Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989R0989-20100413

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 989/89 tas- 17 ta' April 1989 li jikkonċerna l-kriterji ta' klassifika applikabbli għal anoraks (li jinkludu ġkieget għall-iskijar), ġkieket għar-riħ u oġġetti simili fil-kodiċi NM 6101 , 6102 , 6201 u 6202

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/989/2010-04-13

1989R0989 — MT — 13.04.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 989/89

tas-17 ta' April 1989

li jikkonċerna l-kriterji ta' klassifika applikabbli għal anoraks (li jinkludu ġkieget għall-iskijar), ġkieket għar-riħ u oġġetti simili fil-kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202

(ĠU L 106, 18.4.1989, p.25)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2010 tat-23 ta’ Marzu 2010

  L 77

51

24.3.2010




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 989/89

tas-17 ta' April 1989

li jikkonċerna l-kriterji ta' klassifika applikabbli għal anoraks (li jinkludu ġkieget għall-iskijar), ġkieket għar-riħ u oġġetti simili fil-kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 20/89 ( 2 ), u, partikolarment, l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li għandu x'jaqsam ma' klassifika ta' tariffi ta' anoraks (li jinkludu ġgieget għall- iskijar), ġgieget għar-riħ u oġġetti simili li jaqgħu fost oħrajn, taħt kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti karatteristiċi ta' dawn il-ħwejjeġ;

Billi dawn l-oġġetti jaqgħu f'kategorija ta' ħwejjeġ li ġeneralment jintlibsu fuq ilbies ieħor u jassiguraw protezzjoni kontra t-temp;

Billi din il-protezzjoni ma tistax tiġi assigurata minn ħwejjeg bla kmiem jew bi kmiem qosra; għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jiġi speċifikat illi l-anoraks, ġgieget għar-riħ u oġġetti simili imsemmija hawn fuq għandhom ikollhom kmiem twal;

Billi l-Kumitat ta' Nomenklatura ma tax opinjoni fiz-żmien mogħti mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Dawk il-ħwejjeg biss li għandħom kmiem twal huma klassifikati bħala anoraks (li jinkludu ġgieget għall-iskijar), ġgieget għar-riħ u oġġetti simili li jaqgħu taħt kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202.

▼M1

B'deroga mill-ewwel paragrafu dawk l-intestaturi għandhom jinkludu s-sdieri kkuttunati minkejja l-fatt li ma għandhomx kmiem.

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

( 2 ) ĠU L 4, tas-6.1.1989, p. 19.

Top