This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R1224-20210728
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1224 tas-27 ta’ Lulju 2021 dwar ir-regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operat tas-servizz web u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà applikabbli għas-servizz web kif ukoll miżuri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-servizz web previsti mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)1230
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1224 tas-27 ta’ Lulju 2021 dwar ir-regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operat tas-servizz web u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà applikabbli għas-servizz web kif ukoll miżuri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-servizz web previsti mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)1230
No longer in force
)ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1224/2021-07-28
02021R1224 — MT — 28.07.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1224 tas-27 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 269 28.7.2021, p. 46) |
Ikkoreġut bi:
Rettifika, ĠU L 233, 8.9.2022, p. 95 (2021/1224 tas-27 ta’ Lulju) |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1224
tas-27 ta’ Lulju 2021
dwar ir-regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operat tas-servizz web u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà applikabbli għas-servizz web kif ukoll miżuri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-servizz web previsti mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)1230
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-operat tas-servizz web u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà applikabbli għas-servizz web previst fl-Artikolu 13(1) u (3) u l-Artikolu 36, l-ewwel paragrafu, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2017/2226;
skema ta’ awtentikazzjoni għat-trasportaturi biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 kif ukoll regoli u kundizzjonijiet dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni tat-trasportaturi sabiex jiksbu aċċess għall-iskema ta’ awtentikazzjoni;
dettalji tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fejn huwa teknikament impossibbli għat-trasportaturi li jaċċessaw is-servizz web.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“interfaċċa tat-trasportaturi” tfisser is-servizz web li għandu jiġi żviluppat mill-eu-LISA f’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 fejn jintuża għall-finijiet tal-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament u li jikkonsisti minn interfaċċa tal-IT konnessa ma’ bażi tad-data li tinqara biss;
“Linji gwida tekniċi” tfisser il-parti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, imsemmija fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 li hija rilevanti għat-trasportaturi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ awtentikazzjoni u l-iżvilupp tal-format tal-messaġġ tal-Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)(a);
“persunal debitament awtorizzat” tfisser persuni fiżiċi li huma impjegati tat-trasportatur jew ingaġġati kuntrattwalment minnu jew legali jew fiżiċi oħra taħt id-direzzjoni jew is-superviżjoni ta’ dak it-trasportatur, assenjati l-kompiti ta’ verifika tal-istatus tal-vjaġġaturi f’isem it-trasportatur, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2017/2226.
Artikolu 3
Obbligi tat-trasportaturi
It-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għall-interfaċċja tat-trasportatur. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu mill-inqas il-mekkaniżmi li ġejjin:
mekkaniżmi fiżiċi u loġiċi ta’ kontroll tal-aċċess għall-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għall-infrastruttura jew għas-sistemi użati mit-trasportaturi;
awtentikazzjoni;
l-illoggjar biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-aċċess;
reviżjoni regolari tad-drittijiet ta’ aċċess.
Artikolu 4
Konnessjoni u aċċess tal-interfaċċja tat-trasportatur
It-trasportaturi għandhom jikkonnettjaw mal-interfaċċa tat-trasportaturi permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
konnessjoni tan-netwerk dedikata;
konnessjoni tal-Internet;
It-trasportaturi għandhom jaċċessaw l-interfaċċa tat-trasportatur permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
interfaċċa ta’ sistema għal sistema (Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet);
interfaċċa tal-web (brawżer);
applikazzjoni għal apparati mobbli.
Artikolu 5
Mistoqsijiet
Sabiex tintbagħat talba ta’ verifika, it-trasportatur għandu jipprovdi d-data li ġejja dwar il-vjaġġatur:
il-kunjom (isem il-familja); l-ewwel isem jew ismijiet (l-ismijiet mogħtija);
id-data tat-twelid; is-sess; in-nazzjonalità;
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data skedata tal-wasla fil-fruntiera ta’ Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jew ta’ Stat Membru li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jopera s-sistema ta’ Dħul/Ħruġ;
wieħed minn dawn li ġejjin:
l-Istat Membru tad-dħul skedat li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ;
fejn ikun possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tad-dħul skedat, ajruport fl-Istat Membru tad-dħul li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ
l-Istat Membru tad-dħul skedat li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jopera s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ;
fejn ikun possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tad-dħul skedat, ajruport fl-Istat Membru tad-dħul li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jopera s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ;
id-dettalji (id-data u l-ħin lokali tat-tluq skedat, in-numru tal-identifikazzjoni, fejn disponibbli, jew mezzi oħra għall-identifikazzjoni tat-trasport) tal-mezzi tat-trasport użati għall-aċċess għat-territorju ta’ Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jew tal-Istat Membru li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jopera s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
Artikolu 6
Tweġiba
Meta tfittxija ta’ verifika tirritorna tweġiba “Mhux OK”, l-interfaċċja tal-portatur għandha tispeċifika li t-tweġiba ġejja mis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
It-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta’ verifika għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli li ġejjin:
meta l-vjaġġatur ikun id-detentur ta’ viża uniformi għal soġġorn qasir:
fejn in-numru awtorizzat ta’ daħliet (wieħed jew tnejn) fuq il-viża għadu ma ntlaħaqx: OK;
fejn in-numru awtorizzat ta’ daħliet (wieħed jew tnejn) fuq il-viża jkun diġà ntlaħaq: Mhux OK;
fejn il-viża tkun skadiet, jew ġiet revokata inkella annullata: Mhux OK;
meta l-vjaġġatur ikun soġġett għall-obbligu tal-viża u ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni dwar il-viża: Mhux OK;
fejn it-trasportatur jispeċifika li l-itinerarju jeħtieġ viża għal dħul doppju:
fejn il-vjaġġatur ikun fil-pussess ta’ viża għal dħul doppju, valida għad-data tal-wasla u l-ebda dħul ma jkun intuża: OK;
fejn il-vjaġġatur ma jkollux viża għal dħul doppju: Mhux OK;
fejn il-vjaġġatur ikollu viża għal dħul doppju iżda jkun intuża mill-inqas dħul wieħed: Mhux OK;
meta l-vjaġġatur ikollu viża għal dħul doppju iżda mill-inqas dħul wieħed ma jkunx validu għad-data tal-wasla: Mhux OK;
Artikolu 7
Format tal-messaġġ
l-eu-LISA għandha tispeċifika l-formati tad-data u l-istruttura tal-messaġġi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni ta’ mistoqsijiet ta’ verifika u tweġibiet għal dawk it-tfittxijiet permezz tal-interfaċċa tat-trasportaturi fil-linji gwida tekniċi. L-eu-LISA għandha tinkludi mill-inqas il-formati ta’ data li ġejjin:
UN/EDIFACT;
PAXLST/CUSRES;
XML;
JSON.
Artikolu 8
Rekwiżiti tal-estrazzjoni tad-data għall-interfaċċja tat-trasportatur u s-servizz web għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-kwalità tad-data
Artikolu 9
Skema ta’ awtentikazzjoni
Artikolu 10
Reġistrazzjoni għall-iskema ta’ awtentikazzjoni
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tinkludi oqsma li jeħtieġu lit-trasportaturi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
l-isem legali tat-trasportatur kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu (l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown u l-indirizz postali);
id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant legali tal-kumpanija li titlob ir-reġistrazzjoni u tal-punti ta’ kuntatt ta’ riżerva (ismijiet, numri tat-telefon, indirizzi tal-posta elettronika u postali) kif ukoll l-indirizz tal-posta elettronika funzjonali u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni li t-trasportatur biħsiebu juża għall-finijiet tal-Artikoli 13 u 14;
l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li jkun ħareġ ir-reġistrazzjoni uffiċjali tal-kumpanija msemmija fil-paragrafu 6 u kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni disponibbli;
fejn it-trasportatur ikun hemeż, skont il-paragrafu 6, reġistrazzjoni uffiċjali ta’ kumpanija maħruġa minn pajjiż terz, l-Istati Membri li fihom it-trasportatur jopera jew ikun beħsiebu jopera fis-sena ta’ wara.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tinforma lit-trasportaturi dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà, li għandhom jiżguraw konformità mal-objettivi li ġejjin:
l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà relatati mal-konnessjoni mal-interfaċċja tat-trasportatur;
il-protezzjoni tal-ambjenti u tal-apparati konnessi mal-interfaċċja tat-trasportatur;
id-detezzjoni, l-analiżi, ir-rispons u l-irkupru minn inċidenti ta’ ċibersigurtà.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha teħtieġ li t-trasportaturi jiddikjaraw:
li huma joperaw u jittrasportaw passiġġieri fit-territorju tal-Istati Membri jew li beħsiebhom jagħmlu dan fis-sitt xhur li ġejjin;
li huma ser jaċċessaw u jagħmlu użu mill-interfaċċa tat-trasportatur f’konformità mar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà stabbiliti fil-formola ta’ reġistrazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 4;
li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għall-interfaċċja tat-trasportatur.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tinnotifika lit-trasportaturi:
li huma meħtieġa jinformaw lill-eu-LISA bi kwalunkwe bidla rigward l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jew f’każ ta’ bidliet tekniċi li jaffettwaw il-konnessjoni “minn sistema għal sistema” tagħhom mal-interfaċċa tat-trasportaturi li jistgħu jirrikjedu ttestjar addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 12 permezz ta’ dettalji ta’ kuntatt speċifiċi tal-eu-LISA li għandhom jintużaw għal dan il-għan;
li jiġu dereġistrati awtomatikament mill-iskema ta’ awtentikazzjoni jekk il-logs juru li t-trasportatur ma jkunx uża l-interfaċċa tat-trasportatur matul perjodu ta’ sena;
li jistgħu jiġu dereġistrati mill-iskema ta’ awtentikazzjoni f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 4 jew il-linji gwida tekniċi, inkluż f’każ ta’ abbuż tal-interfaċċa tat-trasportatur;
li huma obbligati jinformaw lill-eu-LISA dwar kwalunkwe ksur ta’ data personali li jista’ jseħħ u jirrieżaminaw regolarment id-drittijiet ta’ aċċess tal-persunal dedikat tagħhom.
Artikolu 11
Dereġistrazzjoni mill-iskema ta’ awtentikazzjoni
Artikolu 12
L-iżvilupp, l-ittestjar u l-konnessjoni tal-interfaċċa tat-trasportatur
Artikolu 13
Impossibbiltà teknika li wieħed jipproċedi b’mistoqsijiet ta’ verifika
Jekk ikun teknikament impossibbli li tintbagħat tfittxija ta’ verifika minħabba li komponent tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ma għaddiex, l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE)2021/1217 għandu japplika mutatis mutandis fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li wieħed jipproċedi b’tfittxija ta’ verifika minħabba ħsara ta’ kwalunkwe komponent tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
Artikolu 14
Assistenza lit-trasportaturi
Sabiex it-trasportaturi jkunu jistgħu jitolbu assistenza, l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1217 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tat-talbiet għal assistenza mit-trasportaturi fir-rigward tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
Artikolu 15
Aċċess għas-servizz web minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jdaħħal id-data li ġejja fis-servizz web:
it-tip u n-numru tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;
b’mod fakultattiv, id-data maħsuba tad-dħul jew tal-ħruġ jew it-tnejn, issettjati bħala l-Ħin tal-Ewropa Ċentrali b’mod prestabbilit, li jistgħu jiġu editjati mill-utent;
Stat Membru destinatarju
Is-servizz web għandu jipprovdi waħda mit-tweġibiet li ġejjin:
“OK” u l-jiem li jifdal tas-soġġorn awtorizzat;
“Mhux OK” u 0 jum li jifdal ta’ soġġorn awtorizzat;
mhux disponibbli.
Matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2017/2226, fejn ma teżisti l-ebda data fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta’ verifika għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli li ġejjin:
Soġġorn awtorizzat: OK,
Jiem li fadal: informazzjoni mhux disponibbli, inkluża nota li tiddikjara li s-soġġorni li seħħew qabel ma bdiet topera s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ma ġewx ikkunsidrati.
Wara l-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2017/2226, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta’ verifika għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli li ġejjin:
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu jiem suffiċjenti ta’ soġġorn awtorizzat, it-tweġiba għandha tkun:
Soġġorn awtorizzat: OK;
Jiem li fadal: Il-jiem li jifdal tas-soġġorn awtorizzat ikkalkulati mis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ikkonsma parti mis-soġġorn awtorizzat u jkollu l-intenzjoni li jibqa’ għal aktar żmien mis-soġġorn awtorizzat, it-tweġiba għandha tkun:
Soġġorn awtorizzat: MHUX OK;
Jiem li fadal: 0.
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ikkonsma l-jiem kollha tas-soġġorn awtorizzat, it-tweġiba għandha tkun:
Soġġorn awtorizzat: MHUX OK;
Jiem li fadal: 0.
fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun soġġett għal obbligu ta’ viża u ma jkollux viża valida jew il-viża tkun skadiet, jew tkun ġiet revokata jew annullata, jew ikollu viża ta’ validità territorjali limitata li ma taqbilx mal-Istat Membru ta’ destinazzjoni inserit, it-tweġiba għandha tkun:
Soġġorn awtorizzat: MHUX OK;
Jiem li fadal: 0.
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx soġġett għal obbligu ta’ viża u ma jkollu l-ebda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jew ikollu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li tkun skadiet, jew tkun ġiet revokata jew annullata, it-tweġiba għandha tkun:
Soġġorn awtorizzat: MHUX OK;
Jiem li fadal: 0.
fejn ma jkun hemm l-ebda dħul fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun detentur ta’ viża għal soġġorn qasir, l-għadd ta’ jiem li jifdal għandu jkun limitat skont id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn qasir. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża, wara l-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, l-għadd ta’ jiem li jifdal għandu jkun limitat skont id-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, filwaqt li jitqies il-perjodu tranżitorju u l-perjodu ta’ konċessjoni msemmi fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Is-servizz web għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kif ġej:
f’post prominenti, l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli l-kalkolu tas-soġġorn;
qrib il-qasam biex jiddaħħal in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar, li d-dokument tal-ivvjaġġar li għandu jintuża għall-finijiet tas-servizz web għandu jkun wieħed mid-dokumenti tal-ivvjaġġar użati għal soġġorni preċedenti;
Ir-rwol tal-Istati Membri
ir-raġunijiet kollha possibbli biex tasal it-tweġiba: M’hemmx informazzjoni disponibbli
Għandu jkun hemm ċaħda ta’ responsabilità ġenerali li tiddikjara b’mod ċar li t-tweġiba “OK/NOT OK” ma tistax tinftiehem bħala deċiżjoni li tippermetti jew tirrifjuta d-dħul.
ir-reġim applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra u li ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.
Artikolu 16
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019) 1230
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019) 1230 għandha titħassar.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1217 tas-26 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għat-tfittxijiet ta’ verifika mit-trasportaturi, id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-data u s-sigurtà għall-iskema ta’ awtentikazzjoni tat-trasportaturi kif ukoll il-proċeduri ta’ riżerva f’każ ta’ impossibbiltà teknika (ĠU L 267, 27.7.2021, p. 1).