Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1060R(03)

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall- Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 231 tal-30 ta' Ġunju 2021)

ST/5544/2022/INIT

HL L 43., 2022.2.24, p. 93–93 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/corrigendum/2022-02-24/oj

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/93


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall- Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 231 tal-30 ta' Ġunju 2021 )

Fil-paġna 699, l-Anness XXVI, il-punt 7 u 7(a),

minflok:

“7.

Il-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 62,9 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni tiegħu, iż-żona tal-wiċċ u l-prosperità nazzjonali, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

(a)

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru u taż-żona tal-wiċċ kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u taż-żona tal-wiċċ tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta' Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu taż-żona tal-wiċċ b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta' popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li għandu jiġi użat għal dan il-pass;”,

aqra:

“7.

Il-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 62,9 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni, l-erja u l-prosperità nazzjonali tiegħu, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

(a)

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru u tal-erja kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u tal-erja tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta' Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu tal-erja b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta' popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li għandu jiġi użat għal dan il-pass;”.


Top