This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1669R(01)
1669/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1669/2006 tat- 8 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
1669/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1669/2006 tat- 8 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
OV L 84M, 31.3.2009, p. 510–536
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1669/corrigendum/2009-03-31/oj
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/510 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1669/2006 tat-8 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1669/2006
tat-8 ta’ Novembru 2006
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga (2) kien emendat sostanzjalment għal diversi drabi (3). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, dan ir-Regolament għandu jkun kodifikat. |
(2) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jorbot il-ftuħ ta’ intervent pubbliku għall-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru. Għaldaqstant għandhom ikunu stabbiliti regoli biex ikunu kkalkulati l-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-kwalitajiet li għandhom jintużaw u l-ippeżar, il-koeffiċjenti li għandhom jintużaw biex ikunu kkonvertiti fil-grad ta’ kwalità ta’ referenza R3 u l-mekkaniżmi għall-ftuħ u l-għeluq tax-xiri għall-ħżin. |
(3) |
Il-kundizzjonijiet għall-eliġibilità għandhom jeskludu prodotti li mhumiex rappreżentattivi tal-produzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru u li ma jilħqux ir-regoli tas-saħħa u veterinarji fis-seħħ u dawk fuq piż normalment imfittex fis-suq. L-eliġibilità tal-karkassi taċ-ċanga tal-grad O3, li jistgħu jinxtraw l-Irlanda, għandha tkun estiża wkoll għall-Irlanda ta’ Fuq sabiex ikunu evitati diflessjonijiet tal-kummerċ li jistgħu jiddisturbaw is-suq taċ-ċanga f’dik il-parti tal-Komunità. |
(4) |
Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-identifikar ta’ karkassi eliġibbli li jeħtieġu li n-numru tal-qatla jkun ittimbrat fuq in-na ta’ ġewwa ta’ kull kwart tal-annimal. Rigward il-preżentazzjoni, il-karkassi għandhom jitqattgħu b’mod unifromi biex ikun faċilitat id-disponiment mill-qatgħat, jittejjeb il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ boning u bħala riżultat ikun żgurat li l-qatgħat jilħqu l-istess definizzjoni fil-Komunità kollha. Għal dak il-għan, il-karkassi għandhom ikunu maqtugħa straight u l-biċċa ta’ quddiem u ta’ wara għandhom ikunu ddefiniti bħala b’ħames kustilji u bi tmien kustilji rispettivament sabiex jitnaqqas għall-minimu n-numru ta’ qatgħat bla għadam u t-trufijiet u biex isir l-aħjar użu tal-prodotti akkwistati. |
(5) |
Sabiex tkun evitata l-ispekulazzjoni li tista’ twassal għal distorsjoni tas-sitwazzjoni vera tas-suq, il-partijiet interessati għandhom kull waħda minnhom tkun tista’ tippreżenta biss offerta waħda għal kull kategorija b’risposta għal kull sejħa għall-offerti. Sabiex ikun evitat l-użu ta’ frontmen, il-“partijiet interessati” għandhom ikunu ddefinita bħala li jinkludu biss il-kategorija ta’ operaturi li huma tradizzjonalment involuti f’intervent minħabba l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
(6) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fil-qasam tal-preżentazzjoni tal-offerti, għandu jsir ukoll provvediment għall-partijiet interessati biex jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti, fejn ikun xieraq, abbażi ta’ kuntratti konklużi mal-aġenziji ta’ intervent skont il-kundizzjonijiet li ser ikunu stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet. |
(7) |
Għandhom ikunu stabbiliti regoli aktar preċiżi dwar it-tressiq tal-garanziji f’kontanti sabiex l-aġenziji ta’ intervent ikunu jistgħu jaċċettaw garanziji f’ċekk. |
(8) |
Wara d-divjet dwar l-użu ta’ kwalunkwe materjal ta’ riskju speċifikat u sabiex tiġi kkunsidrata ż-żieda fl-ispejjeż li tirriżulta u t-tnaqqis fid-dħul fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, iż-żieda applikabbli għall-prezz medju tas-suq u użata biex ikun stabbilit il-prezz massimu għax-xiri għall-ħżin għandha tkun allinjata mal-ogħla ammont dak iż-żmien. |
(9) |
Rigward il-konsenja tal-prodotti kkonċernati, fid-dawl tal-esperjenza l-aġenziji ta’ intervent għandhom ikunu awtorizzati, fejn applikabbli, li jnaqqsu l-limitu taż-żmien għall-forniment tal-prodotti sabiex tkun evitata sovrapożizzjoni ta’ twassiliet relatati ma’ żewġ stediniet suċċessivi għall-offerti. |
(10) |
Ir-riskji ta’ irregolaritajiet huma partikolarment għolja meta karkassi mixtrija għall-ħżin jitneħħielhom l-għadam b’mod sistematiku. L-impjanti għar-refriġerazzjoni u t-tqattigħ taċ-ċentri ta’ intervent iridu għalhekk ikunu indipendenti mill-biċċeriji u dawk ikkonċernati li tefgħu l-offerta b’suċċess. Sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe diffikultajiet prattiċi li jistgħu jinqalgħu f’ċerti Stati Membri, jistgħu jkunu permessi derogi minn dak il-prinċipju, bil-kundizzjoni li l-kwantitajiet bl-għadam imneħħi jkunu strettament limitati u li l-kontrolli li jsiru meta l-merkanzija tibdel l-idejn jippermettu li l-laħam mingħajr għadam ikun traċċat u l-manipulazzjonijiet kemm jista’ jkun evitati. Fid-dawl tal-aħħar investigazzjonijiet, għandha titpoġġa enfasi akbar fuq il-kontrolli ta’ residwi ta’ sustanzi pprojbiti fil-laħam, u b’mod partikolari dawk is-sustanzi li għandhom azzjoni ormonali. |
(11) |
Huma biss il-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalità u preżentazzjoni stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji li jistgħu jittieħdu mill-aġenziji ta’ intervent. L-esperjenza turi li għandhom ikunu stabbiliti ċerti regoli dettaljati dwar il-mogħdija u l-kontrolli. B’mod partikolari għandu jsir provvediment għal spezzjoni preliminari li għandha titwettaq fil-biċċerja biex ikun eliminat laħam mhux eliġibbli fi stadju bikri. Sabiex tittejjeb l-affidabilità tal-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ prodotti mwassla, għandhom ikunu impjegati uffiċjali kwalifikati li l-imparzjalità tagħhom tkun iggarantita mill-indipendenza tagħhom mill-partijiet interessati kkonċernati u bir-rotazzjoni perjodika tagħhom. Għandhom ukoll ikunu speċifikati l-punti li għandhom ikunu koperti mill-ispezzjonijiet. |
(12) |
Fid-dawl tal-episodji li jinvolvu l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), il-ħtieġa li l-laħam kollu jitneħħielu l-għadam tista’ tgħin biex tillibera l-ispazju għall-ħżin li huwa meħtieġ biex ikunu trattati volumi kbar ta’ ċanga li x’aktarx tinxtara għall-ħżin, u tista’ tiffaċilita r-rimi sussegwenti tal-laħam. |
(13) |
Bil-ħsieb li jitjiebu l-kontrolli minn aġenziji ta’ intervent fuq it-teħid tal-prodotti, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura applikata, b’mod partikolari, biex ikunu definiti l-konsenji, għal spezzjoni preliminari u għal kontroll tal-piż tal-prodotti mixtrija għall-ħżin għandhom isiru aktar ċari. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam mil-laħam mixtri għall-ħżin u t-twarrib tal-prodotti, għandhom isiru aktar stretti. Dan japplika wkoll għall-ispezzjonijiet tal-prodotti waqt il-ħżin. |
(14) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-karkassi għandhom jistipulaw b’mod partikolari l-mod kif dawn għandhom jiddendlu u jispeċifikaw kwalunkwe ħsara jew immaniġġjar li probabbilment jaffettwaw il-kwalità kummerċjali tal-prodotti jew jikkontaminawhom li għandhom ikunu evitati waqt l-ipproċessar. |
(15) |
Sabiex ikun żgurat li t-tneħħija tal-għadam titwettaq b’mod korrett, l-impjanti għall-qtugħ għandu jkollhom friżer blast jew aktar fil-qrib. Id-derogi minn din il-ħtieġa għandhom jinżammu għall-minimu assolut. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-monitoraġġ kostanti u kontinwu tat-tneħħija tal-għadam għandhom ikunu stipulati, b’mod partikolari billi jkun meħtieġ li l-ispetturi jkunu indipendneti u billi jkun stabbilit in-numru minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru. |
(16) |
Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom b’mod partikolari jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward it-traċċabilità u l-ħżin bil-ħsieb li jkun iffaċilitat ir-rimi sussegwenti tal-prodotti mibjugħa għall-ħżin, billi jittieħed kont ta’ kwalunkwe ħtieġa relatata mal-istatus tas-saħħa veterinarja tal-annimali li minnhom ġew il-prodotti. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jitjieb il-ħżin tal-qatgħat u tkun simplifikata l-identifikazzjoni, l-imballaġġ għandu jkun standardizzat u l-qatgħat għandhom jissemmew bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċijiet Komunitarji. |
(17) |
Id-dispożizzjonijiet għall-ħżin f’kaxxi tal-kartun, pallets u gaġeġ għandhom isiru aktar stretti biex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni u tittejjeb il-preservazzjoni tal-prodotti maħżuna, biex tiżdied il-ġlieda kontra l-frodi u biex jittejjeb l-aċċess għall-prodotti bil-ħsieb tal-ispezzjoni u r-rimi tagħhom. |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
AMBITU
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għax-xiri għall-ħżin taċ-ċanga kif previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
KAPITOLU II
XIRI GĦALL-ĦŻIN
TAQSIMA 1
Regoli Ġenerali
Artikolu 2
Reġjuni ta’ intervent fir-Renju Unit
Ir-Renju Unit għandu jikkonsisti minn żewġ reġjuni ta’ intervent kif ġej:
— |
reġjun I: il-Gran Brittanja |
— |
reġjun II: l-Irlanda ta’ Fuq. |
Artikolu 3
Ftuħ u għeluq tax-xiri għall-ħżin b’sejħa għall-offerti
L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu japplika skont ir-regoli li ġejjin:
(a) |
bil-ħsieb li jkun aċċertat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jintlaħqu:
|
(b) |
id-deċiżjonijiet biex jinfetaħ xiri għall-ħżin għandhom isiru skont il-kategorija u l-Istat Membru jew reġjun tiegħu abbażi tal-aktar żewġ prezzijiet tas-suq għal kull ġimgħa rreġistrati riċenti; |
(c) |
id-deċiżjonijiet biex jingħalaq ix-xiri għall-ħżin għandhom isiru skont il-kategorija u l-Istat Membru jew reġjun tiegħu abbażi tal-aktar prezzijiet tas-suq għal kull ġimgħa rreġistrati riċenti. |
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għall-eliġibilità tal-prodotti
1. Il-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-regolament u li jaqgħu taħt il-kategoriji segwenti definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 (5) jistgħu jinxtraw għall-ħżin:
(a) |
laħam ta’ annimali maskili żgħar mhux ikkastrati ta’ inqas minn sentejn (kategorija A); |
(b) |
laħam ta’ annimali maskili kkastrati (kategorija C). |
2. Il-karakassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw għall-ħżin biss meta:
(a) |
ikunu akkwistaw il-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(b) |
ma jkollhom l-ebda karatteristika li tirrendi l-prodotti derivati minnhom bħala mhux tajbin għall-ħżin jew użu sussegwenti; |
(c) |
ma jkunux ġejjin minn annimali maqtula bħala riżultat ta’ miżuri ta’ emerġenza; |
(d) |
joriġinaw fil-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7); |
(e) |
ikunu ġejjin minn annimali mrobbija skont ir-rekwiżiti veterinarji prevalenti; |
(f) |
ma jaqbżux il-livelli massimi ta’ radjuattività permessi taħt ir-regolamenti Komunitarji. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodott għandha tkun immonitorjata biss jekk is-sitwazzjoni titlob hekk u biss sakemm ikun meħtieġ. Id-dewmien u l-ambitu ta’ kwalunkwe kontroll meħtieġ għandhom ikunu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999; |
(ġ) |
ikunu ġejjin minn karakassi li ma jiżnux aktar minn 340 kg. |
3. Il-karkassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw biss fejn ikunu:
(a) |
ippreżentati, fejn ikun xieraq wara l-qtugħ fi kwarti bi spejjeż tal-parti kkonċernata, skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-partijiet tal-karkassa għandhom jiġu spezzjonati biex tkun ivvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tal-punt 2 ta’ dak l-Anness. In-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe minn dawk ir-rekwiżiti għandu jirriżulta f’rifjut; fejn kwart ikun irrifjutat minħabba li jonqos li jikkonforma ma’ kundizzjonijiet bħal dawn ta’ preżentazzjoni u b’mod partikolari fejn preżentazzjoni mhux sodisfaċenti ma tkunx tista’ tittejjeb waqt il-proċedura ta’ aċċettazzjoni, il-kwart l-ieħor tal-istess nofs karkassa għandu wkoll jinċaħad; |
(b) |
ikklassifikati skont l-iskala Komunitarja prevista fir-Regolament (KE) Nru 1183/2006. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiċħdu kwalunkwe prodott li huma ma jqisux li hu klassifikat f’konformità ma’ dik l-iskala wara li jwettqu spezzjoni dettaljata tal-partijiet kollha tal-karkassa; |
(c) |
identifikati, l-ewwel, b’marki li jindikaw kategorija, il-klassi ta’ konformità u l-grad ta’ kopertura tax-xaħam u, it-tieni, b’numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla. Il-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi ta’ konformità u l-kopertura tax-xaħam għandhom ikunu perfettament leġġibbli u għandhom ikunu ttimbrati bl-użu ta’ linka mhux tossika, li ma tmurx malajr, indelibbli skont il-proċedura approvata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-ittri u n-numri għandhom ikunu għoljin mill-anqas 2 cm. Il-marki għandhom jiġu applikati lill-istrip ġenbejn fil-livell tar-raba’ vertebra lumbari tal-kwarti ta’ wara u madwar 10 sa 30 cm mit-tarf maqtugħ tal-isternu tal-kwarti ta’ quddiem. In-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla għandu jkun immarkat fin-nofs tan-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart bl-użu ta’ timbru jew markatur indelibbli awtorizzat mill-aġenija ta’ intervent; |
(d) |
ittikkettati skont is-sistema introdotta mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (8). |
Artikolu 5
Ċentri ta’ intervent
1. Iċ-ċentri ta’ intervent għandhom jingħażlu mill-Istati Membri bil-ħsieb li tkun żgurata l-effikaċja tal-miżuri ta’ intervent.
Il-faċilitajiet ta’ dawn iċ-ċentri għandhom jippermettu:
(a) |
li jittieħed laħam bl-għadam; |
(b) |
iffriżar tal-laħam kollu li ser jiġi ppreservat mingħajr aktar ipproċessar; |
(c) |
ħżin ta’ laħam bħal dan tal-inqas għal tliet xhur f’kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti. |
2. Huma biss iċ-ċentri ta’ intervent li l-impjanti għat-tqattigħ u l-impjanti għar-refriġerazzjoni tagħhom mhumiex konnessi mal-biċċerija u/jew ma’ min tefa’ l-offerta b’suċċess u li huma operati, immexxija u għandhom persunal indipendenti mill-biċċerija u/jew ma’ min tefa’ l-offerta b’suċċess li jistgħu jintgħażlu għal laħam bl-għadam intenzjonat biex jitneħħielu l-għadam.
Fil-każ ta’ diffikultajiet prattiċi, l-Istati Membri jagħmlu deroga mill-ewwel subparagrafu, bil-kundizzjoni li huma jsaħħu l-kontrolli waqt l-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 14(5).
TAQSIMA 2
Tfigħ ta’ offerti u Teħid
Artikolu 6
Ftuħ u għeluq tas-sejħiet għall-offerti
1. L-avviżi ta’ sejħa għall-offerti, l-emendi għalihom u l-għeluq tagħhom għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mis-Sibt qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti.
2. Meta jinħarġu sejħiet għall-offerti, jista’ jkun stabbilit prezz li inqas minnu l-offerti ma jkunx ammissibbli.
Artikolu 7
Sottomissjoni u notifika tal-offerti
Waqt il-perjodu kopert mis-sejħa għall-offerti, l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha tkun 12:00 a.m. (ħin ta’ Brussell) fit-tieni u r-raba’ Tlieta ta’ kull xahar, bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta’ Awwissu u r-raba’ Tlieta ta’ Diċembru meta m’għandha ssir l-ebda sottomissjoni ta’ offerti. Jekk it-Tlieta jinzerta fi btala pubblika, l-iskadenza għandha tinġieb ‘il quddiem b’24 siegħa. Fi żmien 24 siegħa mill-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti li rċevew.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu għat-tfigħ tal-offerti
1. Dawn li ġejjin biss jistgħu jitfgħu offerti:
(a) |
biċċeriji għal annimali bovini rreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), irrispettivament mill-istatus legali tagħhom; u |
(b) |
negozjanti tal-bhejjem jew tal-laħam li jsirilhom qtil hemmhekk f’isimhom u li huma mdaħħla f’reġistru tal-VAT nazzjonali. |
2. B’risposta għas-sejħiet għall-offerti, il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw l-offerti tagħhom lill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri fejn inħarġu, jew billi jressqu offerta bil-miktub li tingħatalhom riċevuta għaliha jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni bil-miktub aċċettat mill-aġenzija ta’ intervent, b’avviż ta’ riċeviment.
Il-preżentazzjoni tal-offerti tista’ tkun soġġetta għal kuntratti b’termini stabbiliti mill-aġenziji ta’ intervent u skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.
3. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss offerta waħda għal kull kategorija b’risposta għal kull sejħa għall-offerti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jitfgħu l-offerti huma indipendenti minn xulxin f’termini tat-tmexxija, il-persunal u l-operazzjonijiet tagħhom.
Fejn ikun hemm indikazzjonijiet serji li juru l-kuntrarju jew li dawk li tefgħu l-offerti ma jkunux konformi mal-fatti ekonomiċi, l-offerti għandhom jitqiesu ammissibbli biss fejn min jitfa’ l-offerta jippreżenta evidenza adatta ta’ konformità mat-tieni subparagrafu.
Fejn jiġi stabbilit li l-offerent ippreżenta aktar minn offerta waħda, l-offerti kollha minn dak li tefa’ l-offerti għandhom jitqiesu inammissibbli.
4. L-offerti għandhom jiddikjaraw:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-offerent; |
(b) |
il-kwantità li ntefgħet offerta għaliha, imfissra f’tunnellati, tal-prodotti tal-kategoriji speċifikati fl-avviż tas-sejħa għall-offerti; |
(c) |
il-prezz ikkwotat skont l-Artikolu 15(3), imfisser f’100 kg ta’ prodotti tal-kwalità R3 f’euro arrotondati għal mhux aktar minn żewġ postijiet deċimali. |
5. L-offerti għandhom ikunu validi jekk:
(a) |
tal-inqas ikunu relatati ma’ 10 tunnellati; |
(b) |
ikunu akkumpanjati b’impenn bil-miktub minn min tefa’ l-offerta li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha relatati mas-sejħa għall-offerti kkonċernata; u |
(c) |
tingħata prova li sal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, min tefa’ l-offerti jkun ippreżenta sigurtà għall-offerti kif previst fl-Artikolu 9 rigward is-sejħa għall-offerti kkonċernata. |
6. L-offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara li tgħaddi l-iskadenza għall-preżentazzjoni speċifikata fl-Artikolu 7.
7. L-offerti għandhom ikunu kunfidenzjali.
Artikolu 9
Garanziji
1. Iż-żamma tal-offerti wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti u l-forniment tal-prodotti lill-maħżen indikat mill-aġenzija ta’ intervent fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 13(2) għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti primarji, li t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat bil-preżentazzjoni ta’ sigurtà ta’ EUR 30 għal kull 100 kg.
Il-garanziji għandhom ikunu ppreżentati mal-aġenzija ta’ intervent fl-Istat Membru fejn hi ppreżentata l-offerta.
2. Il-garanziji għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ depożiti f’kontanti kif iddefinit fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (10).
3. Fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti li ma jkunux aċċettabbli, il-garanziji għandhom ikunu rilaxxati hekk kif ikun ippubblikat ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.
Fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti li jiġu aċċettati, il-garanziji għandhom ikunu rilaxxati wara t-tkomplija tat-teħid tal-prodotti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(7) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Għoti
1. Fid-dawl tal-offerti riċevuti b’risposta għal kull sejħa għat-tressiq tal-offerti u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandu jiġi stabbilit prezz ta’ bejgħ għall-ħżin massimu għall-kwalità R3 għal kull kategorija.
Fejn iċ-ċirkostanzi partikolari jitolbu hekk, jista’ jiġi stabbilit prezz differenti minn Stat Membru jew reġjun tiegħu biex jirrifletti l-prezzijiet tas-suq medji rreġistrati.
2. Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma jsir l-ebda għoti.
3. Jekk il-kwantitajiet totali offerti fi prezz ugwali għal jew inqas mill-prezz massimu jaqbżu l-kwantitajiet li ser jinxtraw għall-ħżin, il-kwantitajiet mogħtija jistgħu jitnaqqsu għal kull kategorija billi jiġu applikati koeffiċjenti ta’ tnaqqis, biex jaqgħu b’ammont li jiżdied progressivament mad-differenzjal tal-prezz u l-kwantitajiet koperti mis-sejħiet għall-offerti.
Fejn iċ-ċirkostanzi partikolari jitolbu hekk, koeffiċjenti ta’ tnaqqis bħal dawn jistgħu jvarjaw minn Stat Membru jew reġjun tiegħu bil-ħsieb li jkun żgurat li l-mekkaniżmi ta’ intervent jiffunzjonaw sew.
Artikolu 11
Prezz massimu tax-xiri għall-ħżin
1. L-offerti m’għandhomx jiġu kkunsidrati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat skont il-kategorija f’kull Stat Membru jew reġjun tiegħu, ikkonvertit fi kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti mniżżla fl-Anness I, flimkien ma’ EUR 10 għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-offerti għandhom jiġu rrifjutati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz massimu kif imsemmi fl-Artikolu 10 għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.
3. Fejn il-prezz tax-xiri għall-ħżin mogħti minn dawk li tefgħu l-offerti jkun ogħla mill-prezz medju tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-prezz mogħti għandu jkun aġġustat billi jkun immultiplikat bil-koeffiċjent akkwistat billi tiġi applikata l-formola A fl-Anness IV. Madankollu, dak il-koeffiċjent ma jistax:
(a) |
ikun akbar minn 1; |
(b) |
jirriżulta fi tnaqqis fil-prezz mogħti li jkun ikbar mid-differenza bejn dak il-prezz u l-prezz medju tas-suq. |
Jekk l-Istat Membru jkollu dejta affidabbli u jkolli mezzi adatti ta’ verifika, hu jista’ jiddeċiedi li jikkalkula l-koeffiċjent għal kull l-offerent bl-użu tal-formola B fl-Anness IV.
4. Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dawn is-sejħiet għall-offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 12
Limitazzjoni tax-xiri għall-ħżin
Fejn l-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri jkunu offruti laħam fi kwantitajiet akbar milli jistgħu jieħdu, huma jistgħu jillimitaw ix-xiri għall-ħżin għall-kwantitajiet li jistgħu jittrattaw fit-territorju tagħhom jew f’wieħed mir-reġjuni tagħhom għal intervent.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza tal-aċċess għall-partijiet kollha kkonċernati fil-każ ta’ limitazzjoni bħal din.
Artikolu 13
Notifika ta’ dawk li tefgħu offerta b’suċċess u forniment
1. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jinformaw lil dawk li tefgħu l-offerti b’mod individwali immedjatament bir-riżultat tal-offerti tagħhom.
L-aġenziji ta’ intervent għandhom joħorġu ordnijiet għall-forniment innumerati immedjatament lil dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess, li jiddikjaraw:
(a) |
il-kwantità li għandha tkun fornuta; |
(b) |
il-prezz li bih saret l-għotja; |
(c) |
l-iskeda taż-żmien għall-forniment tal-prodotti; |
(d) |
iċ-ċentru jew ċentri ta’ intervent fejn għandu jsir il-forniment. |
2. Dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess għandhom ifornu l-prodotti mhux aktar tard minn 17-il jum kalendarju wara l-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara l-pubblikazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi l-prezz massimu għax-xiri għall-ħżin u l-kwantitajiet ta’ ċanga li għandha tinxtara għall-ħżin.
Madankollu, il-Kummissjoni tista’, skont il-kwantitajiet mogħtija, testendi dak il-perijodu b’ġimgħa. Il-fornimenti jistgħu jinqasmu f’aktar minn konsenja waħda. Barra dan, l-aġenziji ta’ intervent jistgħu, meta jistabbilixxu l-iskeda taż-żmien tal-prodotti, inaqqsu dak il-perijodu għal mhux inqas minn 14-il jum kalendarju.
Artikolu 14
Teħid
1. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jieħdu l-laħam fil-punt tal-użin tad-dħul fl-impjant għat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ intervent.
Il-prodotti għandhom jitwasslu f’konsenji ta’ kwantità bejn 10 u 20 tunnellata. Madankollu, il-kwantità tista’ tkun inqas minn 10 tunnellati biss jekk il-bilanċ finali tal-offerta oriġinali jew jekk l-offerta oriġinali kienet skalata lura taħt 10 tunnellati.
Il-prodotti fornuti għandhom ikunu aċċettati u meħuda soġġetti għal verifika mill-aġenzija ta’ intervent li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(e) u b’mod partikolari l-assenza ta’ sustanzi pprojbiti taħt l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (11) għandha tkun ivverifikata b’analiżi ta’ kampjun, li d-daqs u l-kampjunar tiegħu huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti.
2. Fejn ma ssir l-ebda spezzjoni preliminari immedjatament wara l-ħatt fil-post għall-ħatt tal-biċċerija u qabel it-trasport għaċ-ċentru ta’ intervent, in-nofs karkassi għandhom ikunu identifikati kif ġej:
(a) |
fejn ikunu sempliċement immarkati, il-marki għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 4(3)(c), u dokument li jispeċifika n-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla u d-data tal-qatla relatata man-nofs karkassa għandu jkun komplut; |
(b) |
fejn barra minn dan ikunu ttikkettati, it-tikketti għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/91 (12). |
Fejn in-nofs karkassi jitqattgħu fi kwarti, l-ikkwartjar għandu jitwettaq skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Bil-ħsieb ta’ aċċettazzjoni, il-kwarti għandhom ikunu miġburin flimkien f’karkassi jew nofs karkassi fil-ħin tat-teħid. Fejn in-nofs karkassi ma jkunux mqattgħin fi kwarti qabel it-trasport lejn iċ-ċentru ta’ intervent, huma għandhom jitqattgħu skont l-Anness III mal-wasla tagħhom.
Fil-punt ta’ aċċettazzjoni, kull kwart għandu jkun identifikat b’tikketta li tikkonforma mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-għeruq tal-qasba/riġel fuq il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara jew l-għerq tal-għonq fuq il-falda tal-kwart ta’ quddiem u ta’ wara mingħajr ma jintużaw rabbata tal-metall jew tal-plastik.
Il-proċedura ta’ aċċettazzjoni għandha tinkludi kontroll sistematiku tal-preżentazzjoni, klassifikazzjoni, piż u tikkettar ta’ kull kwart imwassal. It-temperatura tal-kwart ta’ wara ta’ kull karkassa għandha wkoll tkun ikkontrollata. B’mod partikolari l-ebda karkassa m’għandha tkun aċċettata meta taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g).
3. Tista’ titwettaq spezzjoni preliminari immedjatament qabel ma jinħatt il-laħam fil-post għall-ħatt tal-biċċerija u din għandha tkopri l-piż, il-klassifikazzjoni, il-preżentazzjoni u t-temperatura tan-nofs karkassi. B’mod partikolari l-ebda karkassa m’għandha tkun aċċettata jekk taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g). Il-prodotti miċħuda għandhom ikunu mmarkati bħala tali u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għal spezzjoni jew aċċettazzjoni preliminari.
Spezzjonijiet bħal dawn għandhom ikopru kunsinji sa 20 tunnellata ta’ nofs karkassi kif stabbilit mill-aġenzija ta’ intervent. Madankollu, fejn l-offerta tinvolvi kwarti, l-aġenzija ta’ intervent tista’ tippermetti konsenja ta’ aktar minn 20 tunnellata ta’ nofs karkassi. Fejn aktar minn 20 % tan-numru totali ta’ nofs karkassi fi kwalunkwe konsenja spezzjonata jiġi miċħud, il-konsenja kollha għandha tiġi rrifjutata skont il-paragrafu 6.
Qabel ma n-nofs karkassi jiġu trasportati għaċ-ċentru ta’ intervent, huma għandhom jitqattgħu fi kwarti skont l-Anness III. Kull kwart għandu jintiżen b’mod sistematiku u jiġi identifikat b’tikketta li tikkonforma mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jitwaħħlu direttament mal-għerq tal-qasba/riġel fuq il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara jew l-għerq tal-għonq fuq il-falda tal-kwart ta’ wara u ta’ quddiem mingħajr ma jintużaw rabbata tal-metall jew tal-plastik.
Il-kwarti minn kull karkassa mbagħad għandhom ikunu gruppati għall-iskopijiet tal-proċedura ta’ aċċettazzjoni b’karkassa jew nofs karkassa fil-ħin tat-teħid.
Lista ta’ kontroll li trodd id-dettalji kollha tan-nofs karkassi jew kwarti, inkluż in-numru ta’ nofs karkassi jew kwarti ppreżentati u jew aċċettati jew miċħuda, għandha takkumpanja kull konsenja sal-punt tal-aċċettazzjoni. Il-lista ta’ kontroll għandha tingħata lill-uffiċjal għall-aċċettazzjoni.
Għandu jitwaħħal siġill mal-mezz tat-trasport qabel dan jitlaq mill-biċċerija. In-numru tas-siġill għandu jintwera fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa jew lista ta’ kontroll.
Il-proċedura ta’ aċċettazzjoni għandha tinkludi kontrolli tal-preżentazzjoni, klassifikazzjoni, piż, ittikkettar u temperatura tal-kwarti mwassla.
4. L-ispezzjoni preliminari u l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti għal intervent għandhom jitwettqu minn uffiċjal tal-aġenzija ta’ intervent jew persuna awtorizzata minn dan tal-aħħar li jkun klassifikatur kwalifikat, ma jkunx involut fi klassifikazzjoni fil-biċċerija u jkun totalment indipendenti minn min tefa’ l-offerta b’suċċess. Din l-awtonomija għandha tkun żgurata b’mod partikolari bir-rotazzjoni perjodika ta’ uffiċjali bħal dawn bejn iċ-ċentri ta’ intervent.
Fil-ħin tat-teħid, il-piż totali tal-kwarti f’kull konsenja għandu jkun irreġistrat u r-reġistrazzjoni tinżamm mill-aġenzija ta’ intervent.
Dokument li jirreġistra d-dettalji sħaħ tal-piż u n-numru tal-prodotti ppreżentati u jew aċċettati jew miċħuda għandu jiġi komplut mill-uffiċjal għall-aċċettazzjoni.
5. Ir-rekwiżiti rigward l-identifikazzjoni, il-forniment u l-kontrolli għat-teħid ta’ laħam bla għadam intenzjonat biex jitneħħielu l-għadam f’ċentri ta’ intervent li ma jilħaqx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
fil-ħin tat-teħid kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara biex jitneħħewlhom l-għadam għandhom ikunu identifikati bl-ittri “INT” immarkati fin-naħat kemm ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(3)(c) biex ikunu mmarkati l-kategorija u n-numru tal-qatla u l-postijiet fejn għandhom isiru marki bħal dawn; madankollu, l-ittri “INT” għandhom ikunu mmarkati fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart fil-livell tat-tielet jew ir-raba’ kustilja tal-kwarti ta’ quddiem u s-seba’ jew it-tmien kustilja tal-kwarti ta’ wara; |
(b) |
il-codfat għandu jibqa’ mwaħħal mal-ħin tat-teħid u għandu jitneħħa qabel l-użin; |
(c) |
il-prodotti fornuti għandhom jitqassmu f’konsenji kif definit fil-paragrafu 1. |
Fejn karkassi jew kwarti mmarkati “INT” jinstabu barra ż-żoni riservati għalihom, l-Istat Membru għandu jwettaq inkjesta, jieħu miżuri adatti u jinforma lill-Kummissjoni b’dan.
6. Fejn aktar minn 20 % tal-konsenja ppreżentata tiġi rrifjutata, f’termini ta’ numru ta’ nofs karkassi jew kwarti ppreżentati, il-konsenja sħiħa għandha tiġi rrifjutata u l-prodotti kollha għandhom ikunu mmarkati bħala tali u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għal spezzjoni preliminari jew aċċettazzjoni.
7. Jekk il-kwantità fil-fatt fornuta u aċċettata tkun inqas mill-kwantità mogħtija, il-garanzija għandha:
(a) |
tinħareġ bis-sħiħ fejn id-differenza ma tkunx aktar minn 5 % jew 175 kg; |
(b) |
ħlief f’każijiet ta’ force majeure, tintilef:
|
Artikolu 15
Prezz li għandu jitħallas lil dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess
1. Mill-45 jum wara t-tkomplija tat-teħid tal-prodotti sal-65 jum wara dan, l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas lil dawk li tefgħu l-offerta b’suċċess il-prezz ikkwotat fl-offerti tagħhom.
2. Għandu jsir ħlas biss għall-kwantità li fil-fatt kienet fornuta u aċċettata. Madankollu, jekk il-kwantità fil-fatt fornuta u aċċettata tkun akbar mill-kwantità mogħtija, għandu jsir ħlas għall-kwantità mogħtija.
3. Fejn jittieħdu kwalitajiet barra mill-kwalità R3, il-prezz li għandu jitħallas lil dawk li tefgħu l-offerta b’suċċess għandu jkun aġġustat billi jiġi applikat il-koeffiċjent għall-kwalità mixtrija kif imniżżel fl-Anness I.
4. Il-prezz tax-xiri għall-ħżin għal laħam li jkun intenzjonat kollu biex jitneħħielu l-għadam għandu jkun il-prezz liberu fil-punt tal-użin tad-dħul tal-impjant għat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ intervent.
L-ispejjeż għall-ħatt għandhom jintrefgħu minn min tefa’ l-offerta b’suċċess.
Artikolu 16
Rata tal-kambju
Ir-rata li għandha tkun applikata għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 11 u l-prezz li bih saret l-għotja għandha tkun ir-rata tal-kambju applikabbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-prezz massimu tax-xiri għall-ħżin u l-kwantitajiet ta’ ċanga li għandha tinxtara taħt is-sejħa għall-offerti kkonċernata.
KAPITOLU III
TNEĦĦIJA TAL-GĦADAM MINN LAĦAM MIXTRI MINN AĠENZIJI TA’ INTERVENT
Artikolu 17
Ħtieġa ta’ tneħħija tal-għadam
L-aġenziji ta’ intervent għandhom ineħħu l-għadam miċ-ċanga kollha mixtrija.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet ġenerali rigward it-tneħħija tal-għadam
1. It-tneħħija tal-għadam tista’ titwettaq biss f’impjanti għat-tqattigħ irreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u bi friżer blast waħda jew aktar magħhom.
Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga għal perjodu limitat mill-obbligi koperti fl-ewwel subparagrafu. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżviluppi preżenti fl-impjant u l-ħtiġiet ta’ apparat, saħħa u kontroll u l-objettiv ta’ armonizzazzjoni gradwali f’dan il-qasam.
2. Il-qatgħat bl-għadam imneħħi jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-rekwiżiti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
3. It-tneħħija tal-għadam ma tistax tibda qabel ma jkun tlesta it-teħid tal-konsenja kkonċernata.
4. Ma jista’ jkun preżenti l-ebda laħam ieħor fil-kamra tat-tqattigħ meta ċ-ċanga ta’ intervent ikun qed jitneħħielha l-għadam, trattat jew imballat.
Madankollu, jista’ jkun preżenti majjal fil-kamra tat-tqattigħ fl-istess ħin maċ-ċanga, bil-kundizzjoni li jiġi pproċessat f’linja tal-produzzjoni separata.
5. L-attivitajiet kollha tat-tneħħija tal-għadam għandhom isiru bejn is-7 a.m. u s-6 p.m.; it-tneħħija tal-għadam m’għandhiex issir is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-vaganzi pubbliċi. Dawk is-sigħat jistgħu jkunu estiżi b’sagħtejn, bil-kundizzjoni li jkunu preżenti l-awtoritajiet għall-ispezzjoni.
Jekk it-tneħħija tal-għadam ma tkunx tista’ ssir fil-jum tat-teħid, għandhom jitwaħħlu siġilli mill-awtoritajiet kompetenti mal-kmamar għar-refriġerazzjoni fejn jinħażnu l-prodotti u dawn jistgħu jinkisru biss mill-istess awtoritajiet meta titkompla t-tneħħija tal-għadam.
Artikolu 19
Kuntratti u speċifikazzjonijiet
1. It-tneħħija tal-għadam għandha titwettaq b’kuntratt b’termini stabbiliti mill-aġenziji ta’ intervent u skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.
2. L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji ta’ intervent għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-impjanti għat-tqattigħ, għandhom jispeċifikaw l-impjant u l-apparat meħtieġ u għandhom jiżguraw li jkun hemm adeżjoni mar-regoli Komunitarji dwar il-preparazzjoni tal-qatgħat.
Huma għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jkopru t-tneħħija tal-għadam, li jispeċifikaw il-metodu ta’ preparazzjoni, ittrimjar, imballaġġ, iffriżar u preservazzjoni tal-qatgħat bl-iskop tat-teħid tagħhom mill-aġenzija ta’ intervent.
L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji ta’ intervent jistgħu jinkisbu mill-partijiet interessati mill-indirizzi fl-Anness VI.
Artikolu 20
Monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam
1. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ fiżiku kontinwu tal-operazzjonijiet kollha tat-tneħħija tal-għadam.
Monitoraġġ bħal dan għandu jkun iddelegat lil korpi li huma għal kollox indipendenti mill-kummerċjanti, il-biċċiera jew il-magazzinieri inkwistjoni. F’każijiet bħal dawn, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom iwettqu spezzjoni mhux imħabbra tat-tneħħija tal-għadam mil-laħam kopert minn kull offerta. Waqt spezzjonijiet bħal dawn, għandhom jitwettqu kontrolli każwali ta’ kaxex ta’ qatgħat qabel u wara l-iffriżar u l-kwantitajiet użati għandhom jitqabblu mal-kwantitajiet prodotti fuq naħa u l-għadam, ix-xaħam u t-trimmings fuq l-oħra. Kontrolli bħal dawn għandhom ikopru tal-inqas 5 % tal-kaxxi mimlija matul il-jum b’qatgħa partikolari u, fejn ikun hemm kaxxi suffiċjenti, minimu ta’ ħames kaxxi għal kull qatgħa.
2. Il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara għandu jitneħħielhom l-għadam separatament. Rigward kull jum tat-tneħħija tal-għadam:
(a) |
għandu jsir tqabbil bejn in-numru ta’ qatgħat u l-kaxxi mimlija; |
(b) |
għandha timtela formola li turi separatament dak li rriżulta mit-tneħħija tal-għadam tal-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara. |
Artikolu 21
Kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam
1. Waqt it-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar u l-imballaġġ qabel l-iffriżar, it-temperatura interna taċ-ċanga m’għandha fl-ebda ħin tkun aktar minn + 7 °C. Il-qatgħat ma jistgħux jiġu ttrasportati qabel ma jkunu ffriżati blast, ħlief taħt id-derogi previsti fl-Artikolu 18(1).
2. It-tikketti u l-materja esterna kollha għandha titneħħa għal kollox immedjatament qabel it-tneħħija tal-għadam.
3. L-għadam, l-għeruq, il-qarquċa, il-biċċa tal-għonq u tad-dahar (paddywack) (ligamentum nuchae) u t-tessuti konnettivi raffi għandhom jitneħħew għal kollox. L-ittrimjar tal-qatgħat għandu jkun limitat għat-tneħħija tax-xaħam, il-qarquċ, l-għeruq, il-kapsuli tal-konnessjoni u ttrimjar ieħor speċifikat. It-tessuti nervużi u limfatiċi ovvji kollha għandhom jitneħħew.
4. Il-vini u l-arterji kbar kollha u l-għoqiedi tad-demm u l-partijiet maħmuġa għandhom jitneħħew bil-għaqal bi ftit ittrimjar kemm jista’ jkun.
Artikolu 22
Ippakkjar tal-qatgħat
1. Il-qatgħat għandhom jiġu ppakkjati immedjatament wara li jitneħħielhom l-għadam b’mod li l-ebda parti tal-laħam ma tiġi f’kuntatt dirett mal-kartun tal-kaxxa, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
2. Il-politin użat biex jiksi l-kaxxi u l-folji jew boroż tal-politin użati biex jitgeżwru l-qatgħat għandhom ikunu ħoxnin mill-inqas 0,05 mm u adatti biex jitgeżwru oġġetti tal-ikel.
3. Il-kaxxi, il-pallets u l-gaġeġ użati għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII.
Artikolu 23
Ħżin tal-qatgħat
L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li ċ-ċanga kollha bla għadam mixtrija għall-ħżin tinħażen separatament u tkun faċilment identifikabbli skont is-sejħa għall-offerta, qatgħa u xahar tal-ħażna.
Il-qatgħat akkwistati għandhom jinħażnu f’cold stores fit-territorju tal-Istat Membru li jeżerċita ġurisdizzjoni fuq l-aġenzija ta’ intervent.
Bl-eċċezzjoni ta’ derogi speċifiċi previsti taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, cold stores bħal dawn għandhom ikunu kapaċi jżommu ċanga mingħajr għadam allokata mill-aġenzija ta’ intervent għal mill-anqas tliet xhur taħt kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.
Artikolu 24
Spejjeż għat-tneħħija tal-għadam
Il-kuntratti kif imsemmija fl-Artikolu 19(1) u l-pagamenti magħmula skont il-kuntratti għandhom ikopru l-operazzjoni u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari:
(a) |
l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trasport ta’ prodotti bl-għadam għall-impjant tat-tqattigħ wara l-aċċettazzjoni; |
(b) |
it-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar, l-imballaġġ u l-iffriżar blast; |
(c) |
il-ħżin, it-tagħbija u l-ġarr tal-qatgħat iffriżati u t-teħid tagħhom mill-aġenziji ta’ intervent fil-cold stores indikati minnhom; |
(d) |
l-ispiża tal-materjali, b’mod partikolari għall-imballaġġ; |
(e) |
il-valur ta’ kwalunkwe għadam, xaħam u trimmings li jifdal fl-impjanti tat-tqattigħ mill-aġenziji ta’ intervent. |
Artikolu 25
Limiti taż-żmien
It-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar u l-imballaġġ għandu jitlesta fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-qtil. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jqassru dawn il-limiti taż-żmien.
L-iffriżar blast għandu jitwettaq immedjatament wara l-imballaġġ, billi jibda fi kwalunkwe każ fl-istess jum; il-kwantità tal-laħam li jitneħħielu l-għadam ma tistax taqbeż il-kapaċità ta’ kuljum tal-friżers blast.
It-temperatura interna tal-laħam bl-għadam imneħħi għandha titnaqqas għal – 7 °C jew inqas fi żmien 36 siegħa waqt l-iffriżar blast.
Artikolu 26
Rifjut ta’ prodotti
1. Fejn il-kontrolli speċifikati fl-Artikolu 20(1) juru ksur mill-impjant għat-tneħħija tal-għadam tal-Artikoli 17 sa 25 rigward qatgħa partikolari, dawk il-kontrolli għandhom ikunu estiżi biex ikopru 5 % oħra tal-kaxxi mimlija fil-jum inkwistjoni. Fejn jinstab aktar ksur, għandhom jiġu kkontrollati kampjuni addizzjonali li jammontaw għal 5 % tan-numru totali ta’ kaxxi tal-qatgħa rilevanti. Meta, fir-raba’ kontroll ta’ 5 %, tal-inqas 50 % tal-kaxxi jinstab li jiksru dawk l-Artikoli, il-produzzjoni sħiħa tal-jum ta’ dik il-qatgħa għandha tkun ikkontrollata. Madankollu, m’għandux ikun meħtieġ kontroll tal-produzzjoni kollha tal-jum ladarba tal-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstab li huma fi ksur.
2. Meta, abbażi tal-paragrafu 1, inqas minn 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstabu fi ksur, il-kontenuti kollha ta’ dawk il-kaxxi għandhom jiġu rrifjutati u m’għandu jsir ebda ħlas għalihom. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz muri fl-Anness VIII għall-qatgħat li nċaħdu.
Jekk mill-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstabu fi ksur, il-produzzjoni kollha tal-jum ta’ dik il-qatgħa partikolari għandha tiġi rrifjutata mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz muri fl-Anness VIII għall-qatgħat li nċaħdu.
Jekk mill-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħat differenti prodotti matul il-jum jinstabu li huma fi ksur, il-produzzjoni kollha tal-jum għandha tiġi rrifjutata mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz imħallas mill-aġenzija lil min tefa’ l-offerta b’suċċess skont l-Artikolu 15 għall-prodotti bl-għadam oriġinali mixtrija u li, wara li tneħħielhom l-għadam, inċaħdu, b’dak il-prezz jiżdied b’20 %.
Fejn ikun applikabbli t-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, fejn minħabba negliġenza serja jew frodi l-impjant għat-tneħħija tal-għadam jonqos milli jikkonforma mal-Artikoli 17 sa 25:
(a) |
il-prodotti kollha akkwistati wara t-tneħħija tal-għadam matul il-jum li għalih jiġi stabbilit nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu rrifjutati mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas, |
(b) |
l-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz li għandu jitħallas mill-aġenzija lil min tefa’ l-offerta b’suċċess skont l-Artikolu 15 għall-prodotti oriġinali bl-għadam mixtrija għall-ħżin u li, wara li tneħħielhom l-għadam, inċaħdu skont il-punt (a), b’dak il-prezz jiżdied b’20 %. |
KAPITOLU IV
KONTROLLI TA’ PRODOTTI U NOTIFIKI
Artikolu 27
Ħżin u kontrolli fuq il-prodotti
1. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li l-laħam kopert b’dan ir-Regolament jitpoġġa u jinżamm fi ħżin b’mod li jkun faċilment aċċessibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23.
2. It-temperatura tal-ħżin m’għandhiex titla’ ’l fuq minn – 17 °C.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw preservazzjoni sodisfaċenti, f’termini ta’ kwalità u kwantità, tal-prodotti maħżuna u għandhom jissostitwixxu l-imballaġġ bil-ħsara immedjatament. Huma għandhom jipprovdu għal kopertura kontra r-riskji rilevanti b’assigurazzjoni fil-forma ta’ obbligu kuntrattwali fuq il-magazzinieri jew kopertura komprensiva fuq ir-responsabbiltà li għandha l-aġenzija ta’ intervent. L-Istati Membri jistgħu wkoll jaġixxu bħala l-assiguraturi tagħhom infushom.
4. Waqt il-ħżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari fuq kwantitajiet sinifikanti tal-prodotti maħżuna wara l-għotjiet b’sejħiet għall-offerti li jsiru matul ix-xahar.
Waqt dawn il-kontrolli, kwalunkwe prodott li jinstab li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti kif stipulati f’dan ir-Regolament għandu jkun irrifjutat u jkun immarkat bħala tali. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ penali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jekk ikun meħtieġ, jirkupraw ħlasijiet mill-partijiet responsabbli.
Kontrolli bħal dawn għandhom isiru minn uffiċjali li ma jirċevux struzzjonijiet mid-dipartiment li jixtri l-laħam.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward it-traċċabilità u l-ħżin biex jippermettu li l-prodotti maħżuna jitneħħew mill-ħażna u sussegwentement jintremew b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti, billi jiġu kkunsidrati b’mod partikolari kwalunkwe rekwiżiti marbuta mal-istatus tas-saħħa veterinarja tal-annimali kkonċernati.
Artikolu 28
Notifiki
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-lista taċ-ċentri ta’ intervent u, fejn ikun possibbli, dwar il-kapaċità għall-iffriżar u l-ħżin li għandhom.
2. Fi żmien 10 ijiem kalendarji mit-tlestija ta’ kull perijodu ta’ teħid, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’teleks jew faks dwar il-kwantitajiet fornuti u aċċettati f’intervent.
3. Sa mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rigward tax-xahar preċedenti dwar:
(a) |
il-kwantitajiet mixtrija f’kull ġimgħa u f’kull xahar, imqassma skont prodotti u kwalitajiet skont l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1183/2006; |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi koperti b’kuntratt ta’ bejgħ konkluż fix-xahar ikkonċernat; |
(c) |
il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi kopert b’ordnijiet għat-tneħħija miċ-ċirkolazzjoni jew dokumenti simili maħruġa fix-xahar ikkonċernat. |
4. Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rigward tax-xahar preċedenti dwar:
(a) |
il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi akkwistati minn ċanġa bl-għadam mixtrija matul ix-xahar ikkonċernat; |
(b) |
il-ħażniet mhux kommessi u l-ħażniet fiżiċi ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi fl-aħħar tax-xahar ikkonċernat, bid-dettalji dwar it-tul taż-żmien li l-ħażniet mhux kommessi ilhom fil-ħażna. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4:
(a) |
“ħażniet mhux kommessi” ifissru ħażniet li jkunu għadhom mhumiex koperti minn kuntratt ta’ bejgħ; |
(b) |
“ħażniet fiżiċi” ifissru ħażniet mhux kommessi flimkien ma’ ħażniet koperti minn kuntratt ta’ bejgħ iżda li għadhom ma ttiħdux. |
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 29
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2000 hu revokat.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 30
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
KOEFFIĊJENTI TA’ KONVERŻJONI
Kwalitajiet |
Koeffiċjenti |
U2 |
1,058 |
U3 |
1,044 |
U4 |
1,015 |
R2 |
1,015 |
R3 |
1,000 |
R4 |
0,971 |
O2 |
0,956 |
O3 |
0,942 |
O4 |
0,914 |
ANNESS II
Productos admisibles para la intervención — Produkty k intervenci — Produkter, der er kvalificeret til intervention — Interventionsfähige Erzeugnisse — Sekkumiskõlblike toodete loetelu — Προϊόντα επιλέξιμα για την παρέμβαση — Products eligible for intervention — Produits éligibles à l'intervention — Prodotti ammissibili all'intervento — Produkti, kas ir piemēroti intervencei — Produktai, kuriems taikoma intervencija — Intervencióra alkalmas termékek — Producten die voor interventie in aanmerking komen — Produkty kwalifikujące się do skupu interwencyjnego — Produtos elegíveis para a intervenção — Produkty, ktoré môžu byť predmetom intervencie — Proizvodi, primerni za intervencijo — Interventiokelpoiset tuotteet — Produkter som kan bli föremål för intervention
BELGIQUE/BELGIË
Carcasses, demi-carcasses: Hele dieren, halve dieren:
— |
Catégorie A, classe U2/ |
— |
Categorie A, klasse U2 |
— |
Catégorie A, classe U3/ |
— |
Categorie A, klasse U3 |
— |
Catégorie A, classe R2/ |
— |
Categorie A, klasse R2 |
— |
Catégorie A, classe R3/ |
— |
Categorie A, klasse R3 |
ČESKÁ REPUBLIKA
Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:
— |
Kategorie A, třída R2 |
— |
Kategorie A, třída R3 |
DANMARK
Hele og halve kroppe:
— |
Kategori A, klasse R2 |
— |
Kategori A, klasse R3 |
DEUTSCHLAND
Ganze oder halbe Tierkörper:
— |
Kategorie A, Klasse U2 |
— |
Kategorie A, Klasse U3 |
— |
Kategorie A, Klasse R2 |
— |
Kategorie A, Klasse R3 |
EESTI
Rümbad, poolrümbad:
— |
A-kategooria, klass R2 |
— |
A-kategooria, klass R3 |
ΕΛΛΑΔΑ
Ολόκληρα ή μισά σφάγια:
— |
Κατηγορία A, κλάση R2 |
— |
Κατηγορία A, κλάση R3 |
ESPAÑA
Canales o semicanales:
— |
Categoría A, clase U2 |
— |
Categoría A, clase U3 |
— |
Categoría A, clase R2 |
— |
Categoría A, clase R3 |
FRANCE
Carcasses, demi-carcasses:
— |
Catégorie A, classe U2 |
— |
Catégorie A, classe U3 |
— |
Catégorie A, classe R2/ |
— |
Catégorie A, classe R3/ |
— |
Catégorie C, classe U2 |
— |
Catégorie C, classe U3 |
— |
Catégorie C, classe U4 |
— |
Catégorie C, classe R3 |
— |
Catégorie C, classe R4 |
— |
Catégorie C, classe O3 |
IRELAND
Carcasses, half-carcasses:
— |
Category C, class U3 |
— |
Category C, class U4 |
— |
Category C, class R3 |
— |
Category C, class R4 |
— |
Category C, class O3 |
ITALIA
Carcasse e mezzene:
— |
categoria A, classe U2 |
— |
categoria A, classe U3 |
— |
categoria A, classe R2 |
— |
categoria A, classe R3 |
ΚΥΠΡΟΣ
Ολόκληρα ή μισά σφάγια:
— |
Κατηγορία A, κλάση R2 |
LATVIJA
Liemeņi, pusliemeņi:
— |
A kategorija, R2 klase |
— |
A kategorija, R3 klase |
LIETUVA
Skerdenos ir skerdenų pusės:
— |
A kategorija, R2 klasė |
— |
A kategorija, R3 klasė |
LUXEMBOURG
Carcasses, demi-carcasses:
— |
Catégorie A, classe R2 |
— |
Catégorie C, classe R3 |
— |
Catégorie C, classe O3 |
MAGYARORSZÁG
Hasított test vagy hasított féltest:
— |
A kategória, R2 osztály |
— |
A kategória, R3 osztály |
MALTA
Karkassi, nofs karkassi:
— |
Kategorija A, klassi R3 |
NEDERLAND
Hele dieren, halve dieren:
— |
Categorie A, klasse R2 |
— |
Categorie A, klasse R3 |
ÖSTERREICH
Ganze oder halbe Tierkörper:
— |
Kategorie A, Klasse U2 |
— |
Kategorie A, Klasse U3 |
— |
Kategorie A, Klasse R2 |
— |
Kategorie A, Klasse R3 |
POLSKA
Tusze, półtusze:
— |
Kategoria A, klasa R2 |
— |
Kategoria A, klasa R3 |
PORTUGAL
Carcaças ou meias-carcaças:
— |
Categoria A, classe U2 |
— |
Categoria A, classe U3 |
— |
Categoria A, classe R2 |
— |
Categoria A, classe R3 |
SLOVENIJA
Trupi, polovice trupov:
— |
Kategorija A, razred R2 |
— |
Kategorija A, razred R3 |
SLOVENSKO
Jatočné telá, jatočné polovičky:
— |
Kategória A, akostná trieda R2 |
— |
Kategória A, akostná trieda R3 |
SUOMI/FINLAND
Ruhot, puoliruhot / Slaktkroppar, halva slaktkroppar:
— |
Kategoria A, luokka R2 / Kategori A, klass R2 |
— |
Kategoria A, luokka R3 / Kategori A, klass R3 |
SVERIGE
Slaktkroppar, halva slaktkroppar:
— |
Kategori A, klass R2 |
— |
Kategori A, klass R3 |
UNITED KINGDOM
I. Great Britain
Carcasses, half-carcasses:
— |
Category C, class U3 |
— |
Category C, class U4 |
— |
Category C, class R3 |
— |
Category C, class R4 |
II. Northern Ireland
Carcasses, half-carcasses:
— |
Category C, class U3 |
— |
Category C, class U4 |
— |
Category C, class R3 |
— |
Category C, class R4 |
— |
Category C, class O3 |
ANNESS III
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-KARKASSI, NOFS KARKASSI U KWARTI
1. |
Karkassi u nofs karkassi, friski jew imkessħa (kodiċi CN 0201), ta’ annimali maqtula mhux aktar minn sitt ijiem u mhux inqas minn jumejn qabel. |
2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
3. |
Il-prodotti kif speċifikati fil-punti 1 u 2 għandhom jiġu minn karkassi li jkun tneħħielhom tajjeb id-demm, bl-annimal ikun imqaxxar tajjeb, bil-wiċċ tal-karkassa bl-ebda mod bil-ġilda, imxaqqaq jew imbenġel; ix-xaħam tal-wiċċ m’għandux jitqatta’ jew jitneħħa għal kwalunkwe ammont sinifikanti. Il-plewra għandha tkun bla ħsara sabiex tiffaċilita d-dendil tal-kwarti ta’ wara. Il-karkassi m’għandhom jitħammġu b’ebda sors ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari materja tal-ħmieġ jew tebgħat tad-demm sinifikanti. |
4. |
Il-prodotti kif speċifikati fil-punt 2(c) u (d) għandhom jiġu minn karkassi u nofs karkassi li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt 2(a) u (b). |
5. |
Il-prodotti kif speċifikati fil-punti 1 u 2 għandhom jitkessħu immedjatament wara l-qtil għal mill-anqas 48 siegħa sabiex it-temperatura interna tagħhom fl-aħħar tal-perjodu tat-tkessiħ ma taqbiżx is-+ 7 °C. Din it-temperatura għandha tinżamm sakemm jittieħdu. |
ANNESS IV
KOEFFIĊJENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(3)
Formula A
Koeffiċjent n = (a/b)
Fejn:
a= il-medja tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati fl-Istat Membru jew reġjun tiegħu inkwistjoni għall-ġimagħtejn jew tliet ġimgħat wara dik tad-deċiżjoni tal-għoti,
b= il-prezz medju tas-suq irreġistrat fl-Istat Membru jew reġjun tiegħu inkwistjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), applikabbli għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.
Formula B
Koeffiċjent n′ = (a′/b′)
Fejn:
a′= il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa għal min tefa’ l-offerta għal annimali tal-istess kwalità jew kategorija bħala dawk ikkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn jew tliet ġimgħat wara dik tad-deċiżjoni tal-għoti,
b′= il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa minn min tefa’ l-offerta għal annimali kkunsidrati għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn użati biex ikun stabbilit il-prezz medju tas-suq applikabbli għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.
ANNESS V
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TNEĦĦIJA TAL-GĦADAM TA’ INTERVENT
1. QATGĦAT TAL-KWART TA’ WARA
1.1. Deskrizzjoni tal-qatgħat
1.1.1. Riġel ta’ intervent (kodiċi INT 11)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: Neħħi b’qatgħa li tgħaddi mill-għaqda ta’ għadmet ir-riġel u li tissepara min-naħa ta’ fuq u mill-għolja tal-koxxa billi ssegwi l-punt tal-għaqda naturali, bil-muskolu tal-għarqub imħolli mwaħħal mar-riġel. Neħħi l-għadam tar-riġel (tibia u hock).
Ittrimjar: ittrimja t-truf tal-għerq li jgħaqqad il-muskolu mal-għadam sal-laħam.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel ma jkunu imballati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.2. Falda ħoxna ta’ intervent (kodiċi INT 12)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa ta’ fuq b’qatgħa dritta ’l isfel u mal-linja tal-femur u mill-għolja tal-koxxa billi tkompli l-qatgħa ’l isfel fil-linja tal-punt tal-għaqda naturali; il-parti ta’ fuq għandha titħalla marbuta b’mod naturali.
Ittrimjar: neħħi l-patella, il-kapsula magħquda u l-għerq; il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.3. Naħa ta’ fuq ta’ intervent (kodiċi INT 13)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa u r-riġel b’qatgħa li ssegwi l-punt tal-għaqda naturali u ssepara mill-femur; neħħi l-għadma aitch.
Ittrimjar: neħħi l-pizzle butt, il-qarquċa ta’ ħdejha u l-glandola skrotali (inguinal superfiċjali); neħħi l-kartilaġni u t-tessut konnettiv assoċjat mal-għadma pelvika; il-kisja tax-xaħam tal-wiċċ m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.4. Għolja tal-koxxa ta’ intervent (kodiċi INT 14)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa ta’ fuq u r-riġel b’qatgħa li ssegwi l-linja tal-punt tal-għaqda naturali.
Ittrimjar: neħħi l-kartilaġni ħoxna qrib l-għaqda tal-għadma, l-għoqda limfali popiteali, ix-xaħam u l-għerq magħquda; il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.5. Flett ta’ intervent (kodiċi INT 15)
Tqattigħ: neħħi t-tul kollu tal-flett billi tillibera n-naħa ta’ fuq (butt end) mill-għadma tal-ġenbejn (ilium) u billi tittraċċa mal-flett qrib il-vertebri, biex b’hekk tillibera l-flett mill-ġenbejn.
Ittrimjar: neħħi l-glandola u x-xaħam. Ħalli s-silverskin u l-muskolu chain intatti u magħquda għal kollox.
Tgeżwir u imballaġġ: il-flettijiet għandhom jiġu ppakkjati b’attenzjoni għat-tul, bil-ġnub irqaq mal-ġnub ħoxnin b’mod li jalternaw, bis-silverskin ’il fuq, u m’għandhomx jintnew. Dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.6. Ramp ta’ intervent (kodiċi INT 16)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa/falda ħoxna b’qatgħa dritta minn punt madwar ħames ċentimetri mit-tarf ta’ wara tal-ħames vertebra sakrali, li tgħaddi madwar ħames ċentimetri mit-tarf anterjuri tal-għadma aitch, billi ssir attenzjoni biex ma taqtax il-falda l-ħoxna.
Issepara mill-ġenbejn b’qatgħa bejn l-aħħar vertebra lumbari u l-ewwel vertebra sakrali, billi tissepara t-tarf anterjuri tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u l-kartilaġni.
Ittrimjar: neħħi x-xaħam fuq il-wiċċ intern taħt il-muskolu tal-għajn. Il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt. Għandha ssir attenzjoni speċjali fit-tqattigħ, l-ittrimjar u l-imballaġġ ta’ din il-qatgħa ta’ valur.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.7. Striploins ta’ intervent (kodiċi INT 17)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mir-ramp b’qatgħa dritta bejn l-aħħar vertebra lumbari u l-ewwel vertebra sakrali. Issepara mill-kustilja ta’ quddiem (ħames għadam) b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja. B’mod nadif neħħi l-għadam tad-dahar.
Ittrimjar: neħħi kwalunkwe speċi ta’ kartilaġni li jifdal wara t-tneħħija tal-għadam. L-għerq għandu jitneħħa. Il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt. Għandha tingħata attenzjoni speċjali fit-tqattigħ, l-ittrimjar u l-imballaġġ ta’ din il-qatgħa ta’ valur.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
1.1.8. Falda ta’ intervent (kodiċi INT 18)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi l-falda sħiħa min-naħa ta’ wara b’qatgħa dritta tat-tmien kustilja b’qatgħa mill-punt fejn il-falda tpoġġiet lura, billi ssegwi l-punt tal-għaqda naturali ’l isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta’ wara għal punt li hu orizzontali man-nofs tal-aħħar vertebra lumbari. Kompli l-qatgħa ’l isfel f’linja dritta parallela għall-flett, mat-tlettax u s-sitt kustilja inklużi mal-linja li tgħaddi parallela mat-tarf dorsali tas-sinsla tad-dahar, b’mod li l-qatgħa ’l isfel kollha ma tkunx aktar minn ħames ċentimetri mit-tarf laterali tal-muskolu tal-għajn.
Neħħi l-għadam u l-kartilaġni kollha. Il-flett kollu għandu jibqa’ biċċa waħda.
Ittrimjar: neħħi l-kisja tat-tessut konnettiv raffa li tkopri s-sħiħa goose, billi tħalli s-sħiħa goose intatta. Ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali tax-xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbżix it-30 %.
Tgeżwir u imballaġġ: il-flett sħiħ jista’ jintena darba għall-imballaġġ. M’għandux jitqatta’ jew jitgerbeb. Meta ppakkjat, il-parti ta’ ġewwa tal-flett u s-sħiħa goose għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar. Qabel l-imballaġġ kull kaxxa għandha tinkesa bil-politin biex tippermetti tgeżwir komplut tal-qatgħa/t.
1.1.9. Kustilja ta’ quddiem ta’ intervent (ħames għadam) (kodiċi INT 19)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: din il-qatgħa għandha tkun isseparata mill-istriploins b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u għandha tinkludi mis-sitt sal-għaxar kustilja, it-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli interkostali u l-plewra f’kisja rqiqa mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-kartilaġni, inkluż it-tarf tal-iscapula.
Ittrimjar: neħħi l-ligamentum nuchae. Ix-xaħam estern m’għandu fl-ebda punt jaqbeż iċ-ċentimetru. It-tarf għandu jitħalla marbut.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
2. QATGĦAT TAL-KWART TA’ QUDDIEM
2.1. Deskrizzjoni tal-qatgħat
2.1.1. Qasba tas-sieq ta’ intervent (kodiċi INT 21)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi b’qatgħa madwar l-għaqda li tissepara l-għadma ta’ qasbet is-sieq (radius) u l-humerus. Neħħi l-għadma ta’ qasbet is-sieq (radius).
Ittrimjar: ittrimja t-truf tal-għerq li jgħaqqad il-muskolu mal-għadam sal-laħam.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
Il-qasbiet tas-sieq m’għandhomx jiġu ppakkjati mar-riġel.
2.1.2. Spalla ta’ intervent (kodiċi INT 22)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara l-ispalla mill-kwart ta’ quddiem billi taqta’ f’linja li ssegwi l-punt tal-għaqda naturali madwar it-tarf tal-ispalla u l-kartilaġni fit-tarf tal-iscapula, billi tkompli madwar il-punt tal-għaqda b’mod li l-ispalla tinqala’ mill-post naturali tagħha. Neħħi l-iscapula. Il-muskolu blade taħt l-iscapula għandu jitpoġġa lura iżda jibqa’ magħqud sabiex jippermetti t-tneħħija tajba tal-għadma. Neħħi l-humerus.
Ittrimjar: neħħi l-kartilaġni, l-għeruq u l-kapsuli tal-għaqda; ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali ta’ xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbiżx l-10 %.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
2.1.3. Sidra ta’ intervent (kodiċi INT 23)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-kwart ta’ quddiem billi taqta’ f’linja dritta perpendikulari għan-nofs tal-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli interkostali u l-plewra b’“sheeting out”, bil-kustilji, l-għadma tas-sider u l-kartilaġni. Id-deckle għandha tibqa’ magħquda mas-sidra. Ix-xaħam ta’ taħt id-deckle u l-isternum għandu jitneħħa.
Ittrimjar: ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali ta’ xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbiżx it-30 %.
Tgeżwir u imballaġġ: Kull qatgħa għandha titgeżwer individwalment fil-politin qabel tiġi ppakkjata f’kaxxa miksija bil-politin biex tippermetti tgeżwir totali tal-qatgħat.
2.1.4. Kwart ta’ quddiem ta’ intervent (kodiċi INT 24)
Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: il-qatgħa li jifdal wara t-tneħħija tas-sidra, spalla u qasba tas-sieq hi klassifikata bħala kwart ta’ quddiem.
Neħħi l-għadam tal-kustilji b’“sheeting out”. L-għadam tal-għonq għandhom jitneħħew sewwa.
Il-muskolu chain għandu jitħalla mhux mimsus ma’ din il-qatgħa.
Ittrimjar: l-għeruq, il-kapsuli tal-għaqda u l-kartilaġni għandhom jitneħħew. Ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal ta’ xaħam viżibbli (estren u interstizjali) ma jaqbiżx l-10 %.
Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.
3. IMBALLAĠĠ F’VAKWU TA’ ĊERTI QATGĦAT INDIVIDWALI
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu imballaġġ b’vakwu minflok it-tgeżwir individwali kif previst fil-punt 1 għal qatgħat tal-kodiċijiet INT 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 19
ANNESS VI
Direcciones de los organismos de intervención — Adresy intervenčních agentur — Interventionsorganernes adresser — Anschriften der Interventionsstellen — Sekkumisametite aadressid — Διευθύνσεις του οργανισμού παρέμβασης — Addresses of the intervention agencies — Adresses des organismes d'intervention — Indirizzi degli organismi d'intervento — Intervences aģentūru adreses — Intervencinių agentūrų adresai — Az intervenciós hivatalok címei — Adressen van de interventiebureaus — Adresy agencji interwencyjnych — Endereços dos organismos de intervenção — Adresy intervenčných agentúr — Naslovi intervencijskih agencij — Interventieoelinten osoitteet — Interventionsorganens addresser
BELGIQUE/BELGIË
|
|
|
|
ČESKÁ REPUBLIKA
Státní zemědělský intervenční fond (SZIF) |
Ve Smečkách 33 |
110 00 Praha 1 |
Česká republika |
Tel.: (420) 222 871 410 |
Feks: (420) 222 871 680 |
DANMARK
Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri |
Direktoratet for FødevareErhverv |
Nyropsgade 30 |
DK-1780 København V |
Tlf. (45) 33 95 80 00 |
Feks (45) 33 95 80 34 |
DEUTSCHLAND
Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE) |
Deichmanns Aue 29 |
D-53179 Bonn |
Tel. (49-228) 68 45-37 04/37 50 |
Feks (49-228) 68 45-39 85/32 76 |
EESTI
PRIA (Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet) |
Narva mnt 3 |
51009 Tartu |
Tel: (+372) 7371 200 |
Feks: (+372) 7371 201 |
ΕΛΛΑΔΑ
ΟΠΕΚΕΠΕ (Οργανισμός Πληρωμών και Ελέγχου Κοινοτικών Ενισχύσεων Προσανατολισμού και Εγγυήσεων) |
Αχαρνών 241 |
GR-10446 Αθήνα |
Τηλ. (30) 210-228 41 80 |
Φαξ (30) 210-228 14 79 |
ESPAÑA
FEGA (Fondo Español de Garantía Agraria) |
Beneficencia, 8 |
E-28005 Madrid |
Tel. (34) 913 47 65 00, 913 47 63 10 |
Feks (34) 915 21 98 32, 915 22 43 87 |
FRANCE
Office de l’élevage |
80, avenue des Terroirs-de-France |
F-75607 Paris Cedex 12 |
Tél. (33-1) 44 68 50 00 |
Feks (33-1) 44 68 52 33 |
IRELAND
Department of Agriculture and Food |
Johnston Castle Estate |
County Wexford |
Tel. (353-53) 634 00 |
Feks (353-53) 428 42 |
ITALIA
AGEA — Agenzia per le erogazioni in agricoltura |
Via Palestro, 81 |
I-00185 Roma |
Tel. (39) 06 44 94 991 |
Feks (39) 06 44 53 940/06 44 41 958 |
ΚΥΠΡΟΣ
Κυπριακός Οργανισμός Αγροτικών Πληρωμών |
Τ.Θ. 16102, CY-2086 Λευκωσία |
Οδός Μιχαήλ Κουτσόφτα 20 |
CY-2000 Λευκωσία |
Τηλ. (357) 2255 7777 |
Φαξ (357) 2255 7755 |
LATVIJA
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
Lauku atbalsta dienests |
Republikas laukums 2 |
LV-1981 Rīga, Latvija |
Tālr.: (371) 7027542 |
Fakss: (371) 7027120 |
LIETUVA
VĮ Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra |
L. Stuokos-Gucevičiaus g. 9-12 |
LT-01122 Vilnius |
Tel. (370 5) 268 50 50 |
Faksas (370 5) 268 50 61 |
LUXEMBOURG
Service d'économie rurale, section “cheptel et viande” |
113-115, rue de Hollerich |
L-1741 Luxembourg |
Tél. (352) 47 84 43 |
HUNGARY
Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal |
H-1095 Budapest, Soroksári út 22-24. |
Postacím: H-1385 Budapest. 62., Pf.: 867 |
Telefon: (+36-1) 219-4517 |
Feks: (+36-1) 219-6259 |
MALTA
Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent |
Barriera Wharf |
Valletta CMR02 |
Malta |
Tel. (+356) 22952000, 22952222 |
Feks (+356) 22952212 |
NEDERLAND
Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit |
Dienst Regelingen |
Slachthuisstraat 71 |
Postbus 965 |
6040 AZ Roermond |
Nederland |
Tel. (31-475) 35 54 44 |
Feks (31-475) 31 89 39 |
ÖSTERREICH
AMA — Agramarkt Austria |
Dresdner Straβe 70 |
A-1201 Wien |
Tel. (43-1) 33 15 12 18 |
Feks (43-1) 33 15 46 24 |
POLAND
Agencja Rynku Rolnego |
ul. Nowy Świat 6/12 |
00-400 Warszawa |
Tel. (48-22) 661 71 09 |
Faks (48-22) 661 77 56 |
PORTUGAL
INGA — Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola |
Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4-G |
P-1649-034 Lisboa |
Tel.: (+351) 21 751 85 00 |
Feks: (+351) 21 751 86 00 |
SLOVENIJA
ARSKTRP — Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja |
Dunajska 160 |
SI-1000 Ljubljana |
Tel. (386-1) 478 93 59 |
Faks (386-1) 478 92 00 |
SLOVENSKO
Pôdohospodárska platobná agentúra |
Dobrovičova 12 |
815 26 Bratislava |
Slovenská republika |
Tel.: (421-2) 59 26 61 11, 58 24 33 62 |
Feks: (421-2) 53 41 26 65 |
SUOMI/FINLAND
Maa- ja metsätalousministeriö/Jord- och skogsbruksministeriet |
Interventioyksikkö/Interventionsenheten |
PL/PB 30 |
FI-00023 VALTIONEUVOSTO/STATSRÅDET |
(Toimiston osoite: Malminkatu 16, FI-00100 Helsinki/Besöksadress: Malmgatan 16, FI-00100 Helsingfors) |
Tel. (358-9) 16 001 |
Feks (358-9) 1605 2202 |
SVERIGE
Jordbruksverket — Swedish Board of Agriculture |
Intervention Division |
S-551 82 Jönköping |
Tel. (46-36) 15 50 00 |
Feks (46-36) 19 05 46 |
UNITED KINGDOM
Rural Payments Agency |
Lancaster House |
Hampshire Court |
Newcastle upon Tyne |
NE4 7YH |
Tel. (44-191) 273 96 96 |
ANNESS VII
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL KAXXI, PALLETS U GAĠEĠ
I. Kaxxi
1. |
Il-kaxxi għandhom ikunu ta’ format u piż standard u b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu li jitpoġġew fuq xulxin fuq pallet. |
2. |
Il-kaxxi użati ma jistgħux juru isem il-biċċerija jew l-impjant għat-tqattigħ li minnhom ikun ġej il-prodott. |
3. |
Il-kaxxi għandhom jintiżnu individwalment wara li jimtlew; kaxxi mimlija b’piż stabbilit minn qabel mhumiex awtorizzati. |
4. |
Il-piż nett tal-qatgħat għal kull kaxxa ma jistax jaqbeż it-30 kg. |
5. |
Huma biss qatgħat tal-istess desinjazzjoni identifikati bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċi Komunitarju u li ġejjin mill-istess kategorija ta’ annimal li jistgħu jitpoġġew fl-istess kaxxa; il-kaxxi ma jistgħu jinkludu l-ebda biċċa ta’ xaħam jew ittrimjar ieħor taħt kwalunkwe ċirkostanza. |
6. |
Il-kaxxi għandu jkollhom is-siġilli li ġejjin:
Dawn it-tikketti għandu jkollhom fuqhom in-numru tas-serje u għandhom jitwaħħlu b’mod li jinqerdu meta tinfetaħ il-kaxxa. |
7. |
It-tikketti tal-aġenzija ta’ intervent għandhom juru n-numru tal-kuntratt, it-tip u n-numru tal-qatgħat, il-piż nett u d-data tal-imballaġġ; it-tikketti m’għandhomx ikunu inqas minn 20 cm x 20 cm. It-tikketti tal-ispezzjoni veterinarja għandhom juru n-numru tal-approvazzjoni tal-impjant għat-tqattigħ. |
8. |
In-numri tas-serje fuq it-tikketti msemmija fil-punt 6 għandhom ikunu rreġistrati rigward kull kuntratt u għandu jkun possibbli li jitqabbel in-numru ta’ kaxxi użati u t-tikketti maħruġa. |
9. |
Il-kaxxi għandhom jintrabtu b’erba’ qfieli, tnejn għat-tul u tnejn għall-wisa’ impoġġija bejn wieħed u ieħor 10 cm minn kull kantuniera. |
10. |
It-tikketti li jitqattgħu waqt l-ispezzjoni għandhom jiġu mibdula b’tikketti innumerati għas-serje, tnejn għal kull kaxxa, maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent lill-awtoritajiet kompetenti. |
II. Pallets u gaġeġ
1. |
Il-kaxxi relatati ma’ sejħiet għall-offerti differenti u li jinkludu qatgħat differenti għandhom jinħażnu fuq pallets separati skont is-sejħa għall-offerti jew bix-xahar u bil-qatgħa. Pallets bħal dawn għandhom ikunu identifikati b’tikketti li juru n-numru tas-sejħa għall-offerti, it-tip ta’ qatgħa, il-piż nett tal-prodott, il-piż tara u n-numru ta’ kaxxi għal kull qatgħa. |
2. |
Il-pożizzjoni tal-pallets u l-gaġeġ għandha tintwera fuq pjan għall-ħżin. |
ANNESS VIII
Prezzijiet individwali ta’ qatgħat ta’ intervent miċħuda għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2)
(EUR/tunnellata) |
|
Flett ta’ intervent |
22 000 |
Striploin ta’ intervent |
14 000 |
Naħa ta’ fuq ta’ intervent Ramp ta’ intervent |
10 000 |
Għolja tal-koxxa ta’ intervent Falda ħoxna ta’ intervent Kustilja ta’ quddiem ta’ intervent (b’ħames kustilji) |
8 000 |
Spalla ta’ intervent Kwart ta’ quddiem ta’ intervent |
6 000 |
Sidra ta’ intervent Riġel ta’ intervent Qasba tas-sieq ta’ intervent |
5 000 |
Falda ta’ intervent |
4 000 |
ANNESS IX
REGOLAMENT REVOKAT BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2734/2000 |
Artikolu 8 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2001 |
Artikolu 2 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2001 |
Artikolu 2 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2001 |
Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2001 |
Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2001 |
Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2005 |
|
ANNESS X
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 562/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 5 |
Artikoli 1 sa 5 |
Artikoli 6, 7 u 8 |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
Artikolu 12 |
Artikolu 9 |
Artikolu 13(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(1), it-tieni sentenza |
Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(2) u (3) |
Artikolu 10(2) u (3) |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
Artikolu 17(1), frażi introduttorja |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 17(1) punt (a) |
— |
Artikolu 17(1) punt (b), l-ewwel parti tas-sentenza |
— |
Artikolu 17(1) punt (b), it-tieni parti tas-sentenza |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 17(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 14(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 17(2), ir-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 17(2), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 14(2), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 17(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 14(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 17(3), ir-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 17(3), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 14(3), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 17(3), is-sitt subparagrafu |
Artikolu 14(3), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 17(3), is-seba’ subparagrafu |
Artikolu 14(3), is-sitt subparagrafu |
Artikolu 17(3), it-tmien subparagrafu |
Artikolu 14(3), is-seba’ subparagrafu |
Artikolu 17(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 14(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 17(4), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 14(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 17(5), (6) u (7) |
Artikolu 14(5), (6) u (7) |
Artikolu 18(1), (2) u (3) |
Artikolu 15(1), (2) u (3) |
Artikolu 18(4), l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 18(4), it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19 |
Artikolu 16 |
Artikolu 20 |
Artikolu 17 |
Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(1), l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(1), l-ewwel u t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(1), it-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 21(2) sa (5) |
Artikolu 18(2) sa (5) |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 24 |
Artikolu 21 |
Artikolu 25 |
Artikolu 22 |
Artikolu 26 |
Artikolu 23 |
Artikolu 27 |
Artikolu 24 |
Artikolu 28 |
Artikolu 25 |
Artikolu 29(1) u (2) |
Artikolu 26(1) u (2) |
Artikolu 29(3), frażi introduttorja |
Artikolu 26(3), frażi introduttorja |
Artikolu 29(3), l-ewwel inċiż |
Artikolu 26(3)(a) |
Artikolu 29(3), it-tieni inċiż |
Artikolu 26(3)(b) |
Artikolu 30 |
Artikolu 27 |
Artikolu 31(1) u (2) |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 31(3)(a), (b) u (c) |
Artikolu 28(3)(a), (b) u (c) |
Artikolu 31(3)(d) |
— |
Artikolu 31(4) u (5) |
Artikolu 28(4) u (5) |
Artikoli 32 sa 37 |
— |
— |
Artikolu 29 |
Artikolu 38 |
Artikolu 30 |
Annessi I sa VI |
Anness I sa VI |
Anness VII, parti I |
Anness VII, parti I |
Anness VII, parti II, punt 1 |
Anness VII, parti II, punt 1 |
Anness VII, parti II, punt 2 |
— |
Anness VII, parti II, punt 3 |
Anness VII, parti II, punt 2 |
Anness VIII |
Anness VIII |
Anness IX |
— |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1067/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 60).
(3) Ara l-Anness IX.
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(8) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.
(9) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(10) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
(11) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.
(12) ĠU L 41, 14.2.1991, p. 15.