EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1378R(01)
1378/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2005 tat- 22 ta' Awwissu 2005 li jemenda għat-52 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
1378/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2005 tat- 22 ta' Awwissu 2005 li jemenda għat-52 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
OV L 84M, 31.3.2009, p. 183–184
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1378/corrigendum/2009-03-31/oj
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/183 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2005 tat-22 ta' Awwissu 2005 li jemenda għat-52 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1378/2005
tat-22 ta' Awwissu 2005
li jemenda għat-52 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2007 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fis-17 ta' Awwissu 2005, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens. |
(3) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Id-Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
Taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandu jidħol dan li ġej:
“Al-Akhtar Trust International (magħruf wkoll bħala (a) Al Akhtar Trust, (b) Al-Akhtar Medical Centre, (c) Akhtarabad Medical Camp). Indirizz: (a) ST-1/A, Gulsahn-e-Iqbal, Block 2, Karachi, 25300, il-Pakistan, (b) Gulistan-e-Jauhar, Block 12, Karachi, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: Uffiċjali reġjonali fil-Pakistan: Bahawalpur, Bawalnagar, Gilgit, Islamabad, Mirpur Khas, Tando-Jan-Muhammad. Akhtarabad Medical Camp jinsab fi Spin Boldak, l-Afganistan.”
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2005 (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 26).