Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01976L0760-20130701

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/760/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/760/2013-07-01

    1976L0760 — MT — 01.07.2013 — 008.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (76/760/KEE)

    (ĠU L 262, 27.9.1976, p.85)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

      L 192

    43

    11.7.1987

    ►M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/31/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997

      L 171

    49

    30.6.1997

    ►M3

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

      L 363

    81

    20.12.2006

    ►M4

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013

      L 158

    172

    10.6.2013


    Emendat bi:

     A1

      L 291

    17

    19.11.1979

     A2

      L 302

    23

    15.11.1985

     A3

      C 241

    21

    29.8.1994

    ►A4

      L 236

    33

    23.9.2003




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (76/760/KEE)



    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom jirrigwardjaw, inter alia, il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħhom;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tiġi ntrodotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi fid-Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill stabbilixxa l-ħtiġiet komuni għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

    Billi t proċedura armonizzata ta’ approvazzjoni tat-tip għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat mimli għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara; billi t-twaħħil ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara kollha manifatturati b’konformità mat-tip approvat ineħħi l-ħtieġa għall-verifiki tekniċi fuq dawn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara fl-Istati Membri l-oħra;

    Billi huwa mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 4 (“Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ mezzi ta’ l-illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur (apparti milli muturi) u l-karrijiet tagħhom”) ( 5 ), li huwa anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku għall-approvazzjoni ta’ tgħamir u partijiet tal-vetturi bil-mutur;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw il-vetturi bil-mutur tinvolvi r- rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtigiet komuni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    Artikolu 1

    ▼M2

    1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti.

    ▼B

    2.  L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, kemm il-darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.Verifika bħal din għandha tkun limitata għal verifiki saltwarji.

    Artikolu 2

    ▼M2

    L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3.

    ▼B

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mużuri kollha xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkunu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.

    Artikolu 3

    1.  L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-kostruzzjoni tagħhom jew il-metodu tal-funzjonament tagħhom kemm il-darba dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’komponent.

    2.  B’danakollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi li it-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, li b’mod konsistenti jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

    Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    ▼M2

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva.

    ▼B

    Artikolu 5

    1.  Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponenti jsib li numru ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li għandhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ma jkunux konformi mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda, li jistgħu, meta jkun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’Stat Membru ieħor b’tali nuqqas tal-konformità.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, u bir-raġunijiet li wasslu għal din il-miżura.

    Artikolu 6

    Kull deċiżjoni meħudha skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi miiċħudha jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara jew li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex teżerċita dawk ir-rimedji.

    Artikolu 7

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

    Artikolu 8

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ jew ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

    ▼M2

    Artikolu 9

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.

    ▼B

    Artikolu 10

    Kull emenda meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu konsiderazzjoni tal-progress tekniku għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 11

    1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977,u għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1977 l-aktar tard.

    2.  La darba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-Kummissjoni tkun informata, fi żmien biżżejjed biex tkun tista tippreżenta l-kummenti tagħha, bl-abbozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jipproponu li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M2




    LISTA TA’ L-ANNESSI



    L-ANNESS I:

    Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip

    Appendiċi 1:

    Dokument ta’ Informazzjoni

    Appendiċi 2:

    Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip

    Appendiċi 3:

    Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent

    L-ANNESS II:

    Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi




    L-ANNESS I

    DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

    1.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE dwar xi tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għandha ssir mill-manifattur.

    1.2.

    Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni.

    1.3.

    Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

    1.3.1.

    Żewġ kampjuni mgħammra b’fanal jew fanali rakkomandati.

    2.   MARKI

    2.1.

    L-oġġetti sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:

    2.1.1.

    l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur;

    2.1.2.

    fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li jista’ jiġi mibdul: it-tip(i) tal-bozza tal-filament preskritta;

    2.1.3.

    fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li ma jistax jiġi mibdul: il-vultaġġ u wattage nominali.

    2.2.

    Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, ta’ l-oġġett. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura.

    2.3.

    Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponentt. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

    3.   GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

    3.1.

    Jekk il-ħtiġijiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(3) u, jekk ikun applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

    3.2.

    Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

    3.3.

    Għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara approvata. L-istess Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numbru għal xi tip ieħor ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara.

    3.4.

    Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent sakemm il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jaderixxi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull waħda mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent taderixxi mad-Direttiva li tgħodd għaliha separatament.

    4.   MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

    4.1.

    B’żieda mal-marki msemmija fl-intestatura 2.1 kull fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li tikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

    4.2.

    Din il-marka għandha jkollha:

    4.2.1.

    kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra “e” segwita bin-numru li jiddistinwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

    1

    għall-Ġermanja

    2

    għal Franza

    3

    għall-Italja

    4

    għall-Olanda

    5

    għall-Isvezja

    6

    għall-Belġju

    ▼A4

    7

    għall-Ungerija

    8

    għar-Repubblika Ċeka

    ▼M2

    9

    għal Spanja

    11

    għar-Renju Unit

    12

    għall-Awstrija

    13

    għal-Lussemburgu

    17

    għall-Finlandja

    18

    għad-Danimarka

    ▼M3

    19

    għar-Rumanija

    ▼A4

    20

    għall-Polonja

    ▼M2

    21

    għall-Portugall

    23

    għall-Greċja

    ▼M4

    25

    għall-Kroazja

    ▼A4

    26

    għas-Slovenja

    27

    għas-Slovakkja

    29

    għall-Estonja

    32

    għal-Latvja

    ▼M3

    34

    għall-Bulgarija

    ▼A4

    36

    għal-Litwanja

    CY

    għal-Ċipru

    ▼M2

    IRL

    għall-Irlanda;

    ▼A4

    MT

    għal Malta;

    ▼M2

    4.2.2.

    fil-viċinanza tal-kaxxa rettangulari in-“numru ta’ l-approvazzjoni bażi” li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut b’żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għall-emenda teknika maġġura l-aktar reċenti għad-Direttiva 76/760/KEE fid-data li ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. F’din id-Direttiva in-numru ta’ sekwenza hu 00;

    4.2.3.

    simbolu addizzjonali kif ġej: l-ittra “L”.

    4.3.

    Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

    4.4.

    Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1.

    4.5.

    Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fl-intestatura 3.4 t’hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fihom xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha:

    4.5.1.

    kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra “e” segwita bin-numru li jiddistingwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara intestatura 4.2.1);

    4.5.2.

    in-numru ta’ l-approvazzjoni bażi (ara intestatura 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

    4.5.3.

    jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, sakemm din tirreferi għall-assemblaġġ tal-fanal b’mod sħiħ.

    4.6.

    Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

    4.6.1.

    din tkun viżibbli wara li jitwaħħlu l-fanali;

    4.6.2.

    l-ebda komponent li jitrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka ta’ l-approvazzjoi fl-istess ħin.

    4.7.

    Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara intestatura 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra “D” u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

    4.7.1.

    jew fuq il-wiċċ proprju li jitrasmetti d-dawl;

    4.7.2.

    jew f’xi ragruppament, b’tali mod li kull waħda mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jistgħu jkunu identifikati b’mod ċar.

    4.8.

    Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu inqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

    4.9.

    Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tkun ragruppata, kombinata jew inkorporata reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2.

    5.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

    5.1.

    Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    6.1.

    Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex tkun assigurata konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    6.2.

    Il-luminance B ta’ xi mezz li jittieħed bla ħsieb minn qatgħa prodotta bil-massa m’għandhiex tkun inqas minn 2 cd/m2 u, fil-formula għall-gradient, il-fattur 2 jista’ jiġi sostitwit bi 3 (ara l-paragrafu 9 tad-dokumenti msemmija fl-intestatura 2.1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva).




    Appendiċi 1

    image

    image




    Appendiċi 2

    image

    image

    image




    Appendiċi 3

    EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

    image

    Figura 1

    Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

    image

    Figura 2

    Marka simplifikata ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess assemblaġġ

    (Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki ta’ approvazzjoni).

    MUDELL A

    image

    MUDELL B

    image

    MUDELL C

    Nota:

    It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u C, jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora:

     retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32), sekwenza Nru 02;

     indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71), sekwenza Nru 01;

     fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 54), sekwenza Nru 02;

     fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 60), sekwenza Nru 00;

     fanal tar-rivers (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 72), sekwenza Nru 00;

     fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE sekwenza Nru 02;

     fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvata skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE, sekwenza Nru 00.




    L-ANNESS II

    IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Din id-Direttiva tgħodd għall-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

    2.   ĦTIĠIJIET TEKNIĊI

    2.1.

    Il-ħtiġijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 4 UN-ECE li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

     ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) ( 6 ),

     is-Suppliment 1 għar-Regolament 4 ( 7 ),

     is-Suppliment 2 għar-Regolament 4 ( 8 ),

     is-Supplimenti 3 u 4 għar-Regolament Nru 4 ( 9 ),

     is-Suppliment 5 għar-Regolament Nru 4 ( 10 ),

    minbarra:

    2.1.1.

    Fejn issir riferenza għal “Regolament Nru 48”, din għandha tinftiehem bħala riferenza għal “Direttiva 76/756/KEE”.

    2.1.2.

    Fejn issir riferenza għal “Regolament Nru 37”, din għandha tinftiehem bħala “L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE”.



    ( 1 ) ĠU C 76, tas-7.4.1975, p. 37.

    ( 2 ) ĠU C 248, tad-29.10.1975, p. 23.

    ( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    ( 4 ) ĠU L 262, tat-27.9.1976, p. 1.

    ( 5 ) Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument E/KEE/324, l-Addendum 3, l-Emenda 1 tad-29 ta’ Ottubru 1975.

    (

    6



    E/ECE/324

    right accolade Add. 3.

    E/ECE/TRANS/505

    (

    7



    E/ECE/324

    right accolade Add. 3./Amend. 1 u../Amend. 1/Corr. 1

    E/ECE/TRANS/505

    (

    8



    E/ECE/324

    right accolade Add. 3./Amend. 2.

    E/ECE/TRANS/505

    (

    9



    E/ECE/324

    right accolade Add. 3/Amend. 3.

    E/ECE/TRANS/505

    ( 10 ) TRANS/WP.29/447.

    Top