Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01988L0378-20101201

Consolidated text: Id-Direttiva Tal-Kunsill tat- 3 ta’ Mejju, 1988 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (88/378/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/378/2010-12-01

1988L0378 — MT — 01.12.2010 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-3 ta’ Mejju, 1988

dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli

(88/378/KEE)

(ĠU L 187, 16.7.1988, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/68/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993

  L 220

1

30.8.1993

►M2

DIRETTIVA 2008/112/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 345

68

23.12.2008




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-3 ta’ Mejju, 1988

dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli

(88/378/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100A ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 );

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 );

Billi l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li hemm fis-seħħ fid-diversi Stati Membri marbuta mal-karatteristiċi tas-sigurtà tal-ġugarelli huma differenti fil-qasam ta’ applikazzjoni u l-kontenut tagħhom; billi dawn id-differenzi għandhom ċans joħolqu xkiel għall-kummerċ u kondizzjonijiet mhux ugwali ta’ kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern mingħajr ma neċessarjament joffru lill-konsumaturi fis-suq komuni, speċjalment lit-tfal, ħarsien effettiv kontra l-perikli li jġibu magħhom il-prodotti msemmija;

Billi għandhom jitneħħew dawn ix-xkiel biex jintlaħaq is-suq intern li fih il-prodotti li huma siguri biżżejjed ikunu jistgħu jinbiegħu; billi, għal dan il-għan, il-bejgħ u l-moviment liberu ta’ ġugarelli għandu jkun soġġett għal regoli uniformi bbażati fuq il-miri tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur kif stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju, 1986 rigward il-bixra tal-ġejjieni tal-politika tal-Komunità Ekonomika Ewropea dwar il-ħarsien u t-tixrid ta’ l-interessi tal-konsumatur ( 4 );

Billi, biex ikun iffaċilitat l-għoti ta’ prova ta’ qbil mal-ħtiġijiet essenzjali, jeħtieġ li jkun hemm standards armonizzati f’livell Ewropew li jolqtu, b’mod partikulari, id-disinn u t-tiswir ta’ ġugarelli biex il-prodotti li jaqblu magħhom jitqiesu li qegħdin jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali; billi dawn l-istandards armonizzati f’livell Ewropew jissawru minn entitajiet privati u jibqgħu testi mhux obbligatorji; billi għal dik il-fini l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) huma meqjusa bħala l-korpi kompetenti biex għall-adozzjoni ta’ standards armonizzati bi qbil mal-linji ġenerali ta’ gwida għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi ffirmati fit-13 ta’ Novembru, 1984; billi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottat minn wieħed jew aktar minn dawk il-korpi wara li jkun irtirat mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu, 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ regolamenti u standards tekniċi ( 5 ), kif emendat l-aħħar mill-Att dwar l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u skond il-linji ġenerali ta’ gwida;

Billi, bi qbil mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju, 1985 dwar metodu ġdid għal armonizzazzjoni teknika u standards ( 6 ), l-armonizzazzjoni li għandha tintlaħaq għandha tinkorpora l-istabbiliment tal-ħtiġijiet tas-sigurtà essenzjali li għandu ikollhom il-ġugarelli kollha jekk għandhom jitqiegħdu fis-suq;

Billi, minħabba d-daqs u ċ-ċaqliq tas-suq tal-ġugarelli u d-diversità tal-prodotti milquta, l-iskop ta’ din id-Direttiva għandu ikun stabbilit skond tifsira wiesgħa biżżejjed ta’ ‘ġugarelli’; billi, minkejja kollox, ta’ min iqis li xi prodotti m’għandhomx jitqiesu bħala ġugarelli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jekk għax fil-fatt mhumiex għat-tfal jew inkella għax jinħtieġu li jkollhom sorveljanza jew jirrikjedu xi kondizzjonijiet speċjali biex jintużaw;

Billi ġugarelli li jitqiegħdu fis-suq m’għandhomx jipperikolaw is-sigurtà u/jew is-saħħa kemm ta’ min jużahom kif ukoll ta’ ħaddieħor; billi l-istandard ta’ sigurtà tal-ġugarelli għandu ikun deċiż b’rabta mal-kriterju ta’ l-użu tal-prodott kif maħsub, iżda għandu ikun hemm il-ħsieb ukoll għal xi użu ieħor prevedibbli li jista’ jkun hemm, billi wieħed iżomm f’moħħu l-imġiba normali tat-tfal li ġeneralment ma jieħdux ħsieb l-oġġetti bħala xi adult li jużahom;

Billi l-istandard ta’ sigurtà tal-ġugarell għandu jitqies meta jinbiegħ, billi wieħed jiftakar il-bżonn li jiżgura li dan l-istandard jintlaħaq matul il-perjodu prevedibbli u normali ta’ l-użu tal-ġugarell;

Billi qbil mal-ħtiġijiet essenzjali jwassal għal garanzija fis-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur; billi l-ġugarelli kollha li jitqiegħdu fis-suq għandhom jaqblu ma’ dawn il-ħtiġijiet u, jekk jaqblu, m’għandu jkun hemm l-ebda xkiel fil-moviment liberu tagħhom;

Billi ġugarelli jistgħu jitqiesu li jaqblu ma’ dawn il-ħtiġijiet essenzjali meta jaqblu ma’ l-istandards armonizzati, li n-numri ta’ riferenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

Billi ġugarelli li jaqblu ma’ mudell approvat minn korp approvat jistgħu jitqiesu wkoll li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali; billi dak il-qbil għandu ikun ċertifikat bit-twaħħil ta’ marka Ewropea;

Billi proċeduri ta’ ċertifikazzjoni għandu jkunu stabbiliti biex ifissru l-mod li bih il-korpi nazzjonali approvati għandu japprovaw mudelli ta’ ġugarelli li mhumiex konformi ma’ l-istandards u joħorġu ċertifikati tat-tip ta’ eżami għalihom u għal ġugarelli bi qbil ma’ l-istandards, liema mudell tagħhom jingħata lilhom għal approvazzjoni;

Billi għandha tingħata informazzjoni biżżejjed lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-korpi kollha approvati fl-istadji differenti tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u ta’ spezzjoni;

Billi Stati Membri għandu jinnominaw korpi, imsemmija ‘korpi approvati’, għall-finijiet li titħaddan is-sistema introdotta għal ġugarelli; billi għandha tingħata informazzjoni adegwata dwar dawn il-korpi u għandu kollha jaqblu mal-kriterji minimi għall-approvazzjoni tagħhom;

Billi jistgħu jinqalgħu każi fejn ġugarell ma jissodisfax il-ħtiġijiet essenzjali tas-sigurtà; billi, f’dawk il-każi, l-Istat Membru li jaċċerta dan il-fatt għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira l-prodotti mis-suq jew ma jħallihomx jitqiegħdu fis-suq; billi għandha tingħata raġuni għal din id-deċiżjoni u, fejn ir-raġuni hija difett fl-istandards armonizzati, dawn, jew parti minnhom, għandhom jitneħħew mil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni;

Billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istandards armonizzati Ewropej fl-oqsma kollha koperti bil-ħtiġijiet essenzjali elenkati f’Anness II jissawru fi żmien biex Stati Membri jkunu jistgħu jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sa l-1 ta’ Lulju, 1989; billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva għandu għalhekk jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 1990;

Billi għandha issir dispożizzjoni biex tittieħed azzjoni xierqa kontra minn iwaħħal ħażin tikketta ta’ konformità;

Billi spezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ġugarelli li hemm diġà fis-suq għandu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri;

Billi, għal xi kategoriji ta’ ġugarelli li huma tassew perikolużi jew maħsuba għal tfal żgħar ħafna, għandu jingħataw ukoll twissijiet jew dettalji tal-prekawzjonijiet li għandu jittieħdu;

Billi l-Kummissjoni għandha tirċievi informazzjoni regolari dwar l-attivitajiet magħmula skond din id-Direttiva mill-korpi approvati;

Billi dawk li għalihom hi tkun kull deċiżjoni skond din id-Direttiva għandu jkunu jafu r-raġuni għal dik id-deċiżjoni u r-rimedji li jista’ jkollhom;

Billi tqieset l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku li Jagħti Parir dwar l-evalwazzjoni tat-tossiċità u l-ekotossiċità tat-taħlitiet kimiċi fil-każ tal-limiti tas-saħħa dwar il-biodisponibbiltà tat-taħlitiet metalliċi f’ġugarelli għat-tfal,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tgħodd għal ġugarelli. “Ġugarell” ifisser kull prodott jew materjal iddisinjat jew maħsub biċ-ċar biex jintuża waqt il-logħob minn tfal ta’ inqas minn 14-il sena.

2.  Il-prodotti elenkati f’Anness I ma jitqisux bħala ġugarelli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.  Ġugarelli jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss dejjem jekk ma jipperikolawx is-sigurtà u/jew is-saħħa ta’ min jużahom jew ta’ terzi persuni meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, billi titqies dejjem l-imġiba normali tat-tfal.

2.  Fil-kondizzjoni li bih jitqiegħed fis-suq, u jkun meqjus il-perjodu ta’ l-użu prevedibbli u ta’ l-użu normali, ġugarell għandu jilħaq il-kondizzjonijiet tas-saħħa u sigurtà stabbiliti f’din id-Direttiva.

3.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-espressjoni “mqiegħed fis-suq” tkopri kemm il-bejgħ kif ukoll it-tqassim b’xejn.

Artikolu 3

Stati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li ġugarelli ma jitqeigħdux fis-suq jekk ma jilħqux il-ħtiġijiet tas-sigurtà essenzjali stabbiliti f’Anness II.

Artikolu 4

Stati Membri ma jwaqqfux milli jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ġugarelli li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jassumu li l-ġugarelli għandhom l-immarkar CE jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, li tinkludi l-proċeduri ta’ stima ta’ konformità li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 8, 9 u 10.

Il-konformità ta’ ġugarelli ma’ l-istandards nazzjonali jittrasponu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġiet essenzjali tas-sigurtà li saret referenza għalihom fl-Artikolu 3. L-Istati Membri għandhom jippublikaw in-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards nazzjonali.

▼B

2.  Stati Membri jqisu li ġugarelli li għalihom il-manifattur ma użax l-istandards li għalihom jirreferi l-paragrafu 1, jew applikaw parti minnhom biss, jekk li għalihom ma jeżistu ebda standards, jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3 fejn, wara li jirċievu ċertifikat tat-tip ta’ eżami tal-KEE, il-qbil tagħhom mal-mudell approvat ikun ġie ċċertifikat bit-twaħħil ►M1  ta’ l-immarkar CE ◄ .

▼M1

3.  

(a) Fejn il-ġugarelli huma soġġetti għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li l-ġugarelli in kwistjoni huma preżunti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

(b) Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawk id-Direttivi tippermetti lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dawn il-ġugarelli jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tagħhom.

▼B

Artikolu 6

1.  F’każ li Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li l-istandards armonizzati li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru għandu jirreferi l-każ lill-Kumitat Permanenti stabbilit skond id-Direttiva 83/189/KEE, minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “l-kumitat”, u tagħti r-raġunijiet tagħha. Il-kumitat jagħti opinjoni bħala każ urġenti.

Wara li tirċievi l-fehma tal-kumitat, il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri dwar jekk l-istandards konċernati jew parti minnhom għandhomx ikunu rtirati jew le mill-pubblikazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 5(1).

2.  Il-Kummissjoni tgħarraf lill-korp konċernat Ewropew dwar l-istandardizzazzjoni u, jekk jeħtieġ, toħroġ taqsira ġdida ta’ l-istandardizzazzjoni.

Artikolu 7

1.  F’każ li Stat Membru jaċċerta li ġugarelli li jkollhom ►M1  l-immarkar CE ◄ li huma wżati kif suppost jew bi qbil ma’ Artikolu 2 ikollhom it-tendenza li jipperikolaw is-sigurtà u/jew is-saħħa tal-konsumaturi u/jew ta’ terzi persuni, hu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira l-prodotti mis-suq, jew biex ma jħallihomx jew jirristrinġihom milli jitqiegħdu fis-suq. L-Istat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih b’din il-miżura u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u jgħid b’mod partikulari jekk in-nuqqas ta’ qbil kienx ġej minn:

(a) nuqqas biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3, jekk il-ġugarell ma jilħaqx l-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1);

(b) użu ħażin ta’ l-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1);

(ċ) difetti fl-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1);

2.  Il-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. Fejn, wara konsultazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tara li xi miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 hija ġustifikata, hija mall-ewwel tgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħa l-azzjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Fejn id-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun ikkaġunata minn difetti fl-istandards, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, tressaq il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri jkun beħsiebu jżommhom u għandu jibda l-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 6.

3.  Fejn il-ġugarell li ma jaqbilx mal-ħtiġijiet ikollu ►M1  l-immarkar CE ◄ , l-Istat Membru kompetenti jieħu miżuri xierqa u jgħarraf lill-Kummissjoni, li tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 8

1.  

(a) Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, ġugarelli manifatturati bi qbil ma’ l-istandards armonizzati li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) għandu ikollhom imwaħħal magħhom ►M1  l-immarkar CE ◄ li permezz tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat stabbilit fil-Komunità jikkonferma li l-ġugarelli jaqblu ma’ dawk l-istandards;

(b) Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat stabbilit fil-Komunità jżommu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għal spezzjoni:

 deskrizzjoni tal-mezzi (bħall-użu ta’ rapport ta’ test jew file tekniku) li bihom il-manifattur jiżgura qbil tal-produzzjoni ma’ l-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) u, kif jixraq: ċertifikat tat-tip KE maħruġ minn korp approvat; kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun ta lill-korp approvat; deskrizzjoni tal-mezzi li biha l-manifattur jiżgura qbil mal-mudell approvat,

 l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u ħażna,

 informazzjoni dettaljata dwar id-disinn u l-manifattura.

Fejn la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, l-obbligu ta’ hawn fuq li jinżamm rapport disponibbli jaqa’ f’idejn dak li jqiegħed il-ġugarell fis-suq tal-Komunità.

2.  

(a) Ġugarelli li ma jaqblux għal kollox jew parzjalment ma’ l-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) għandu ikollhom imwaħħal magħhom, qabel ma jitqiegħdu fis-suq, ►M1  l-immarkar CE ◄ li permezz tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jikkonferma li l-ġugarell konċernat jaqbel mal-mudell spezzjonat bi qbil mal-proċeduri stabbiliti f’Artikolu 10 li korp approvat ikun stqarr li jaqbel mal-ħtiġijiet essenzjali għalihom jirreferi Artikolu 3;

(b) il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jżommu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għal spezzjoni:

 deskrizzjoni dettaljata tal-manifattura,

 deskrizzjoni tal-mezzi (bħall-użu ta’ rapport dwar test jew file tekniku) li permezz tiegħu l-manifattur jiżgura li hemm qbil mal-mudell approvat,

 l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u ħażna,

 kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun bagħat lill-korp approvat bi qbil ma’ l-Artikolu 10(2),

 iċ-ċertifikat tat-test għall-kampjun jew il-kopja ċċertifikata ta’ dan.

F’każ li la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, l-obbligu ta’ hawn fuq li jżomm rapport disponibbli jkun f’idejn il-persuna li tqiegħed il-ġugarell fis-suq fil-Komunità.

3.  Fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 (b) u 2 (b), l-Istat Membru kompetenti jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li dawk l-obbligi huma mħarsa.

F’każ li jkun ovvju li ma jkunx hemm osservanza ta’ l-obbligi, hi tista’ b’mod speċjali titlob lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità biex jagħmel test spejjeż tiegħu fi żmien stipulat minn korp approvat biex jivverifika li hemm qbil ma’ l-istandards armonizzati u mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà.

Artikolu 9

1.  Il-kriterji minimi li għandu jilħqu Stati Membri biex jinnominaw il-korpi approvati li għalihom tirreferu din id-Direttiva huma dawk li hemm f’Anness III.

▼M1

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi approvati li nnominaw sabiex iwettqu l-eżaminazzjonijiet tat-tip KE li saret referenza għalihom fl-Artikolu 8(2) flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati li jwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

▼B

3.  Stat Membru li jkun approva korp jirtira l-approvazzjoni jekk isib li dak il-korp ma baqax jilħaq il-kriterji elenkati f’Anness III. Hu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Artikolu 10

1.  Eżami tat-tip KE huwa l-proċedura li permezz tagħha korp approvat jiżgura u jiċċertifika li l-mudell ta’ ġugarell jaqbel mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3.

2.  L-applikazzjoni għal eżami tat-tip KE ssir mal-korp approvat mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

L-applikazzjoni tkun tinkludi:

 deskrizzjoni tal-ġugarell,

 l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant jew rappreżentanti awtorizzati tiegħu, u l-post tal-manifattura tal-ġugarell,

 informazzjoni dettaljata dwar il-manifattura u d-disinn; flimkien ma’ mudell tal-ġugarell li jkun se jiġi manifatturat.

3.  Il-korp approvat jagħmel l-eżami tat-tip KE bil-mod deskritt hawn taħt:

 għandu jeżamina d-dokumenti mogħtija mill-applikant u jistabbilixxi jekk humiex sew,

 għandu jara li l-ġugarell ma jipperikolax is-sigurtà u/jew is-saħħa, kif provdut għalih f’Artikolu 2,

 għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa - billi juża kemm jista’ jkun l-istandards armonizzati li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) - biex jara jekk il-mudell jaqbilx mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3,

 jista’ jitlob eżempji oħra tal-mudell.

4.  Jekk il-mudell jaqbel mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 3, il-korp approvat għandu isawwar ċertifikat tat-tip ta’ eżami KE li għandu ikun mgħarraf lill-applikant. Dan iċ-ċertifikat jindika r-riżultati ta’ l-eżami, xi kondizzjonijiet marbuta miegħu u jkollu wkoll id-deskrizzjonijiet u t-tpinġijiet tal-ġugarell approvat.

Il-Kummissjoni, il-korpi l-oħra approvati u l-Istati Membri l-oħra jistgħu jakkwistaw b’talba kopja taċ-ċertifikat u, b’talba b’raġuni, kopja tad-disinn u l-iskeda tal-manifattura u r-rapporti ta’ l-eżamijiet u t-testijiet li jkunu saru.

5.  Korp approvat li ma jaċċettax li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jgħarraf lill-Istat Membru li approvah u lill-Kummissjoni, u jagħti raġunijiet għaliex mhux qed jaċċetta.

Artikolu 11

1.   ►M1  L-immarkar CE ◄ li għaliha jirreferu Artikoli 5,7 u 8 flimkien ma’ l-isem u/jew l-isem kummerċjali u/jew il-marka u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew l-importatur fil-Komunità bħala regola titwaħħal jew mal-ġugarell jew inkella mal-pakkett b’mod viżibbli, li tinqara malajr u li ma titħassarx. Fil-każ ta’ ġugarelli żgħar u ġugarelli magħmula minn partijiet żgħar dawn id-dettalji jistgħu jitwaħħlu bl-istess mod mal-pakkett, ma’ tikketta jew ma’ fuljett. Fejn id-dettalji msemmija ma jitwaħħlux mal-ġugarell, il-konsumatur għandu ikun imwissi dwar kemm hu ta’ min iżommhom

▼M1

2.  L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” fil-forma murija fil-kampjun fl-Anness V.

3.  It-twaħħil ta’ marki fuq il-ġugarelli li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mal-ġugarelli, l-imballaġġ tagħhom jew fuq tikketta sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar KE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.

▼B

4.  Id-dettalji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 jistgħu jitqassru dejjem jekk it-taqsira tagħti lok biex kemm il-manifattur, kif ukoll ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew l-importatur fil-Komunità jkunu identifikati.

5.  Anness IV jistabbilixxi t-twissijiet u indikazzjonijiet dwar prekawzjonijiet li għandu jittieħdu waqt l-użu ta’ ċerti ġugarelli. tSati Membri jistgħu jirrikjedu li dawn it-twissijiet u prekawzjonijiet, jew xi ftit minnhom, flimkien ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, jingħataw fl-ilsien jew l-ilsna nazzjonali tagħhom meta l-ġugarelli jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 12

1.  Stati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li spezzjonijiet fuq kampjuni jsiru fuq dawk il-ġugarelli li huma fis-suq tagħhom, biex jivverifikaw li jaqblu ma’ din id-Direttiva.

L-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni:

 ikollha aċċess, b’talba, għall-post ta’ manifattura jew ħażna u għall-informazzjoni li għaliha jirreferi Artikolu 8(1)(b) u (2) (b),

 tista’ titlob lill-manifattur, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew lil dak li hu responsabbli mill-bejgħ tal-ġugarelli stabbilit fil-Komunità biex jagħti l-informazzjoni kif hemm provdut għaliha f’Artikolu 8(1)(b) u (2) (b) f’perjodu speċifikat mill-Istat Membru,

 tista’ tagħżel kampjun biex teżaminah jew biex ikun ittestjat.

▼M1

1a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) fejn tissokta in-nuqqas ta’ konformita, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7.

▼B

2.  Kull tliet snin, Stati Membri jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim ta’ din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw kunfidenzjalità meta jgħaddu l-kopji marbuta ma’ l-eżami tat-tip KE li għalih jirreferi Artikolu 10(4).

Artikolu 13

Stati Membri regolarment jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-attivitajiet magħmula skond din id-Direttiva mill-korpi li huma approvaw biex il-Kummissjoni tiżgura li l-proċeduri ta’ spezzjoni jsiru kif suppost u mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 14

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva u li tinvolvi restrizzjonijiet dwar it-tqegħid tal-ġugarell fis-suq tindika r-raġunijiet eżatti li fuqhom hi bbażata. Hi tkun mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr lill-parti konċernata, li fl-istess ħin tkun taf ukoll x’inhuma r-rimedji li jagħtuha l-liġijiet li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u ż-żmien stipulat għal dawk ir-rimedji.

Artikolu 15

1.  Stati Membri jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju, 1989 id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jaqblu ma’ din id-Direttiva. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar, 1990.

2.  Stati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija għall-Istati Membri.




ANNESS I

PRODOTTI LI MHUMIEX MEQJUSA BĦALA ĠUGARELLI GĦALL-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA

(Artikolu 1(1))

1.

Dekorazzjonijiet tal-Milied

2.

Mudelli dettaljati bil-qies għal kollezzjonisti adulti

3.

Tagħmir maħsub biex jintuża b’mod kollettiv fil-grounds tal-logħob

4.

Tagħmir ta’ l-isport

5.

Tagħmir tal-baħar maħsub biex jintuża f’baħar fond

6.

Pupi folkoristiċi u dekorattivi u oġġetti oħra simili għal kollezzjonisti adulti

7.

Ġugarelli ‘professjonali’ mwaħħla f’postijiet pubbliċi (ċentri tal-ħwienet, stazzjonijiet, eċċ.)

8.

Puzzles b’aktar minn 500 biċċa jew mingħajr stampa, maħsuba għal speċjalisti

9.

Snieter ta’ l-arja u pistoli ta’ l-arja

10.

Murtali, inkluż trab splussiv ( 7 )

11.

Ċineg li jgħollu jew katapulti

12.

Settijiet darts li jkollhom ponot metalliċi

13.

Fran tad-dawl, ħadidiet tal-mogħdija jew prodotti oħra funzjonali li jitħaddmu b’vultaġġ ogħla minn 24 volts.

14.

Prodotti li jkun fihom elementi li jsaħħnu maħsuba biex jintużaw taħt superviżjoni minn adult f’kuntest ta’ tagħlim

15.

Vetturi li jkollhom makni ta’ kombustjoni

16.

Ġugarelli li jkollhom makni jaħdmu bl-istim

17.

Roti maħsuba għal sport jew biex jivvjaġġaw bihom fuq il-highway pubblika

18.

Ġugarelli bil-video li jistgħu jitqabbdu ma’ screen tal-video, li jaħdem b’vultaġġ ogħla minn 24 volts

19.

Gażażi tat-trabi

20.

Riproduzzjoni eżatta ta’ armi tan-nar ta’ veru

21.

Aċċessorji tal-moda għat-tfal




ANNESS II

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI TA’ SIGURTÀ GĦAL ĠUGARELLI

I.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.

Bi qbil mal-ħtiġijiet ta’ Artikolu 2 tad-Direttiva, l-użu ta’ ġugarelli kif ukoll ta’ terzi persuni għandu jkunu mħarsa kontra perikli tas-saħħa u riskji li jweġġgħu fiżikament meta ġugarelli jintużaw kif maħsuba jew b’mod prevedibbli, billi titqies l-imġiba normali tat-tfal. Riskji bħal dawn huma dawk:

(a) marbuta mad-disinn, il-binja u l-kontenut tal-ġugarell;

(b) li jinsabu fl-użu tal-ġugarell u ma jistgħux ikunu eliminati għal kollox billi tkun modifikata l-binja jew il-kompożizzjoni tal-ġugarell mingħajr ma tinbidel il-funzjoni tiegħu jew jitneħħewlu l-partijiet essenzjali tiegħu.

2.

(a) L-ammont ta’ riskju li hemm fl-użu ta’ ġugarell għandu ikun abbinat ma’ l-abbiltà ta’ min jużah, u fejn jixraq ta’ min jieħu ħsiebu, biex ikun jista’ jlaħħaq miegħu. Dan jgħodd b’mod partikulari għal ġugarelli li, permezz tal-funzjonijiet, daqsijiet u karatteristiċi tagħhom, huma maħsuba biex jintużaw minn tfal ta’ taħt is-36 xahar.

(b) Biex ikun imħares dan il-prinċipju, għandha tkun speċifikata fejn jixraq età minima għal min juża ġugarelli u/jew il-ħtieġa li jiżgura li jintużaw biss meta jkun hemm il-preżenza ta’ adult.

3.

Tikketti fuq ġugarelli u/jew il-pakketti tagħhom u l-istruzzjonijiet dwar l-użu tagħhom li jkun hemm magħhom għandu jattiraw għal kollox l-attenzjoni ta’ min jużahom jew ta’ min jieħu ħsiebhom b’mod effettiv biex ikunu konxji tar-riskji li hemm fl-użu tagħhom u tal-modi kif jevitaw dawk ir-riskji.

II.   RISKJI PARTIKULARI

1.   Affarijiet fiżiċi u mekkaniċi

(a) Ġugarelli u l-partijiet tagħhom u, fil-każ ta’ ġugarelli mwaħħla, fejn jitwaħħlu, għandu ikollhom is-saħħa mekkanika meħtieġa u, fejn jixraq, l-istabbiltà biex jifilħu għall-istress li jkunu esposti għalih waqt l-użu mingħajr ma jitkissru jew ikollhom ċans li jitgħaffġu bir-riskju li joħolqu weġgħat fiżiċi.

(b) Truf, ponot ħerġin, ħbula, cables u qfieli aċċessibbli ma’ ġugarelli għandu jkunu ddisinjati u msawra b’tali mod li r-riskji minn weġgħat fiżiċi meta jiġu f’kuntatt magħhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun.

(ċ) Ġugarelli għandu jkunu ddisinjati u msawra b’tali mod li jnaqqsu r-riskju ta’ weġgħat fiżiċi li jistgħu jinħolqu miċ-ċaqliq tal-partijiet tagħhom.

(d) Ġugarelli, u l-partijiet komponenti tagħhom, u xi partijiet ta’ ġugarelli li jinqalgħu li huma b’mod ċar maħsuba biex jintużaw minn tfal taħt is-36 xahar għandu jkunu ta’ tali qisien li ma jkunux jistgħu jibilgħuhom u/jew ixommuhom.

(e) Ġugarelli, u l-partijiet tagħhom u l-pakketti li jkunu fihom għall-bejgħ ma għandux ikunu ta’ riskju li jistgħu jitgħallqu bihom jew jifggħu.

(f) Ġugarelli maħsuba biex jintużaw f’ilma baxx li kapaċi jġorru jew jifilħu tarbija fuq l-ilma għandu jkunu ddisinjati u msawra b’tali mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun, billi jqisu l-użu rakkomandat tal-ġugarell, xi riskju li l-ġugarell ma jżommx f’wiċċ l-ilma u nuqqas ta’ appoġġ lit-tarbija.

(ġ) Ġugarelli li tista’ tidħol fihom u li għalihom jinħoloq spazju magħluq għal min jidħol fihom għandu ikollhom mezz minn fejn dawn ta’ l-aħħar jistgħu joħorġu malajr minn ġewwa.

(ħ) Ġugarelli li jmexxu lil min jużahom għandu, kemm jista’ jkun, ikun fihom sistema ta’ brejk adattata għat-tip ta’ ġugarell u li tibda ma’ l-enerġija kinetika maħluqa minnha. Sistema bħal din għandha tkun faċli biex min jużaha jħaddimha mingħajr periklu li ttajjar jew tweġġa’ kemm lil min jużaha kif ukoll lil terzi persuni.

(i) Il-forma u l-kompożizzjoni ta’ missili u l-enerġija kinetika li jistgħu joħolqu meta sparati minn ġugarell iddisinjat għal dak l-iskop għandha tkun tali, li tqis il-karatteristika tal-ġugarell, li ma hemmx riskju mhux raġjonevoli ta’ weġgħa fiżika għal min jużah jew lil terzi persuni.

(j) Ġugarelli li jkun fihom elementi li jsaħħnu għandu jkunu ddisinjati b’tali mod li jiżguraw li:

 it-temperatura massima ta’ xi wiċċ aċċessibbli ma tikkaġunax ħruq meta jintmess,

 likwidi u gassijiet li jkun hemm fil-ġugarelli ma jilħqux temperaturi jew pressjonijiet li huma tali li l-ħruġ tagħhom minn ġugarell, għajr għal raġunijiet essenzjali biex jaħdem sew il-ġugarell, jistgħu jikkaġunaw ħruq, tixwit jew weġgħat fiżiċi oħra.

2.   Li jieħdu n-nar

(a) Ġugarelli ma jistgħux joħolqu element perikoluż li jista’ jaqbad fl-ambjent tat-tfal. Huma għalhekk għandu jkunu magħmula minn materjal li:

1. ma jaqbadx jekk ikun espost direttament għal fjamma jew spark jew post ieħor ta’ nar; jew

2. ma jkunx jista’ jaqbad (il-fjamma tintefa hekk kif dak li jikkawża n-nar jgħib); jew

3. jekk ma jixgħelx, jaqbad bil-mod u joħloq rata baxxa tal-firxa tal-fjamma; jew

4. minkejja l-kompożizzjoni kimiċi tal-ġugarell, huwa jkun ittrattat biex idewwem il-proċess ta’ kombustjoni.

Materjal kombustibbli bħal dan ma għandux joħloq riskju li jqabbad materjal ieħor użat fil-ġugarell.

▼M2

(b) Il-ġugarelli ma jistax ikollhom sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jieħdu n-nar kawża tat-telf ta’ komponenti volatili li ma jieħdux in-nar jekk, għal raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari materjali u tagħmir għal esperimenti tal-kimika, immuntar ta’ mudelli, mudellar bil-plastik jew biċ-ċeramika, xogħol ta’ żmalt, fotografija jew attivitajiet simili, dawn il-ġugarelli jkun fihom taħlitiet li huma perikolużi hekk kif definit fid-Direttiva 67/548/KEE jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 8 ):

(i) klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii) klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii) klassi ta’ periklu 4.1;

(iv) klassi ta’ periklu 5.1.

▼B

(ċ) Ġugarelli ma għandux ikunu splussivi jew ikollhom elementi jew sustanzi li jistgħu jisplodu meta wżati kif speċifikat f’Artikolu 2(1) tad-Direttiva. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal ġugarelli li fihom xi trab splussiv, li għalihom għandha ssir riferenza għall-punt 10 ta’ Anness I u n-nota isfel marbuta.

(d) Ġugarelli u, b’mod partikulari, logħbiet u ġugarelli kimiċi, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet:

 li, meta mħallta, jistgħu jisplodu:

 

 permezz ta’ reazzjoni kimiċi, jew permezz ta’ tisħin,

 meta mħallta ma’ sustanzi ossidizzanti,

 li jkun fihom komponenti volatili li jaqbdu fl-arja u li jistgħu jiffurmaw taħlita ta’ fwar/arja li taqbad jew splussiva.

3.   Kwalitajiet kimiċi

1.

Ġugarelli għandu jkunu ddisinjati u msawra b’tali mod, li meta wżati kif speċifikat fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva, ma jkunux ta’ periklu jew joħolqu riskji ta’ weġgħat fiżiċi billi jinbelgħu, jinxammu jew jiġu f’kuntatt mal-ġilda, tessuti mukużi jew l-għajnejn.

Huma għandu fil-każijiet kollha jaqblu mal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità marbuta ma’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew mal-projbizzjoni, restrizzjoni ta’ l-użu jew tikketti ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet perikolużi.

2.

B’mod partikulari, għall-protezzjoni ta’ saħħet it-tfal, biodisponibbiltà ikkawżata mill-użu ta’ ġugarelli ma tistax, bħala mira, taqbeż il-livelli li ġejjin kull ġurnata:

0,2 μg għal antimonju,

0,1 μg għal arseniku,

25,0 μg għal barium,

0,6 μg għal kadmju,

0,3 μg għal kromju,

0,7 μg għal ċomb,

0,5 μg għal merkurju,

5,0 μg għal selenju,

jew valuri oħra simili kif jistgħu jkunu stabbiliti għal dawn jew sustanzi oħra fil-leġislazzjoni tal-Komunità bbażati fuq provi xjentifiċi.

Il-biodisponibbiltà ta’ dawn is-sustanzi tfisser l-estratt li jinħall li jkollu importanza tossikoloġika.

3.

▼M2

Il-ġugarelli m’għandux ikollhom taħlitiet perikolużi skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi ( 9 ) jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet u kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(a) klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b) klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(ċ) klassi ta’ periklu 4.1;

(d) klassi ta’ periklu 5.1,

f’ammonti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tat-tfal li jużawhom. Huwa pprojbit, f’kwalunkwe każ, li jiġu inklużi, f’ġugarell, sustanzi jew taħlitiet tali jekk dawn huma maħsuba għall-użu waqt li l-ġugarell ikun qed jintuża.

▼B

Iżda, fejn huwa meħtieġ għadd limitat ta’ sustanzi jew taħlitiet biex jaħdmu ċerti ġugarelli, f’materjal partikulari u apparat għal esperimenti tal-kimika, twaħħil ta’ mudelli, forom tal-plastik jew ċeramika, enamelling, fotografija jew attivitajiet simili, huma permessi sa livell massimu ta’ konċentrazzjoni li għandu ikun imfisser għal kull sustanza jew taħlita b’mandat mill-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni (CEN) skond il-proċedura tal-kumitat stabbilit mid-Direttiva 83/189/KEE, dejjem jekk is-sustanzi permessi u t-taħlitiet jaqblu mar-regoli klassifikati tal-Komunità rigward it-tikketti, mingħajr preġudizzju għall-punt 4 ta’ Anness IV.

4.   Kwalitajiet elettriċi

(a) Ġugarelli elettriċi ma jistgħux jaħdmu bid-dawl ta’ vultaġġ nominali li jaqbeż l-24 volt u l-ebda parti tal-ġugarell ma tista’ taqbeż l-24 volt.

(b) Partijiet minn ġugarelli li huma marbuta ma’, jew għandhom ċans li jiġu f’kuntatt ma’ sors ta’ dawl li kapaċi joħloq xokk, flimkien mal-cables jew kondutturi oħra li minnhom jgħaddi d-dawl għal dawk il-partijiet, għandu jkunu protetti sew u protetti mekkanikament biex iħarsu mir-riskju ta’ xokk bħal dan.

(ċ) Ġugarelli elettriċi għandu jkunu ddisinjati u msawra b’tali mod biex jiżguraw li t-temperaturi massimi milħuqa mill-uċuh kollha direttament aċċessibbli mhumiex tali li jikkaġunaw ħruq meta jintmessu.

5.   Iġjene

Ġugarelli għandu jkunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ iġjene u indafa ħalli jevitaw kull riskju ta’ infezzjoni, mard u kontaminazzjoni.

6.   Radjoattività

Ġugarelli ma għandux ikun fihom elementi ta’ radjoattività jew sustanzi fil-forma jew daqsijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet it-tfal. Tgħodd id-Direttiva tal-Kunsill 80/836/Euratom ( 10 ).




ANNESS III

KONDIZZJONIJIET LI GĦANDU JINTLAĦQU MILL-KORPI APPROVATI

(Artikolu 9(1))

Il-korpi nnominati mill-Istati Membri għandu jilħqu l-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:

1. disponibbiltà ta’ nies u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;

2. kompetenza teknika u integrità professjonali tan-nies;

3. imparzjalità, biex isiru t-testijiet, jithejjew ir-rapporti, jinħarġu ċ-ċertifikati u ssir is-sorveljanza li hemm provdut gġaliha f’din id-Direttiva, tal-ħaddiema u tan-nies tekniċi fir-rigward taċ-ċirki kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament konċernati ma’ ġugarelli;

4. żamma tas-sigriet professjonali mill-ħaddiema;

5. pussess tal-liċenzja ta’ responsabbiltà ċivili sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx koperta mill-istat skond il-liġi nazzjonali.

Twettiq tal-kondizzjonijiet skond 1 u 2 ikunu verifikati f’intervalli mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.




ANNESS IV

TWISSIJIET U PREKAWZJONIJIET LI GĦANDU JITTIEĦDU META JINTUŻAW ĠUGARELLI

(Artikolu 11(5))

Ġugarelli għandu ikollhom twissijiet ċari li jinqraw biex inaqqsu r-riskji li jkun hemm fl-użu tagħhom kif deskritt fil-ħtiġijiet essenzjali, u speċifikament:

1.   Ġugarelli mhux maħsuba għal tfal taħt is-36 xahar

Ġugarelli li jistgħu jkunu perikolużi għal tfal taħt is-36 xahar ikollhom twissija, per eżempju: ′Mhux tajbin għal tfal taħt is-36 xahar jew ′Mhux tajbin għal tfal taħt it-tliet snin flimkien ma’ indikazzjoni qasira, li tista’ tidher ukoll fl-istruzzjonijiet ta’ l-użu, tar-riskji speċifiċi li jwasslu għal din ir-restrizzjoni.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jgħoddux għal ġugarelli li, minħabba l-funzjoni tagħhom, id-daqsijiet, karatteristiċi, kwalitajiet jew raġunijiet oħra validi, huma biċ-ċar mhux tajbin għal tfal taħt is-36 xahar.

2.   Żurżieqi, bandli mgħollija u ċrieki, trapezes, ħbula u ġugarelli simili marbuta ma’ travu

Ġugarelli jkollhom magħhom l-istruzzjonijiet li jiġbdu l-attenzjoni biex isiru f’intervalli spezzjonijiet u manutenzjoni tal-partijiet prinċipali (molol, twaħħil, irbit, eċċ.), u jindikaw li, jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux, il-ġugarell jista’ jikkawża waqgħa jew tidwira.

Struzzjonijiet għandu jingħataw ukoll biex il-ġugarell jitwaħħal sew, u jindikaw dawk il-partijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitwaħħlu ħażin.

3.   Ġugarelli li jaħdmu

Ġugarelli li jaħdmu jew il-pakkett tagħhom għandu ikollu s-sinjal ′Twissija: biex jintuża taħt is-superviżjoni diretta ta’ adult’.

Barra minn hekk, dawn il-ġugarelli jkollhom struzzjonijiet li jgħidu kif jaħdem il-ġugarell kif ukoll il-prekawzjonijiet li għandu jieħu min jużah, bit-twissija li jekk ma jittieħdux dawn il-prekawzjonijiet min jużah ikun espost għal perikli - li għandu jkunu speċifikati - normalment assoċjati ma’ l-apparat jew prodott li tiegħu l-ġugarell hu mudell skalat jew imitazzjoni. Ikun indikat ukoll li l-ġugarell għandu jinżamm ’il bogħod minn tfal żgħar ħafna.

′Ġugarelli li jaħdmu’ jfissru ġugarelli li meta wżati bl-istess mod, u huma ħafna drabi mudelli skalati ta’, apparati jew stallazzjonijet għall-adulti.

▼M2

4.   Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi.

(a) Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ ġugarelli li fihom taħlitiet minnhom infushom perikolużi jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbilti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(i) klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii) klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii) klassi ta’ periklu 4.1;

(iv) klassi ta’ periklu 5.1,

għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-utent sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati fil-qosor skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'l bogħod mit-tfal iż-żgħar ħafna.

▼B

(b) Barra l-istruzzjonijiet li għalihom hemm provdut f’(a), ġugarelli kimiċi jkollhom fuqhom il-marka li ġejja fuq il-pakkett tagħhom: “Twissija: għal tfal biss ta’ ’l fuq minn ( 11 ) snin. Għall-użu taħt superviżjoni mill-adulti”.

B’mod partikulari, dawn li ġejjin huma meqjusa bħala ġugarelli kimiċi: settijiet tal-kimika, settijiet tal-plastik moħbija, workshops żgħar għaċ-ċeramika, enamelling jew fotografija u ġuġarelli simili.

5.   Skates u skateboards għat-tfal

Jekk dawn il-prodotti jitqiegħdu għall-bejgħ bħala ġugarelli għandu ikollhom fuqhom il-marka: “Twissija: għandu jintlibes tagħmir protettiv”.

Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet dwar l-użu jkun fihom xi ħaġa li tfakkar li l-ġugarell għandu jintuża b’kawtela, minħabba li jeħtieġ ħila kbira, biex ikun evitat li jaqa’ jew jaħbat u jikkaġuna weġgħat lil min jużah u lil terzi persuni. Xi indikazzjoni għandha tingħata dwar tagħmir protettiv rakkomandat (elmi, ingwanti, pads għall-irkobbtejn, pads għal minkbejn, eċċ.).

6.   Ġugarelli maħsuba biex jintużaw fl-ilma

Il-ġugarelli maħsuba biex jintużaw fl-ilma kif imfissra f’Taqsima II.1 (f) ta’ Anness II għandu ikun fihom twissija bi qbil mal-messaġġ tas-CEN biex tadotta standard EN/71, parti 1 u 2:

“Twissija! Biex jintuża’ biss fl-ilma li fih it-tarbija tkun fil-livell tiegħu u taħt superviżjoni”

.

▼M1




L-ANNESS V

IMMARKAR TA’ KONFORMITÀ CE

 L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l-forma segwenti:

  image

 Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

 Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.



( 1 ) ĠU C 282, tat-8.11.1986, p. 4.

( 2 ) ĠU C 246, ta’ l-14.9.1987. p. 91 u Deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu, 1988 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

( 3 ) ĠU C 232, tal-31.8.1987, p. 22.

( 4 ) ĠU C 167,tal-5.7.1986, p. 1.

( 5 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

( 6 ) ĠU C 136, ta’ l-4.6.1985, p. 1.

( 7 ) Ħlief għal xi trab splussiv maħsub biex jintuża f’ġugarelli mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet stretti li diġà jeżistu f’ċerti Stati Membri.

( 8 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

( 9 ) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

( 10 ) ĠU L 246, tas-17.9.1980, p. 1.

( 11 ) L-età trid tkun deċiża mill-manifattur.

Top