
Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat
|
5. |
L-installatur ta’ lift għandu, għal perijodu li jispiċċa 10 snin wara l-aħħar lift jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqima 3.1, — l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati. |
L-ANNESS XIII
ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITà GĦALL-LIFTS
(modulu H)
1. |
Assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li lifts jissodisfaw il-ħriġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
2. |
L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għad-disinn, manifattura, għarmar, installazzjoni u ispezzjoni finali tal-lifts u t-testijiet kif speċifikati f’Sezzjoni 3, u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat f’Sezzjoni 4. |
3. |
Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat
|
5. |
L-installatur ta’ lift għandu, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-lift jkun ġie mqiegħed fis-suq, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — li hemm referenza dwarha fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.1, — - l-aġġornar msemmija fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.5, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.5 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4. Meta l-installatur ma jkunx stabbilit fil-Komunita, din l-obbligazzjoni taqa’ fuq il-korp notifikat. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati. |
7. |
Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tkun imħejjija fl-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih. |
L-ANNESS XIV
ASSIGURAZZJONI TA’ KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI
(modulu D)
1. |
L-assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ produzjoni hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima2 jassigura u jiddikjara li lifts jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bis-simbolu ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
2. |
L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-produzjoni, l-istallazzjoni, l-ispezzjoni finali tal-lift u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4. |
3. |
Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat
|
5. |
L-installatur għandu, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar lift jkun ġie manifatturat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dodumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-Taqsima 3.1, — l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u t-Taqsimiet 4.3 u 4.4. |
6. |
Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati. |
7. |
Id-dokumentazzjoni u l-korrespondenza li jirrigwardaw il-produzzjoni tal-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat jew f’ilsien aċċettabbli għalih. Dan l-istandard armonizzat għandu jkun EN 29002, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata kont tan-natura speċifika tal-lifts. |
( 1 ) ĠU C 62, tal-11.3.1992, p. 4 u ĠU C 180, tat-2.7.1993, p. 11.
( 2 ) ĠU C 287, ta’ l-4.11.1992, p. 2.
( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’Ottubru 1992 (ĠU C 305, tat-23.11.1992, p. 114), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 232, ta’ l-20.8.1994, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 1994 (ĠU C 305, tal-31.10.1994, p. 48).
( 4 ) ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 86. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/486/KEE (ĠU L. 270, tat-2.10.1990, p. 21).
( 5 ) ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 72. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/665/KEE (ĠU L. 382, tal-31.12.1988, p. 42).
( 6 ) ĠU L 384, tal-31.12.1986, p. 12.
( 7 ) ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 16.
( 8 ) ĠU L 134, ta’ l-20.6.1995, p. 37.
( 9 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.
( 10 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/10/KE (ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 30).
( 11 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.
( 12 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
( 13 ) Id-dikjarazjoni għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemija fl-Anness I, Taqsima 6.1, u jkun miktub jew bit-tajpriter jew stampata.
( 14 ) L-isem tan-negozju, l-indirizz sħiħ; fil-każ ta’ rapresentant awtorizzat, indika wkoll l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur tal-komponenti ta’ sigurezza.
( 15 ) Id-dikjarazjoni għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal dak tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemmija f’L-Anness I, Taqsima 6.2, u tkun miktuba jew bit-tajpriter jew stampata.
( 16 ) L-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ.
( 17 ) Jekk il-korp notifikat jikkunsidra li huwa neċessarju, jista’ joħroġ parti ġdida għal maċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE oriġinali jew jitlob li jsir applikazzjoni ġdida.
( 18 ) Jekk il-korp notifikat iħoss li jkun meħtieġ, jista’ jew joħroġ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżemi tat-tip KE jew jitlob li tkun ippresentata applikazzjoni ġdida.
( 19 ) Dan li-standard arminizzat għandu jkun EN 29003, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata akkont tal-fatturi speċifiċi tal-komponenti ta’ sigurezza.
( 20 ) Dan li-standard arminizzat għandu jkun EN 29001, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata akkont tal-fatturi speċifiċi tal-komponenti ta’ sigurezza.
( 21 ) Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29003, issupplimentati fejn meħtieġ biex jingħata kont tal-fatturi speċifiċi tal-lifts.
( 22 ) Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29001, issupplimentati fejn meħtieġ biex jingħata kont tal-fatturi speċifiċi tal-lifts.
( 23 ) It-testijiet għandhom jinkludu mill-anqas it-testijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Anness VI, it-Taqsima 4 (b).
( 24 ) Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29002, issuppliementat fejn meħtieġ biex jingħata kont tan-natura speċifika tal-lift s.