EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01980L0720-20100929

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l- 24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (80/720/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/720/2010-09-29

1980L0720 — MT — 29.09.2010 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(80/720/KEE)

(ĠU L 194, 28.7.1980, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 1982

  L 378

45

31.12.1982

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 88/414/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988

  L 200

34

26.7.1988

 M3

ID-DIRETTIVA 97/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Settembru 1997

  L 277

24

10.10.1997

►M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/22/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Marzu 2010

  L 91

1

10.4.2010

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/62/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-8 ta’ Settembru 2010

  L 238

7

9.9.2010




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(80/720/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitàt Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-ħtiġiet tekniċi li t-tratturi għandhom jissodisfaw permezz tal-liġijiet nazzjonali jirigwardjaw, inter alia, ma’ l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ta’ ħruġ) u l-bibien u t-twieqi;

Billi, dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, għalhekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda ma jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex partikolarment jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwarl-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi ( 4 ) bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata bid-Direttiva 79/694/KEE ( 5 ), li tkunu ntrodotti fil-każ ta’ kull tip ta’ trattur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



▼M5

Artikolu 1

1.  Għall-fini ta' din id-Direttiva, “trattur” tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi li japplikaw huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kategoriji ta' tratturi T1, T2, T3 u T4 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tratturi tal-kategorija T4.3 fejn il-punt tal-indiċi tas-sit tas-sewwieq, kif misjub fl-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) huwa aktar minn 100 mm mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-trattur.

▼B

L-Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad l-approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur jew jiċħad jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ trattur fuq raġunijiet relatati ma’:

 l-ispazju għall-manuvrar,

 l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ħruġ),

 il-bibien u t-twieqi,

meta dawn ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness I.

L-Artikolu 3

L-emendi li jkunu meħtieġa għall-addattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Anness I għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

L-Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar tan-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

I.   Spazju għall-manuvrar

I.1.

“Spazju għall-manuvrar” ifisser il-volum minimu ta’ spazju bejn kull parti mwaħħla ta’ l-istruttura li huwa disponibbli għas-sewwieq tat-trattur biex dan ikun jista’ jħaddem it-trattur mis-sedili tiegħu b’kull mod meħtieġ b’sigurtà kompleta.

“Punt ta’ referenza tas-sedili” ifisser il-punt ta’ referenza ddeterminat bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 1.

“Pjan ta’ referenza” jfisser il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur li jgħaddi minn ġol-punt ta’ referenza tas-sedili.

▼M5

I.2.

Għat-tratturi kollha għajr għal tratturi dojoq li għandhom ċinġa wiesgħa ≤ 1 150 mm u tratturi li huma fil-kategorija T4.3, il-wisa' tal-ispazju operattiv għandha tkun tal-anqas 900 mm, minn 400 sa 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza u fuq tul ta' 450 mm il quddiem minn dan il-punt (ara l-Figuri 1 u 3).

Għal tratturi tal-kategorija T4.3, l-ispazju operattiv irid ikollu, fuq iż-żona li testendi għal 450 mm quddiem il-punt ta' referenza, għoli ta' 400 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 700 mm, u fuq għoli ta' 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 600 mm.

▼B

I.3.

Il-partijiet u l-aċċessorji tal-vettura ma għandhomx ifixklu lis-sewwieq meta dan ikun qed isuq it-trattur.

I.4.

Għall-posizzjonijiet kollha tal-kolonna ta’ l-isteering u tar-rota ta’ l-isteering, ►M2  bl-eċċezzjoni ta’ dawk intiżi biss għad-dħul u l-ħruġ ◄ l-ispazju bejn il-bażi tar-rota ta’ l-isteering u l-partijiet imwaħħla tat-trattur għandu ikun ta’ l-anqas 50mm; fid-direzzjonijiet l-oħra kollha dan l-ispazju ħieles għandu ikun ta’ l-anqas 80 mm mix-xifer tar-rota ta’ l-isteering, kif imkejjel min-naħa ta’ barra taż-żona okkupata mir-rota ta’ l-isteering (ara l-Figura 2).

I.5.

Il-ħajt ta’ wara tal-kabina minn 300 sa 900 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedili għandu jkun ta’ minimu ta’ 150 mm wara pjan vertikali li jkun perpendikulari mal-pjan ta’ referenza u li jgħaddi mill-punt ta’ referenza (ara l-Figuri 2 u 3).

Dan il-ħajt għandu ikollu wisa’ ta’ l-anqas 300 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza tas-sedili (ara l-Figura 3).

I.6.

Il-kontrolli manwali għandhom ikunu mqiegħda f’relazzjoni ta’ wieħed ma’ l-ieħor u mal-partijiet l-oħra tat-trattur sabiex, waqt li dawn jitħaddmu, ma jkun hemm l-ebda periklu li xi ħadd iweġġa’ jdejħ.

Meta s-saħħa meħtieġa biex jitħaddem kontroll teċċedi l-150N, spazju ħieles ta’ 50 mm ikun ikkunsidrat bħala adegwat u meta s-saħħa tkun bejn 80 N u 150 N, ikun biżżejjed spazju ħieles ta’ 25 mm. Kwalunkwe spazju ħieles għandu jkun aċċettat b’relazzjoni mal-kontrolli meta s-saħħa ta’ l-operat meħtieġa tkun inqas minn 80 N (ara l-Figura 3).

Huma aċċettabbli postijiet alternattivi għall-kontrolli li jiksbu l-istess standards sodisfaċenti ta’ sigurtà,.

I.7.

L-ebda punt fuq is-saqaf ►M2  riġidu ◄ ma għandu ikun anqas minn 1 050 mm mill-punt ta’ referenza tas-sedili f’sezzjoni li qiegħda ‘l quddiem minn pjan vertikali, li jgħaddi mill-punt ta’ referenza u li huwa perpendikulari mal-pjan ta’ referenza (ara l-Figura 2). ►M2  L-ikkuxxinar jista’ jestendi ‘l isfel sa 1 000 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-seat. ◄

▼M2

I.8.

Ir-raġġ tal-kurvatura tas-superfiċje bejn il-panew ta’ wara tal-kabina u s-saqaf tal-kabina jista’ jestendi sa massimu ta’ 150 mm.

▼B

II.   L-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ta’ ħruġ)

II.1.

Għandu jkun possibbli li jsir użu mill-mezz tad-dħul u l-ħruġ mingħajr periklu. Il-plattini tar-rota, l-għotien tal-metall tar-rota jew ir-rimmijiet tar-roti, mhumiex aċċettabbli bħala turġien jew skaluni.

II.2.

Il-punti ta’ l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u għas-sedili tal-passiġġier ma għandux ikollhom xi partijiet li jistgħu jkunu l-kawża li joħolqu korriment. Meta jkun preżenti xi ngombru, bħal ma hija l-pedala tal-klaċċ, għandu jkun ipprovdut tarġa jew oġġett għas-serħan tas-saqajn sabiex ikun iggarantit l-aċċess tal-pożizzjoni tas-sewqan tkun mingħajr periklu.

II.3.

It-turġien, id-daħliet għas-saqajn u l-iskaluni għandhom ikollhom id-dimensjonijiet li ġejjin:



fond ta’ l-ispazju:

minimu ta’ 150 mm,

wisa’ ta’ l-ispazju:

minimu ta’ 250 mm,

(Valuri anqas minn dan il-wisa’ minima huma awtorizzati biss meta dan ikun iġġustifikat bħala neċessarju għal raġunijiet tekniċi. Meta dan ikun il-każ, l-għan għandu jkun li jinkiseb l-aktar wisa’ ta’ spazju ħieles possibbli. B’dankollu, dan ma għandux ikun anqas minn 150 mm.)

għoli ta’ spazju:

minimu ta’ 120 mm,

distanza ta’ bejn is-superfiċje ta’ żewġ turġien:

massimu ta’ 300 mm (ara l-Figura 4).

II.4.

It-tarġa jew l-iskaluna ta’ fuq għandha tkun faċilment identifikabbli u aċċessibbli għal persuna li tkun ser toħroġ mill-vettura. Id-distanza vertikali ta’ bejn turġien jew l-iskaluni suċċessivi għandha tkun kemm jista’ jkun ugwali.

II.5.

Għandhom jiġu pprovduti mankijiet adattati għall-mezzi kollha ta’ dħul u ta’ ħruġ.

II.6.

Il-post l-aktar baxx ta’ fejn wieħed ipoġġi siequ ma għandux ikun aktar minn 550 mm ‘l fuq mill-art meta t-trattur ikun mgħammar bl-akbar daqs ta’ karrijiet irrikmandati mill-fabbrikant (ara l-Figura 4). It-turġien jew l-iskaluni għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li s-saqajn ma jiżolqux minn fuqhom.

III.   Bibien, twieqi u ħruġ ta’ emerġenza

III.1

L-apparati li jħaddmu l-bibien u t-twieqi għandhom jkunu ddisinnjati u mwaħħla b’tali mod li la jkunu ta’ periklu għas-sewwieq u l-anqas ifixkluh waqt li jkun qiegħed isuq.

III.2.

L-angolu tal-ftuħ tal-bieb għandu jippermetti li wieħed jidħol u joħroġ mingħajr periklu.

III.3.

It-twieqi għall-ventilazzjoni ►M2  jekk ikun hemm ◄ għandhom jkunu jistgħu jiġu aġġustati faċilment.

▼M4 —————

▼B

III.5.

Kabini li jkollhom żewġ bibien għandu ikollhom wieħed żejjed li jservi ta’ ħruġ fil-każ ta’ emerġenza.

Kabini li jkollhom bieb wieħed għandu ikollhom żewġ ħruġijiet żejda li jservu ta’ ħruġ fil-każ ta’ emerġenza.

Kull wieħed mit-tliet ħruġijiet għandhom jkunu fuq ħajt differenti tal-kabina (it-terminu ‘ħajt’ jista’ jinkludi s-saqaf). Il-‘windscreens’, it-twieqi tal-ġenb, ta’ wara u tas-saqaf jistgħu jitqiesu bħala ħruġijiet fil-każ ta’ emerġenza jekk ikun jeżisti provvediment biex dawn ►M2  jew biex iċċaqlaqhom ◄ ikunu jistgħu jinfetħu malajr min-naħa ta’ ġewwa tal-kabina.

Il-madwar tal-ħruġ ta’ emerġenza ma għandux ikun ta’ periklu waqt il-ħruġ.

Il-ħruġijiet fil-każ ta’ emerġenza għandu ikollhom id-dimensjonijiet minimi meħtieġa biex jiċċirkondaw elissi b’fus minuri ta’ 440 mm u b’fus maġġuri ta’ 640 mm.

▼M4

Kull tieqa ta’ daqs suffiċjenti tista’ tiġi allokata bħala ħruġ ta’ emerġenza jekk dawn ikunu magħmula minn ħġieġ li jista’ jitkisser permezz ta’ għodda pprovduta fil-kabina għal dak il-għan. Il-ħġieġ li jissemma fl-Appendiċi 3, 4, 5, 6 u 7 tal-ANNESS III B tad-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE ( 8 ) mhuwiex ikkunsidrat li huwa ħġieġ li jista’ jitkisser għall-fini ta’ din id-Direttiva.

image

image

▼B

image

Figura 4




Appendiċi 1

METODU BIEX IKUN IDDETERMINAT IL-PUNT TA’ REFERENZA TAS-SEDILI (S)

1.   Definizzjoni tal-punt ta’ referenza (S)

“Il-punt ta’ referenza tas-sedili” ifisser il-punt ta’ l-intersezzjoni fil-pjan lonġitudinali medjan tas-sedili bejn il-pjan tanġenzjali fil-bażi tal-parti kkuxxinata użata biex wieħed iserraħ dahru u l-pjan orizzontali. Dan il-pjan orizzontali jaqsam is-superfiċje ta’ isfel tas-sedili 150 mm ‘l quddiem tal-punt ta’ referenza tas-sedili (S).

2.   Il-pożizzjoni tas-sedili

Is-sedili għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni lonġitudinali l-aktar lura u fin-nofs tal-marġini ta’ l-aġġustament ta’ l-għoli. Is-sedili li jkollhom sistema ta’ sospensjoni, kemm jekk din tkun tista’ tiġi aġġustata skond il-piż tas-sewwieq jew le, għandhom jitqiegħdu fil-punt tan-nofs taċ-ċaqlieq tas-sospensjoni.

3.   Strument biex ikun iddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedili (S)

L-istrument li jidher fil-Figura 1, jikkonsisti f’bord tal-qiegħ tas-sedili u f’bordijiet użati biex wieħed iserraħ dahru. Il-bord użat biex wieħed iserraħ daru tan-naħa ta’ isfel għandu jkun biċ-ċappetti fil-parti ta’ l-‘ischium humps’ (A) u tal-ġenbejn (B), fejn iċ-ċappetta (B) tkun tista’ tiġi aġġustata skond it-tul.

4.   Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedili (S)

Il-punt ta’ referenza tas-sedili (S) għandu jinkiseb permezz ta’ l-istrument muri fil-Figuri 1 u 2, li jistimula tagħbija ta’ l-okkupant uman. L-istrument għandu jitqiegħed fuq is-sedili. Imbagħad għandu jitgħabba b’saħħa ta’ 550 N f’punt 50 mm ‘l quddiem taċ-ċappetta (A) u żewġ partijiet ta’ fejn wieħed iserraħ dahru, għandhom jingħafsu kemm kemm tanġenzjalment kontra l-parti kkuxxinata fejn wieħed iserraħ dahru.

Jekk ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat it-tanġent għal kull parti ta’ fejn wieħed iserraħ daru (taħt u ‘l fuq mill-parti tal-ġenbejn) għandha tiġi adottata l-proċedura li ġejja:

(a) Meta mhux possibbli li jiġi definit it-tanġent sal-biċċa l-iktar baxxa, il-parti l-iktar baxxa, f’pożizzjoni vertikali, tal-bord użat biex wieħed iserraħ dahru għandha tingħafas kemm kemm kontra l-parti kkuxxinata ta’ fejn wieħed iserraħ daru.;

(b) Meta mhux possibbli li jkun definit it-tanġent sal-biċċa l-aktar għolja, jekk il-parti l-aktar baxxa tal-bord użat biex wieħed iserraħ dahru hija vertikali, ċ-ċappetta (B) għandha teħel f’għoli ta’ 230 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedili (S). Iż-żewġ partijiet, f’pożizzjoni vertikali, tal-bord użat biex wieħed iserraħ dahru għandhom jingħafsu kemm kemm b’mod tanġenzjali kontra l-parti kkuxxinata fejn wieħed iserraħ dahru.

image




L-ANNESS II

image

KAMPJUN



( 1 ) ĠU C 25, tad-29.1.1979, p. 30.

( 2 ) ĠU C 127. tal-21.5.1979, p.80.

( 3 ) ĠU C 227, ta’ l-10.9.1979, p.34

( 4 ) ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

( 5 ) ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17.

( 6 ) ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

( 7 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p 33.

( 8 ) ĠU L 67, 10.3.1989, p. 1.

Top