This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1594R(01)
1594/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 tal- 25 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
1594/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 tal- 25 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
OV L 76M, 24.3.2009, p. 317–318
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1594/corrigendum/2009-03-24/oj
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/317 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1594/2006
tal-25 ta' Ottubru 2006
li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2006 (3) jiftaħ il-proċedura għall-attribuzzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobnijiet għall-esportazzjoni għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2007. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006. |
(3) |
Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1285/2006, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1285/2006 jiġu aċċettati soġġett għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Identifikazzjoni ta’ grupp skont in-Noti Addizzjonali li jidhru fil-Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti tal-Amerika |
Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota |
Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2007 (t) |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni provdut bl-Artikolu 1 |
|
Nota Nru |
Grupp |
|||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
16 |
Mingħajr provvediment speċifiku (NSPF) |
16-Tokjo |
908,877 |
0,1553118 |
16-L-Urugwaj |
3 446,000 |
0,0996713 |
||
17 |
Tat-tursin (Blue Mould) |
17-L-Urugwaj |
350,000 |
0,0933333 |
18 |
Cheddar |
18-L-Urugwaj |
1 050,000 |
0,3037799 |
20 |
Edam/Gouda |
20-L-Urugwaj |
1 100,000 |
0,1593279 |
21 |
Tip Taljan |
21-L-Urugwaj |
2 025,000 |
0,0955189 |
22 |
Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler għajr dak bil-formazzjoni tal-għajn |
22-Tokjo |
393,006 |
0,3459523 |
22-L-Urugwaj |
380,000 |
0,2900763 |
||
25 |
Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn |
25-Tokjo |
4 003,172 |
0,3285379 |
25-L-Urugwaj |
2 420,000 |
0,3634190 |
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.
(3) ĠU L 235, 30.8.2006, p. 8.