This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0054R(01)
Rettifika tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 262 tas-17 ta' Ottubru 2000) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 48)
Rettifika tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 262 tas-17 ta' Ottubru 2000) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 48)
ST/9393/2020/INIT
GU L 266 del 13.8.2020, p. 36–37
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/54/corrigendum/2020-08-13/oj
13.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/36 |
Rettifika tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 262 tas-17 ta' Ottubru 2000 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 48)
Fil-paġna 48, il-premessa 11,
minflok:
“(11) |
in id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar it-termini ta’ żmien għat-trasportazzjoni kif stabbilit fl-Anness VIII, il-Parti B,”, |
aqra:
“(11) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar id-dati ta' skadenza għat-traspożizzjoni kif stabbilit fl-Anness VIII, il-Parti B,”; |
Fil-paġna 50, l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (i),
minflok:
“(i) |
arranġamenti għall-ġarr bla perikolu u trasportazzjoni ta’ aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol.”, |
aqra:
“(i) |
arranġamenti għall-maniġġ u t-trasport bla perikolu ta’ aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol.”; |
Fil-paġna 50, l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt (e),
minflok:
“(e) |
il-proċeduri huma speċifikati għat-teħid, ġarr u pproċessar ta’ kampjuni ta’ oriġini umana jew ta’ l-annimali.”, |
aqra:
“(e) |
il-proċeduri huma speċifikati għat-teħid, il-maniġġ u l-ipproċessar ta’ kampjuni ta’ oriġini umana jew tal-annimali.”; |
Fil-paġna 51, l-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2,
minflok:
“1. |
Min iħaddem għandu jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub fuq il-post tax-xogħol u, jekk ikun addattat, jwaħħal avviżi li għandhom, għallinqas, jinkludu l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’:
|
2. |
Il-ħaddiema għandhom jirraportaw minnufih kull aċċident jew inċident li jinvolvi l-ġarr ta’ aġent bijoloġiku lill-persuna inkarigata, jew lill-persuna responsabbli mis-sigurtà u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol.”, |
aqra:
“1. |
Min iħaddem għandu jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub fuq il-post tax-xogħol u, jekk ikun xieraq, iwaħħal avviżi li għandhom, minn tal-inqas, jinkludu l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’:
|
2. |
Il-ħaddiema għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe aċċident jew inċident li jinvolvi l-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku lill-persuna inkarigata, jew lill-persuna responsabbli mis-sigurtà u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol.”; |
Fil-paġna 53, l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (a),
minflok:
“(a) |
Il-laboratorji li jwettqu xogħol li jinvolvi l-ġarr ta’ aġenti bijoloġiċi tal-grupp 2, 3 jew 4 għar-riċerka, żvilupp, tagħlim jew raġunijiet ta’ dijanjosi għandhom jistabbilixxu il-miżuri ta’ trażżin skond l-Anness V, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ infezzjoni.”, |
aqra:
“(a) |
Il-laboratorji li jwettqu xogħol li jinvolvi l-maniġġ ta’ aġenti bijoloġiċi tal-grupp 2, 3 jew 4 għar-riċerka, żvilupp, tagħlim jew raġunijiet ta’ dijanjosi għandhom jistabbilixxu il-miżuri ta’ trażżin skont l-Anness V, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ infezzjoni.”; |
Fil-paġna 53, l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (b), it-tieni sentenza,
minflok:
“Attivitajiet li jinvolvu l-ġarr ta’ aġent bijoloġiku għandhom isiru:”,
aqra:
“Attivitajiet li jinvolvu l-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku għandhom isiru:”.
Fil-paġna l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (c), l-ewwel sentenza
minflok:
“(c) |
Laboratorji li jiġu f'kuntatt ma’ materjali li fir-rigward tagħhom ikunu jeżistu dubji dwar il-preżenza ta’ aġenti bijoloġiċi li jistgħu jikkawżaw il-mard fil-bniedem iżda li ma jkollhomx bħala l-għan tagħhom, xogħol b'aġenti bijoloġiċi (i.e. jikkultivawhom jew jikkonċentrawhom) għandhom jadottaw għallinqas il-livell ta’ trażżin 2. ”; |
aqra:
“(c) |
Laboratorji li jimmaniġġaw materjali li fir-rigward tagħhom ikunu jeżistu dubji dwar il-preżenza ta’ aġenti bijoloġiċi li jistgħu jikkawżaw il-mard fil-bniedem iżda li ma jkollhomx bħala l-għan tagħhom, xogħol b'aġenti bijoloġiċi (i.e. jikkultivawhom jew jikkonċentrawhom) għandhom jadottaw minn tal-inqas il-livell ta’ trażżin 2. ”. |