EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01990D0424-20080901

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (90/424/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/424/2008-09-01

1990D0424 — MT — 01.09.2008 — 017.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 1990

dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

(90/424/KEE)

(ĠU L 224, 18.8.1990, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ l-4 ta’ Marzu 1991

  L 66

18

13.3.1991

 M2

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3763/91 of 16 December 1991 (*)

  L 356

1

24.12.1991

 M3

COUNCIL DECISION of 16 June 1992 (*)

  L 187

45

7.7.1992

►M4

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 1992

  L 243

27

25.8.1992

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/117/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992

  L 62

38

15.3.1993

►M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992

  L 62

69

15.3.1993

►M7

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Ġunju 1993

  L 203

34

13.8.1993

 M8

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Frar 1994

  L 36

15

8.2.1994

►M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-21 ta' Ġunju 1994

  L 168

31

2.7.1994

►M10

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999

  L 160

103

26.6.1999

►M11

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Diċembru 2000

  L 3

27

6.1.2001

 M12

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Lulju 2001

  L 203

16

28.7.2001

►M13

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

 M14

ID-DIRETTIVA 2003/99/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Novembru 2003

  L 325

31

12.12.2003

►M15

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-23 ta' Jannar 2006

  L 29

37

2.2.2006

►M16

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' l-24 ta’ Ottubru 2006

  L 328

57

24.11.2006

►M17

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M18

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-19 ta’ Diċembru 2006

  L 397

22

30.12.2006

►M19

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-20 ta’ Awwissu 2008

  L 224

11

22.8.2008



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 1990

dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

(90/424/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw minn annimali jidhru fuq il-lista ta' l-Anness II tat-Trattat; billi trobbija ta' annimali ħajjin u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li joriġinaw minn annimali huma sors ta' dħul għal parti kbira tal-popolazzjoni agrikola;

Billi l-iżvilupp razzjonali ta' dan is-settur u t-titjib fil-produttività jistgħu jkunu miksuba b'miżuri veterinarji mmirati lejn il-protezzjoni u ż-żieda tas-saħħa tal-pubbliku u ta' l-annimali fil-Komunità;

Billi biex jintlaħaq l-iskop hemm bżonn li l-Komunità tipprovdi għajnuna għall-azzjonijiet illi jittieħdu jew maħsuba li ser jittieħdu;

Billi l-Komunità ser tadotta miżuri li għandhom l-iskop illi b'mod progressiv jiġi stabbilit suq intern tul perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 1992;

Billi, f'dan il-qafas, il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lejn il-qerda, kemm jista’ jkun malajr, ta' kull tixrid ta' mard infettiv serju;

Billi huwa wkoll neċessarji li tiġi pprevenuta u mnaqqsa, b'miżuri approprjati ta' kontroll, il-preżenza ta' żonosijiet li huma ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem;

Billi l-istrateġija ġdida ta' kontroll teħtieġ ir-rażan ta' kontrolli fil-fruntieri interni u l-armonizzazzjoni tas-sistema ta' kontroll għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi; billi jidher li hu xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-bidu u l-iżvilupp ta' l-istrateġija l-ġdida;

Billi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet essenzjali li għandhom x’ jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, il-protezzjoni ta' saħħa ta' l-annimali u l-protezzjoni ta' l-annimali tippresupponi li l-Komunità taħtar laboratorji li jaħdmu flimkien u ta' riferenza u li jittieħdu azzjonijiet tekniċi u xjentifiċi; billi jidher li hu xieraq li l-Komunità tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja; billi, fil-qasam tal-protezzjoni ta' l- annimali b'mod partikolari, huwa mixtieq li tinħoloq database biex tinġabar, tinħażen u tixxerred kull informazzjoni neċessarja;

Billi l-miżuri għall-qerda ta' ċertu mard ta' l-annimali diġà jikkwalifika għal għajnuna finanzjarja mill-Komunità; billi d-dispożizzjonijiet konċernati jinkludu dawk adottati b'Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 li introduċew miżuri tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat ( 4 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 ( 5 ), id-Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1982 li emendat id-Direttiva 77/391/KEE u li introduċiet miżura supplementari tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi ( 6 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/145/KEE ta' l-20 ta' Frar 1989 li ntroduċiet miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda ta' pleuropneumonia kontaġjuża taċ-ċanga (CBPP) fil-Portugall ( 7 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta' November 1980 li introduċiet miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda ta' deni klassiku tal-majjal ( 8 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 87/488/KEE ( 9 ) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/649/KEE tas-16 ta' Diċembru 1986 li introduċiet miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Portugall ( 10 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 89/577/KEE ( 11 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/650/KEE tas-16 ta' Diċembru 1986 li introduċiet miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi Spanja ( 12 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE tal-24 ta' Lulju 1989 li introduċiet miżuri tal-Komunità sabiex iwaqqfu proġett pilota għall-kontroll tar-rabja sabiex tinqered jew għall-prevenzjoni tagħha ( 13 ); billi huwa tal-fehma illi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità li huma maħsuba sabiex jinqered il-mard li hemm riferenza għalih aktar’ l fuq jkomplu jkunu rregolati bid-Deċiżjoni li għandha x'taqsam magħhom; billi, xorta waħda, fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri addizzjonali għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkolożi u l-lewkożi fil-frat, kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 87/58/KEE ( 14 ), jista jidher li tkun iġġustifikata, fl-interessi tal-konsistenza, sabiex tigi pprovduta l-possibilità li jiżdied il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità sa 50 % ta' l-ispiża li tintefaq mill-Istati Membri għall-qatla ta' l-ifrat;

Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta' ċertu mard ta' l-annimali; billi l-miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza tal-mard ta' l-annimali li jinvolvu spejjeż ta' bilfors mill-estimi tal-Komunità għandhom jinġabu flimkien taħt kap wieħed;

Billi huwa xieraq li d-dmir li jittieħdu miżuri ta' applikazzjoni jgħaddi għand il-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



L-Artikolu 1

Din d-Deċiżjoni tipprovdi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal:

 miżuri veterinarji speċifiċi,

 miżuri ta' spezzjoni fil-kamp veterinarju,

▼M18

 programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta' mard ta' l-annimali u taż-żoonosi.

▼B

Din id-Deċiżjoni m'għandiex taffetwa l-għażla li għandhom ċerti Stati Membri li jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ta' aktar minn 50 % skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta' l-24 ta' Ġunju 1988 dwar il-Ħidmiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività u l-koordinament ta' l-attivitajiet ta' bejniethom u ma’ l-operazzjonijiet tal-bank Ewropew ta' Investiment u strumenti oħra eżistenti ( 15 ).



IT-TITOLU 1

MIŻURI VETERINARJI SPEĊIFIĊI

L-Artikolu 2

Miżuri veterinarji speċifiċi għandhom jinkludu:

 miżuri ta' emerġenza,

 il-kampanja kontra l-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer,

 miżuri għall-protezzjoni ta' l-annimali,

 kontribuzzjoni għall-iskemi nazzjonali għal qerda ta' ċertu mard,

 miżuri tekniċi u xjentifiċi.



Il-kapitolu 1

Miżuri ta' emergenza

L-Artikolu 3

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ illi tiġri waħda minn dawn il-mardiet li ġejjin fit-territorju ta' Stat Membru:

 pesta ta' l-ifrat rinderpest,

 pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż,

 marda vexxikulari tal-ħnieżer,

  blue tongue,

 il-marda Teschen,

▼M15 —————

▼B

 ġidri fuq nagħġajewġidri fuq mogħża,

 id-deni Rift Valley,

 il-marda lumpy skin,

 mard Afrikan taż-żwiemel,

 stomatite vexxikulari,

  Venezuelan equine viral encephalomyelitis,

▼M6

 il-marda ta' l-emorraġija taċ-ċriev,

▼M7

 id-Deni klassiku tal-ħnieżer,

▼M9

 id-deni Afrikan tal-ħnieżer,

 il-plewropnewmonja li tittieħef tal-bhejjem tal-fart,

▼M16

 in-nekrosi ematopojetika epiżotika fil-ħut (EHN),

 is-sindrome ulċerativa epiżotika fil-ħut (EUS),

 l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa,

 l-infezzjoni bil-Perkinsus marinus,

 l-infezzjoni bil-Microcytos mackini,

 is-sindrome Taura fil-krustaċji,

 il-marda Yellowhead fil-krustaċji.

▼B

2.  L-Istati Membri konċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-marda, bil-kondizzjoni illi l-miżuri li japplikaw immedjatament jinkludu għall-anqas l-iżolament tar-razzett miż-żmien tas-suspett u, wara konferma uffiċjali tal-marda:

▼M15

 il-qatla ta’ l-annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew li hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, u l-qerda tagħhom,

▼B

 il-qerda ta' għalf kontaminat u tagħmir kontaminat, fejn dan ta' l-aħħar ma jistax ikun diżinfettat skond it-tielet daħla,

 it-tindif, diżinsettizzazzjon u diżinfettazzjoni tar-razzett u t-tagħmir f'dawn l-irzietet,

 it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni,

 l-impożizzjoni ta' miżuri approprjati sabiex jipprevienu r-riskju tat-tixrid ta' infezzjoni,

 it -twaqqif ta' perjodu ta' stennija li għandu jiġi osservat wara l-qatla qabel ma jerġa’ jintrama r-razzett,

 kumpens mgħaġġel u adegwat għall-bdiewa li jrabbu l-annimali.

▼M6

2a.  L-Istati Membri interessati għandhom ukoll jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fejn, malli tfaqqa' waħda mill-mardiet elenkati fil-paragrafu 1, żewġ Stati jew aktar jikkollaboraw mill-qrib għalbiex jikkontrollaw l-epidemija, b'mod partikolari fit-twettiq ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u miżuri tas-sorveljanza għall-marda. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri pprovduti skond l-organizzazzjoni komuni tas-swieq interessati, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika Komunitarja għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

▼B

3.  L-Istati Membri konċernati għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri applikati skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata kemm jista’ jkun f'malajr fi ħdan il-KumitatVeterninarju Permanenti li minn issa l quddiem imsemmi bħala “l-Kumitat”, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 16 ) Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, mingħajr preġudizzju għall- miżuri li hemm fil-kuntest ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

▼M15

4.  Jekk, fid-dawl ta’ l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fil-Komunità, jidher meħtieġ illi jitkomplew il-miżuri previsti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 3a, deċiżjoni ġdida dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, li għandu mnejn jaqbeż iċ-ċifra ta’ 50 % stipulata fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 5, tista’ tiġi adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41. Meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jieħu sabiex jiżgura s-suċċess ta’ l-azzjoni tista’ tiġi stipulata, u partikolarment miżuri għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2.

▼B

5.  Mingħajr preġudizzju għal miżuri li jappoġġaw is-suq li għandhom jittieħdu bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, maqsuma jekk hemm bżonn f'diversi fergħat, għandhom ikunu:

 50 % ta' l-ispiża li tintefaq mill-Istati Membri sabiex jikkompensaw is-sidien għall-qatla, il-qerda ta' l-annimali u, fejn xieraq, il-prodotti tagħhom, għat-tindif, diżinsettazzjoni u diżinfettazzjoni ta' l-irziezet u t-tagħmir u għall-qerda ta' għalf kontaminat u tagħmir kontaminat li hemm referenza għalih fit-tieni daħla tal-paragrafu 2,

 fejn it-tilqim ġie deċiż skond il-paragrafu 4, 100 % ta' l-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % ta' l-ispiza li tintefaq biex isir it-tilqim.

▼M15

Artikolu 3a

1.  Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw fil-każ ta’ okkorrenza ta’ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru.

2.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2006/94/KE ( 17 ) dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influenza tat-tjur ikunu ġew implimentati b'mod sħiħ u effiċjenti f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien ta' l-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq.

3.  Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, maqsum jekk meħtieġ f’diversi tranches, għandu jkun:

▼M18

 50 % ta' l-ispejjeż li jkunu saru mill-Istati Membri għall-kumpens tas-sidien tal-bhejjem għall-qtil ta' tjur u ta' għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq u l-valur tal-bajd li jkun inqered;

▼M15

 50 % ta' l-ispejjeż li jkun intnefqu mill-Istat Membru għall-qerda ta' annimali, il-qerda ta' prodotti ta' l-annimali, it-tindif u d-diżinfettazzjoni ta’ l-azjendi u t-tagħmir, il-qerda ta’ l-għalf ikkontaminat u l-qerda ta’ tagħmir ikkontaminat, f'każi fejn dan it-tagħmir ma jkunx jista’ jiġi diżinfettat;

 fejn ikun hemm deċiżjoni dwar tilqim ta’ emerġenza skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2006/94/KE, 100 % tan-nefqa għall-provvista tal-vaċċin u 50 % għall-ispejjeż li jkunu ntnefqu sabiex tingħata t-tilqima

▼M16

Artikolu 3b

L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd ( 18 ) għall-qerda ta' mard eżotiku f'annimali ta' l-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(3), (4) u (5) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta' kontroll u ta' qerda tal-mard stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għal annimali ta' l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi ( 19 ).

▼B

L-Artikolu 4

▼M9

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 għandhom japplikaw fejn hu involut il-kontroll tar-riskji gravi għas-saħħa għall-Unjoni, li jkunu kkawżati mill-mard riferit fl-Artikolu 3(1), saħansitra jekk it-territorju fejn tiġri l-marda jkun bla ħsara għall-programm ta' l-eradikazzjoni skond l-Artikolu 24.

▼B

2.  Fil-każ tal-marda ta' Newcastle fit-territorju ta' Stat Membru, l-Artikolu 3 għandu japplika.

Iżda, ħlief fejn il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, li tawtorizza, fuq ċerti kondizzjonijiet jew għal perjodu limitat jew arja limitata, r-rikors għat-tilqim, l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma tingħata għal forniment tat-tilqim jew sabiex isir it-tilqim.

▼M5

3.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, minbarra r-raba' indent tal-paragrafu 2 u t-tieni indent tal-paragrafu 5, għandhom japplikaw meta jinstab żonosi mniżżel fil-lista fid-Direttiva 92/117/KEE, basta iżda illi din is-sejba tkun ta' riskju immedjat għall-ħajja tal-bniedem. Din il-kondizzjoni trid tiġi mwettqa meta tittieħed id-deċiżjoni provduta bl-Artikolu 3 (3).

▼B

L-Artikolu 5

1.  Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, għandha żżid mal-lista fl-Artikolu 3(1) marda eżotika li għaliha dikjarazzjoni hi mandatorja u li x'aktarx tikkostitwixxi perikolu għall-Komunità.

▼M16

2.  Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, il-lista fl-Artikolu 3 (1) tista' tiġi supplimentata skond żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta' mard ta' l-annimali fil-Komunità ( 20 ) u mard li jista' jiġi trasmess lil annimali ta' l-akkwakultura. Il-lista tista' wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta' ċertu mard.

▼B

3.  L-Artikolu 3(2) jista’ jkun supplementat jew emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, b'mod partikolari biex tittieħed kondizzjoni ta' l-inklużjoni ta' mard ġdid fil-lista fl-Artikolu 3(1), ta' l-esperjenza akkwistata jew ta' l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw kontroll tal-mard.

L-Artikolu 6

▼M18

1.  Fejn Stat Membru ikun suġġett għal theddida diretta li sseħħ jew tiżviluppa, fit-territorju ta' pajjiż terz jew ta' Stat Membru, waħda mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), 3a(1), 4(1) u (2), 11(1) jew fl-Anness, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li huwa jkollu l-ħsieb li jadotta għall-protezzjoni tiegħu.

▼B

2.  Malli jkun possibbli, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata fi ħdan il-Kumitat li jagħmel riferenza għalih l-Artikolu 41. Skond il-proċedura stabbilita f'dak l-Artikolu, jista’ jiġi deċiz illi jiġu adotati miżuri approprjati għas-sitwazzjoni inklużi, b'mod partikolari, it-twaqqif ta' żona li għandha sservi ta' kuxxinett ta' tilqim, u sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri li huma meqjusa partikolarment bżonjużi għas-suċċess ta' l-azzjoni meħuda.

3.  Id-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha turi l-ispejjeż eligibbli u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

L-Artikolu 7

1.  Il-Komunità tista’ tiddeċiedi, fuq talba ta' Stat Membru, illi l-Istati Membri għandhom iwaqqfu ħażniet ta' prodotti bioloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1), ►M15   fl-Artikolu 3a(1), ◄ l-Artikolu 4(1) (tilqim, serotypes ta' vajrus standarizzat, sera djanjostiċi) u, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni prevista fl-Artiklu 14(2) tad-Direttiva 85/511/KEE, fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Deċiżjoni.

2.  L-azzjoni li jagħmel riferenza għaliha fl-paragrafu 1, u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma’ l-għażla, il-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-użu ta' dawn il-ħażniet, u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għandha tkun deċiża skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 8

1.  Jekk ikun hemm jew tiżviluppa waħda mill-mard imsemmija fl-Artikoli 3(1), ►M15   3a(1), ◄ 4(1), 5(1) jew 11(1) jista’ jkun ta' perikolu għall-Komunità, il-Komunità tista tagħti l-appoġġ sabiex ikun hemm miżuri ta' kontroll kontra dik il-marda billi tipprovdi t-tilqim jew billi tiffinanzja x-xiri tat-tilqim.

2.  L-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun suġġetta u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 9

1.  Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi, bil-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, verifiki fuq il-post, mill-lat veterinarju, illi l-miżuri adottati kienu applikati.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw dawn il-verifiki, u għandhom, b'mod partikolari, jassiguraw illi l-esperti jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji sabiex jistimaw jekk il-miżuri ġewx implimentati.

3.  Ir-Regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-frekwenza u l-metodu ta' kif isiru l-verifiki li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 1, il-ħatra ta' esperti veterinarji u l-proċedura li għandhom isegwu fil-kumpilazzjoni tar-rapport tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 10

Il-voti mitluba għall-miżuri li jagħmel referenza għalihom dan il-kapitolu għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.

▼M9

L-Artikolu 10a

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandhiex tiġi konċessa fejn l-ammont totali tal-miżura jkun inqas minn 10 000 ECU.

▼B



Il-kapitolu 2

Il-kampanja kontra il-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer

L-Artikolu 11

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ illi tfaqqa’ il-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer fit-territorju ta' Stat Membru.

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità għall-qerda tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer, bil-kondizzjoni illi l-miżuri provduti fl-Artikolu 3(2) u d-dispożizzjonijiet approprjati tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta' Novembru 1985 li introduċew miżuri għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer ( 21 ), kif emendata bid-Direttiva 90/423/KEE ( 22 ), għandhom japplikaw immedjatement.

3.  L-Artikolu 3(3) għandu japplika.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu fil-kuntest ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq sabiex jappoġġaw is-suq, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika f'din id-Deċiżjoni għandha tkun ugwali għal 60 % ta' l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex:

(a) jiġu kumpensati il-proprejtarji għal:

(i) qtil u qerda ta' l-annimali,

(ii) il-qerda tal-ħalib,

(iii) it-tindif u d-diżinfezzjoni ta' l-ażjendi,

(iv) il-qerda ta' għalf kontaminat u fejn ma jistgħax ikun diżinfettat, tagħmir kontaminat,

(v) telf inkors mill-bdiewa bħala riżultat tar-restrizzjonijiet imposti fuq in-negozju ta' bhejjem u annimali li ssemnu fil-mergħat bħala riżultat ta' l-introduzzjoni mill-ġdid ta' tilqim ta' emerġenza, skond is-subparagrafu ta' qabel l-aħħar fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 85/511/KEE;

(b) Fejn applikabbli, it-trasport tal-karkassi sa l-impjanti ta' l-ipproċessar;

(ċ) kull miżura oħra li hi neċessarja għall-qerda tat-tixrid tal-marda.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, tiddefinixxi n-natura tal-miżuri l-oħrajn li hemm referenza għalihom f’(ċ) li jistgħu jkunu eleġibli għall-istess kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità u l-każijiet li għalihom il-punt (a)(v) għandu japplika.

5.  Għall-ewwel darba mhux aktar tard minn 45 ġurnata mill-konferma uffiċjali ta' l-ewwel każ tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer, u sussegwentement kif u meta jkun hemm bżonn bl-iżvilupp tal-każijiet, is-sitwazzjoni għandha tkun ri-eżaminata fi ħdan il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 42. Dan l-eżami għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u l-ispiża stimata li diġà ntefqu jew huma kommessi. Wara dan l-eżami, deċiżjoni ġdida li tikkonċerna il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, li tista’ tkun aktar minn 60 % provdut fil-paragrafu 4, tista tkun adottata skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 42. Din id-Deċiżjoni għandha turi l-ispejjeż eliġibli u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. Kif ukoll, meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru konċernat għandu jieħu sabiex jiġi assigurat is-suċċess ta' l-azzjoni tista’ tkun adottata, b'mod partikolari miżuri oħra barra dawk li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 2.

6.  Però, b'deroga għall-paragrafu 4, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità għall-miżuri li jagħmel referenza għalihom dak il-paragrafu għandha tkun 70 % ►M9  l-1 ta' Jannar 1998 ◄ .

L-Artikolu 12

Kull miżura deċiża mill-Komunità sabiex tgħin il-kampanja kontra l-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer ’l barra mill-Komunità, b'mod partikolari miżuri li jittieħdu fi ħdan l-Artikolu 6 u 8, jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

L-Artikolu 13

Il-miżuri u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 12, il-kondizzjonijiet li għalihom jistgħu jkunu soġġetti u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

L-Artikolu 14

Tista’ tingħata għajnuna mill-Komunità sabiex titwaqqaf riserva Komunitarja kontra il-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer kif ipprovdut fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 85/511/KEE.

Il-livell ta' parteċipazzjoni mill-Komunità u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni tista’ tkun soġġetta għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 42.

L-Artikolu 15

L-approprazzjonijiet mitluba għall-miżuri kif speċifikati fl-Artikoli 12, 13 u 14 għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.

Jekk tixrid serju tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer ikun jeħtieġ infiq taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan il-kapitolu li jeċċedi l-voti skond l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tieħu dawk il-miżuri neċessarji li huma fil-poteri eżistenti tagħha u tressaq lill-awtorità ta' l-estimi l-proposti neċessarji sabiex jiġi assigurat illi l-irbit finanzjarju ta' l-Artikolu 11 jiġi esegwit.

▼M10 —————

▼B



Il-kapitolu 3

▼M18

Politika ta' informazzjoni għas-saħħa ta' l-annimali, għat-trattament xieraq ta' l-annimali u għas-sigurtà ta' l-ikel

Artikolu 16

Il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta' politika ta' informazzjoni fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali, tat-trattament xieraq ta' l-annimali u tas-sigurtà ta' l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi:

(a) l-installazzjoni u l-iżvilupp ta' għodod ta' l-informazzjoni, inkluża database xierqa għal:

(i) il-ġbir u l-ħażna ta' kull informazzjoni relatata mal-leġislazzjoni Komunitarja li tikkonċerna s-saħħa ta' l-annimali, it-trattament xieraq ta' l-annimali u s-sigurtà ta' l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(ii) id-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) lill-awtoritajiet kompetenti, lill-produtturi u lill-konsumaturi, b'kont meħud ta' konnessjonijiet ma' databases nazzjonali fejn xieraq;

(b) it-twettiq ta' l-istudji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-qasam tat-trattament xieraq ta' l-annimali.

▼B

L-Artikolu 17

Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 16, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 18

Il-voti li huma mitluba għall-miżuri speċifikati f'dan il-kapitolu għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.



Il-kapitolu 4

Miżuri tekniċi u xjentifiċi

L-Artikolu 19

▼M18

Il-Komunità tista' tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jieħdu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta' edukazzjoni veterinarja jew taħriġ veterinarju.

▼B

L-Artikolu 20

Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 19, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun deċiża skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 21

L-approprazzjonijiet rikjesti għall-miżuri pprovduti f'dan il-kapitolu għandu jkun deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.



IT-TITOLU II

▼M18

Programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi

▼B

L-Artikolu 22

1.  Il-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi taċ-ċanga, tuberkolożi u lewkożi għandha — mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 25(1) — tkun iffissata bid-:

 Direttiva 77/391/KEE,

 Direttiva 82/400/KEE,

 Deċiżjoni 87/58/KEE.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-pleuropneumonia kontaġjuża taċ-ċanga għandha tkun iffisata bid-Deċiżjoni 89/145/KEE.

L-Artikolu 23

1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tad-deni klassiku tal-majjal għandha tkun iffissata bid-Deċiżjoni 80/1096/KEE.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha tkun iffissata bid-:

 Deċiżjoni 86/649/KEE,

 Deċiżjoni 86/650/KEE,

 Deċiżjoni tal-Kunsill 90/217/KEE tal-25 ta'April 1990 fuq l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'Sardenja ( 23 ).

3.  Il kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tal-bruċellożi ovina għandha tkun iffissata b'Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE tal-21 ta' Mejju 1990 li introduċiet miżura finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi fin-nagħaġ u l-mogħoż ( 24 ).

4.  Il kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda ta' hematopoeitic necrosis infettiva għandha tiġi ffissata, qabel il-31 ta' Diċembru 1990, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill li introduċiet miżura finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tas-salmonid hematopoeitic necrosis infettiva mill-Komunità.

▼M18

Artikolu 24

1.  Għandha tiġi introdotta miżura finanzjarja Komunitarja sabiex tiġi rimborżata n-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi elenkati fl-Anness (“programmi”).

Il-lista fl-Anness tista' tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41, b'mod partikolari fir-rigward ta' mard ta' l-annimali li jkun qed jitfaċċa li huwa ta' riskju għas-saħħa ta' l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika, jew fid-dawl ta' evidenza epidemjoloġika jew xjentifika ġdida.

2.  Kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew pluriennali li jibdew fis-sena ta' wara li għalihom huma jixtiequ li jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità.

Il-programmi li jiġu ppreżentati wara t-30 ta' April m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament is-sena ta' wara.

Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandu jkun fihom mill-anqas dan li ġej:

(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm;

(b) deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha ser jiġi applikat il-programm;

(ċ) it-tul ta' żmien probabbli tal-programm, il-miżuri li għandhom jiġu applikati u l-objettiv li għandu jinkiseb sad-data tat-tmiem tal-programm;

(d) analiżi ta' l-ispejjeż stmati u l-benefiċċji antiċipati tal-programm.

Il-kriterji dettaljati, inklużi dawk li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

F'kull programm pluriennali ppreżentat mill-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa skond il-kriterji msemmija f'dan il-paragrafu għandha tkun pprovduta għal kull sena li jdum il-programm.

3.  Il-Kummissjoni tista' tistieden lil Stat Membru sabiex jippreżenta programm pluriennali jew sabiex jestendi kif meħtieġ it-tul ta' żmien ta' programm annwali li jkun ġie ppreżentat fejn il-programmazzjoni pluriennali titqies meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ aktar effiċjenti u effikaċji ta' marda partikolari, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji potenzjali għas-saħħa ta' l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

Il-Kummissjoni tista' tikkoordina l-programmi reġjonali li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati.

4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali relevanti li din ta' l-aħħar tkun teħtieġ għall-valutazzjoni tagħha tal-programm.

Il-perjodu għall-ġbir ta' l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-programmi għandu jintemm fil-15 ta' Settembru ta' kull sena.

5.  Kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru, għandu jiġi approvat dan li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42:

(a) il-programmi, fejn xieraq emendati sabiex jieħdu kont tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4;

(b) il-livell tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

(ċ) il-limitu massimu tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

(d) kwalunkwe kondizzjoni li għaliha jista' jkun suġġett il-kontribut finanzjarju mill-Komunità.

Il-programmi għandhom jiġu approvati għal mhux aktar minn sitt snin.

6.  L-emendi tal-programmi għandhom jiġu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42.

7.  Għal kull programm approvat l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:

(a) rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji;

(b) sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, rapport annwali tekniku dettaljat li jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tan-nefqa li tkun saret għas-sena ta' qabel.

8.  L-applikazzjonijiet għal pagamenti relatati man-nefqa li tkun saret minn Stat Membru fir-rigward ta' programm partikolari għas-sena preċedenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April.

Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal pagamenti li jsiru tard, il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitnaqqas b'25 % fl-1 ta' Ġunju, 50 % fl-1 ta' Awissu, 75 % fl-1 ta' Settembru u 100 % fl-1 ta' Ottubru ta' dik is-sena.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pagament Komunitarju b'kont meħud tar-rapporti tekniċi u finanzjarji ppreżentati mill-Istat Membru skond il-paragrafu 7.

9.  L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f'koperazzjoni ma' l-awtorità kompetenti, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u t-trattament tajjeb ta' l-annimali ( 25 ).

Fit-twettiq ta' tali kontrolli, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti minn grupp ta' esperti stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41.

10.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41.

11.  L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 ( 26 ) għall-qerda tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness.

Il-fondi għandhom jiġu allokati skond il-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:

(a) ir-rata ta' l-għajnuna għandha tkun skond ir-rata stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

(b) il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika.

L-attivitajiet ta' qerda għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi ( 27 ), jew taħt programm ta' qerda mfassal, approvat u mwettaq skond l-Artikolu 44 (2) ta' dik id-Direttiva.

▼M17

13.  Għall-programmi li għandhom jiġu implimentati mill-Bulgarija u r-Rumanija matul l-2007 d-dati ta' l-1 ta' Ġunju msemmija fil-paragrafu 3, il-15 ta' Lulju u l-1 ta' Settembru msemmijin fil-paragrafu 4 u l-15 ta' Ottubru msemmija fil-paragrafu 5, mhumiex applikabbli.

▼M16

13.  L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fil-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness.

Il-fondi għandhom jiġu allokati f'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:

a) ir-rata ta' l-għajnuna għandha tkun skond ir-rati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

b) il-paragrafi 8 u 9 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw.

L-attivitajiet ta' qerda għandhom jittwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew fil-qafas ta' programm ta' qerda stabbilit, approvat u implimentat skond l-Artikolu 44(2) ta' dik id-Direttiva.

▼B

L-Artikolu 25

1.  Minkejja l-Artikoli 22, 23, u 24, il-livell ta' parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi li għandhom x'jaqsmu mal-mard li jagħmel riferenza għalihom fl-Artikoli msemmija għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 41, għal 50 % ta' l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri bħala kumpens lis-sidien għall-qatla ta' l-ifrat minħabba il-marda konċernata.

2.  Fuq talba ta' Stat Memrbu, il-Kummissjoni għandha, fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-mard kopert bl-Artikoli 22, 23 u 24. Dan ir-rieżami għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u l-estimi tan-nefqa li tkun diġà ġiet kommessa jew li ħa tkun kommessa. Wara dan ir-ri-eżami kull Deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, li tista teċċedi il-50 % mill-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex ikunu kompensati s-sidien għall-annimali maqtula bil-marda konċernata, għandha tkun adottata skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 42.

Meta din id-deċiżjoni tkun adottata, tista’ tittieħed kull miżura li l-Istati Membri konċernati jkollhom jieħdu sabiex jassiguraw is-suċċess ta' l-azzjoni.

▼M9

3.  Madankollu, għall-programmi li jridu jiġu ffinanzjati li jkunu sejrin jiġu approvati fl-1994, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja tista' tkun anqas minn 50 %.

4.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirrevedi dan l-Artikolu mill-inqas qabel il-31 ta' Diċembru 1995, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u sabiex jintlaħaq il-għan li jitlesta s-suq intern.

▼M18

Artikolu 26

L-impenji baġitarji Komunitarji għall-kofinanzjament tal-programmi għandhom jitwettqu kull sena. L-impenji tan-nefqa għall-programmi pluriennali għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 28 ). Għall-programmi pluriennali, l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5).

▼B



IT-TITOLU III

SPEZZJONI VETERINARJA

L-Artikolu 27

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb l-effiċjenza ta' l-ispezzjoni veterinarja billi:

 tingħata għajnuna finanzjarja sabiex ikun hemm laboratorji li jaħdmu flimkien u ta' riferenza,

 tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sabiex isiru spezzjonijiet li għandhom l-għan illi jipprevienu ż-żonosijiet,

 tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ġdida ta' spezzjoni wara t-tkomplija tas-suq intern.



Il-kapitolu 1

Laboratorji ta' kollegament u ta' riferenza

L-Artikolu 28

1.  Kull laboratorju li jaħdem flimkien jew ta' referenza li jkun nominat bħala tali skond il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u li jaqdi d-dmirijiet u r-rikjesti li hemm imniżżla fihom, jista’ jirċevi għajnuna mill-Komunità.

2.  Arranġamenti sabiex tingħata l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta u l-ammont, għandu jkun stabbilit skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 41.

3.  Il-voti meħtieġa għall-miżuri pprovduti f'dan il-kapitolu għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.



Il-kapitolu 2

Verifiki mmirati sabiex jipprevienu ż-żonosijiet

▼M18 —————

▼M9 —————

▼M18 —————

▼B



Il-kapitolu 3

Strateġija ġdida ta' kontroll

L-Artikolu 34

1.  Kull Stat Membru għandu jipprepara programm għall-iskambju ta' uffiċjali li qegħdin jaħdmu fis-settur veterinarju.

2.  Fil-Kumitat, il-Kummissjoni Veterinarja Permanenti għandha, flimkien ma’ l-Istati Membri, tikkoordina il-programmi ta' skambju.

3.  L-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programmi koordinati ta' skambju.

4.  Kull sena, fuq il-bażi tar-rapporti ta' l-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju għandhom ikunu eżaminati fi ħdan il-Kumitat.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' l-esperjenza miksuba sabiex itejbu u jestendu l-programmi ta' skambju.

6.  Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja mill-Komunità bil-viżjoni li jiġi promoss it-tħaddim bla problemi ta' programmi ta' skambju speċjalment billi jsiru l-korsijiet ta' aktar taħriġ li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 36(1). Il-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista tkun soġġetta, għandha tkun stabbilita skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 41.

7.  Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 20 u 21 għandhom japplikaw.

L-Artikolu 35

L-Artikolu 34(6) u (7) għandhom japplikaw fir-rigward ta' programmi li għandhom jitwaqqfu skond id-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 fuq il-verifiki veterinarji applikabbli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità sabiex jissokta is-suq intern ( 29 ), sabiex ikunu organizzati l-ispezzjonijiet veterinarji fil-fruntieri esterni fuq prodotti introdotti fil-Komunità minn terzi pajjiżi.

L-Artikolu 36

1.  Il-Kummissjoni tista’, jew direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, torganizza korsijiet ta' tiġdid jew laqgħat għall-persunal fl-Istati Membri, b'mod partikolari, persunalresponsabbli għall-verifiki li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 35.

▼M9

Dawn il-korsijiet jew laqgħat ta' aġġornament jistgħu, skond id-disponibbiltà, jkunu miftuħa, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti u wara li l-Kummissjoni tkun qablet, għall-persuni minn pajjiżi mhux membri li jkunu għamlu ftehim ta' kooperazzjoni ma' l-Unjoni fil-qasam ta' l-ispezzjonijiet veterinarji u għax-xjenzati veterinarji ggradwati sabiex jestendu t-taħriġ fil-qasam tar-regoli Komunitarji.

▼B

2.  Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 41.

L-Artikolu 37

1.  L-introduzzjoni ta' sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skond il-leġislazzjoni li tikkonċerna verifiki veterinarji fil-kummerċ ta' annimali ħajjin fi ħdan il-Komunità, sabiex jissokta is-suq intern, tista’ tirċevi assistenza finanzjarja mill-Komunità.

2.  Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżura pprovduta fil-paragrafu 1 u l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat.

▼M4

L-Artikolu 37a

▼M18

1.  Jista' jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma':

(a) kummerċ intra-Komunitarju, u importazzjonijiet, ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali

(b)  hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma' databases nazzjonali, fejn xieraq.

▼M4

2.  L-arranġamenti organizzattivi għall-finanzjament skond il-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

▼B

L-Artikolu 38

1.  Fil-każ illi Stat Membru jesperjenza, mil-lat strutturali jew geografiku, problemi ta' persunal jew infrastrutturali sabiex jimplimenta l-istrateġija ta' kontroll ġdid li ġġib magħha it-tlestija tas-suq intern għal annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali, hu jista’, għal perjodu ta' transizzjoni, jikseb assistenza finanzjarja mill-Komunità li tkun imnaqqsa progressivament.

2.  L-Istat Membru konċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni programm nazzjonali flimkien ma’ l-informazzjoni finanzjarja kollha approprjati, bl-iskop li jtejjeb is-sistema ta' kontroll tiegħu.

▼M9

3.  Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24(3) sa (11).

▼B

L-Artikolu 39

Il-voti meħtieġa għall-miżuri pprovduti f'dan il-kapitolu għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura ta' l-estimi.



IT-TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M10 —————

▼M11

L-Artikolu 40a

Infiq soġġett għal provvediment ta’ flus skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta’ Diċembru 1977 ( 30 ).

▼M13

L-Artikolu 41

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolui 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 31 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 32 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

L-Artikolu 42

1.  Il-Kumitat għandu jkun assistit mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.

▼B

L-Artikolu 43

1.  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/97/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-finanzjament mill-Komunità fuq ċerti miżuri ta' emergenza fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali ( 33 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar b'effett mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 41, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti tal-kumpens il-miżuri ghat-tilqim kontra il-marda taż-żwiemel Afrikana mill-1 ta' Settembru 1989.

2.  Iżda, id-Deċiżjonijiet adottati taħt id-Deċiżjoni 77/97/KEE għandhom jibqgħu fis-seħħ.

▼M18

Artikolu 43a

Kull erba' snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u dwar l-effikaċja, fid-dawl ta' l-ispejjeż magħmula, ta' l-implimentazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, inklużi dettalji dwar il-kriterji adottati.

▼B

L-Artikolu 44

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M19




ANNESS

Mard tal-annimali u żoonosi

 Tuberkulosi bovina

 Bruċellosi bovina

 Bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż (B. melitensis)

 Bluetongue f'żoni endemiċi jew b'riskju għoli

 Id-Deni Afrikan tal-ħnieżer

 Mard vesikulari tal-ħnieżer

 Deni klassiku tal-ħnieżer

 Antrax

 Plewronewmonja tal-bovini li tittieħed

 Influwenza tat-tjur

 Ir-Rabja

 Ekinokokkosi

 Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

 Kampilobatterjosi

 Listerjosi

 Salmonellosi (salmonella żoonotika)

 Trikinellosi

 Coli verotossiġenika

 Settiċemija emorraġika virali (VHS)

 In-nekrosi ematopojetika infettiva (IHN)

 Marda bil-virus erpete tal-Koi (KHV)

 L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

 Infezzjoni bil-Marteilia refringens

 Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

 Marda tal-white spot fil-krustaċji.



( 1 ) ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 1.

( 2 ) ĠU C 149, tat-18.6.1990.

( 3 ) ĠU C 168, ta’ l-10.7.1990, p. 5.

( 4 ) ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 14.

( 5 ) ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 9.

( 6 ) ĠU L 173, tad-19.6.1982, p. 18.

( 7 ) ĠU L 53, tal-25.2.1989, p. 55.

( 8 ) ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 5.

( 9 ) ĠU L 280, tat-3.10.1987, p. 26.

( 10 ) ĠU L 382, tal-31.12.1986, p. 5.

( 11 ) ĠU L 322, tas-7.11.1989, p. 21.

( 12 ) ĠU L 382, tal-31.12.1986, p. 9.

( 13 ) ĠU L 223, tat-2.8.1989, p. 19.

( 14 ) ĠU L 24, tas-27.1.1987, p. 51.

( 15 ) ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9.

( 16 ) ĠU L 255, tat-18.10.1968. p. 23.

( 17 ) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

( 18 ) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

( 19 ) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

( 20 ) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).

( 21 ) ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

( 22 ) ĠU L 224, tal-18.8.1990, p. 13.

( 23 ) ĠU L 116, tat-8.5.1990, p. 24.

( 24 ) ĠU L 140, ta’ l-1.6.1990, p. 123.

( 25 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

( 26 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

( 27 ) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

( 28 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1

( 29 ) ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

( 30 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1).

( 31 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 32 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

( 33 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 78.

Top