This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0381R(01)
2005/381/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2005/381/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
HL L 71M., 2009.3.17, p. 226–237
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/381/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/226 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE għandha taqra:
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Mejju 2005
li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
(innotifikata bid-dokument numru C(2005) 1359)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/381/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-kwestjonarju li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-fini tat-tfassil tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmira li jaċċerta rendikont dettaljat tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-miżuri ewlenin stabbiliti f'dik id-Direttiva kif ukoll tal-miżuri li ġejjin, sakemm dawn ikunu marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE: id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (3), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri (4). Ikun xieraq li l-kwestjonarju jiġi rrivedut perjodikament. |
(2) |
L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2005. Madankollu, huwa mixtieq li jkun hemm rapport annwali wieħed li jkopri l-ewwel sena sħiħa ta' operazzjoni tal-iskema. Għalhekk, l-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-30 ta’ April 2005, u t-tieni rapport, li għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2006, għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Ir-rapporti ta’ wara għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena u għandhom ikopru s-sena kalendarja preċedenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru; |
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fuq l-ambjent (5), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għall-fini tat-tfassil tar-rapporti annwali li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 2
L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2005, għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ April 2005.
Ir-rapporti ta’ wara għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena u għandhom ikopru s-sena kalendarja preċedenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 4 ta' Mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
PARTI 1
KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
1. Dettalji dwar l-istituzzjoni li qed tippreżenta r-rapport
1. |
Isem il-persuna ta’ kuntatt: |
2. |
Titlu uffiċjali tal-persuna ta’ kuntatt: |
3. |
Denominazzjoni u dipartiment tal-organizzazzjoni: |
4. |
Indirizz: |
5. |
Numru tat-telefon (bi prefiss internazzjonali): |
6. |
Numru tal-feks (bi prefiss internazzjonali): |
7. |
E-mail: |
2. Awtoritajiet kompetenti
Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk ikunu seħħew tibdiliet matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
2.1. |
Jekk jogħġbok elenka l-awtoritajiet kompetenti u l-karigi rispettivi tagħhom. |
3. Kopertura tal-attivitajiet u l-impjanti
Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport (6) dwar kull perjodu ta’ skambju u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu saru matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
3.1. |
Kemm huma l-impjanti li wettqu kull waħda mill-attivitajiet indikati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE? Għal kull attività, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ impjanti inklużi unilateralment, jekk dan ikun il-każ. Biex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk għandu jiġi nnutat li l-istess impjant jista’ jwettaq l-attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. Indika l-attivitajiet rilevanti kollha (ukoll jekk dan ikun ifisser li l-impjant jingħadd aktar minn darba). |
3.2. |
Kemm mill-impjanti ta’ kombustjoni għandhom saħħa kalorifika li taqbeż l-20 MW iżda hija anqas minn 50 MW? B’kollox, għal kemm jammontaw f’ekwivalenza ta’ tunnellati ta’ CO2 l-emissjonijiet ta’ dawn l-impjanti matul il-perjodu tar-rappurtaġġ? |
3.3. |
Kemm mill-impjanti koperti għandhom emissjoni inqas minn ekwivalenza ta’ 10 000 tunnellata ta’ CO2, bejn 10 000 u 25 000 tunnellata, bejn 25 000 u 50 000 tunnellata, bejn 50 000 u 500 000 tunnellata jew aktar minn ammont ekwivalenti għal 500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena? Ippreċiża, f’termini ta’ perċentwali, kif l-emissjonijiet totali koperti mid-Direttiva jitqassmu f’dawn il-kategoriji? |
3.4. |
Liema kienu t-tibdiliet li seħħew matul il-perjodu tar-rappurtaġġ meta mqabbla ma’ dak li jidher fit-tabella tal-pjan nazzjonali għall-allokazzjonijiet kif imniżżla fir-Reġistru Komunitarju għal Tranżazzjonijiet Indipendenti (impjanti ġodda, impjanti li għalqu)? Meta twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
3.5. |
Matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, l-awtorità kompetenti rċeviet applikazzjoni(jiet) mingħand operaturi li xtaqu jiffurmaw raggruppament skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk iva, għal liema attività indikata fl-Anness I kienet qiegħda tirreferi l-applikazzjoni? Kwalunkwe informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għal din il-mistoqsija mhix se tiġi ppubblikata. |
3.6. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-kopertura tal-impjanti u tal-attivitajiet fejn għandu x’jaqsam pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
4. Awtorizzazzjoni tal-impjanti
Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu seħħew tibdiliet matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
4.1. |
X’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi kkonformaw mar-rekwiżiti tal-permessi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra? |
4.2. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tiggarantixxi l-koordinazzjonji tad-diversi proċeduri għar-rilaxx u tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jekk ikunu involuti aktar minn awtorità kompetenti waħda? Din il-koordinazzjoni kif taħdem fil-prattika? |
4.3. |
X’miżuri ttieħdu biex jiġu żgurati, fil-każ li l-impjanti jkunu wettqu attivitajiet inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 96/61/KE, il-koordinazzjoni bejn il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ rilaxx u ta’ awtorizzazzjoni għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni kif previst f’din id-Direttiva? Ir-rekwiżiti ffissati fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2003/87/KE ġew integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 96/61/KE? Jekk iva, kif saret din l-integrazzjoni? |
4.4. |
Semmi d-dispożizzjoniet leġiżlattivi, il-proċeduri u l-prassi għall-aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? |
4.5. |
Kemm kienu l-permessi li ġew aġġornati matul il-perjodu tar-rappurtaġġ minħabba tibdil fin-natura jew l-iffunzjonar, jew it-tkabbir tal-impjanti, imwettqa mill-operaturi skont kif speċifikat taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok, għal kull kategorija (żieda jew tnaqqis fil-kapaċità, tibdil fin-natura tal-proċess, eċċ.), kemm-il permess ġie aġġornat? |
4.6. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-impjanti f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
5. Applikazzjoni tal-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet
Jista’ jagħti l-każ li għall-ewwel rapport l-informazzjoni sħiħa biex jitwieġbu l-mistoqsijiet 5.1 sa 5.7 ma tkunx disponibbli. Fl-ewwel rapport, wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet bl-iżjed mod eżawrjenti possibbli.
5.1. |
Liema approċċi u metodi ġew applikati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-impjanti (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra)? Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 3 għandha tingħata biss għall-impjanti li l-emissjonijiet tagħhom li jkunu ġew irrappurtati ma jaqbżux il-500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena. |
5.2. |
Jekk teknikament ma kienx possibbli li jiġu ggarantiti l-livelli minimi speċifikati fit-Tabella 1 fit-Taqsima 4.2.2.1.4 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/156/KE, jekk jogħġbok indika, għal kull impjant li fih tkun seħħet din is-sitwazzjoni, il-kopertura tal-emissjonijiet, l-attività, il-kategorija tal-livelli (id-dejta dwar l-attività, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ ossidazzjoni jew il-fattur ta’ konverżjoni) u l-approċċ/livell ta’ monitoraġġ approvat fil-permess. Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża l-kolonni A sa I tat-Tabella 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 3 għandha tingħata biss għall-impjanti li l-emissjonijiet annwali rrappurtati tagħhom huma anqas minn 500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena. |
5.3. |
Semmi liema impjanti applikaw temporanjament metodi ta’ kategorizzazzjoni f’livelli b’mod differenti minn dawk miftiehma mal-awtorità kompetenti. Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 4 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
5.4. |
F’kemm-il impjant ġie applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet? Jekk jogħġbok speċifika l-għadd ta’ impjanti għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u, fl-ambitu ta’ kull attività, għal kull sottokategorija fuq il-bażi tal-emissjonijiet annwali rrappurtati (inqas minn 50 kt, bejn 50 u 500 kt u aktar minn 500 kt). Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 5 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
5.5. |
Xi kwantità ta’ CO2 ġiet ittrasferita mill-impjanti? Jekk jogħġbok speċifika l-ammont ta' tunnellati ta’ CO2 li ġie ttrasferit skont it-Taqsima 4.2.2.1.2 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE u l-għadd ta’ impjanti li ttrasferew is-CO2 għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. |
5.6. |
Xi kwantità ta’ bijomassa nħarqet jew intużat fil-proċessi? Jekk jogħġbok speċifika l-kwantità ta’ bijomassa kif iddefinita fil-paragrafu 2(d) tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE maħruqa (TJ) jew użata (f’t jew f’m3) għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Hawnhekk għandek tinkludi l-frazzjoni organika ta’ kwalunkwe skart maħruq jew użat bħala materjal ta' kombustjoni. |
5.7. |
Speċifika l-kwantità totali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 minn skart użat bħala fjuwil jew materjal ta' kombustjoni. Jekk jogħġbok issottometti t-tqassim f'termini perċentwali ta' dawn l-emissjonijiet skont it-tip ta’ skart. |
5.8. |
Jekk jogħġbok ipprovdi kampjun ta’ dokumenti dwar monitoraġġ u rappurtaġġ, minn xi impjanti temporanjament esklużi, jekk dan hu applikabbli. Il-mistoqsija 5.9 għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ: |
5.9. |
X’miżuri ttieħdu biex jiġu kkoordinati r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ ma’ rekwiżiti eżistenti ta’ rappurtaġġ sabiex il-piż tar-rappurtaġġ jinżamm ħafif kemm jista' jkun għall-impriżi? |
5.10. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
6. Arranġamenti għall-verifika
Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
6.1. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kuntest li fih twettqet il-verifika tal-emissjonijiet mill-impjanti, b'mod partikolari r-rwol tal-awtoritajiet kompetenti u l-verifikaturi l-oħrajn fil-proċess ta’ verifika. |
6.2. |
Jekk jogħġbok issottometti dokumenti li jiddefinixxu l-kriterji tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Jekk dawn id-dokumenti jkunu disponibbli fuq l-Internet, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-link għall-websajt. |
6.3. |
Il-verifikaturi li jkunu ġew akkreditati fi Stat Membru ieħor huma soġġetti għal proċess ta’ akkreditazzjoni addizzjonali qabel ma jkunu jistgħu jwettqu l-verifiki? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura u għaliex din hi meqjusa bħala meħtieġa. |
6.4. |
Jekk jogħġbok issottometti l-linji gwida għall-verifika li jista' jkun hemm li huma pprovduti lill-verifikaturi akkreditati, u d-dokumenti, jekk dawn ikunu disponibbli, li jiddefinixxu l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-garanzija tal-kwalità għall-verifikaturi. Jekk dawn id-dokumenti jkunu disponibbli fuq l-Internet, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-link għall-websajt. |
6.5. |
Kien hemm xi operatur li ma pprovdiex rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikat bħala sodisfaċenti sal-31 ta’ Marzu tal-perjodu tar-rappurtaġġ? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-impjanti konċernati u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ validazzjoni. Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 6 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
6.6. |
L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli indipendenti fir-rigward tar-rapporti vverifikati? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif twettqu dawn il-kontrolli supplimentari u/jew kemm-il rapport ġie vverifikat. |
6.7. |
L-awtorità kompetenti tat struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati għas-sena preċedenti fir-rigward tal-impjant(i) biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE? Indika kwalunkwe korrezzjoni fit-Tabella 6 tal-Parti 2. |
6.8. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-arranġamenti għall-verifika f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
7. Operat tar-reġistri
Il-mistoqsijiet u għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
7.1. |
Jekk jogħġbok ipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet li t-titulari tal-kontijiet għandhom jiffirmaw u agħti wkoll deskrizzjoni ta’ kif saret il-verifika tal-identità tal-persuni qabel infetħu l-kontijiet ta’ depożitu (ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 dwar sistema standardizzata u sikura tar-reġistri). |
7.2. |
X’tariffi ġew applikati, jekk kien hemm? Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji. |
7.3. |
X’passi ttieħdu skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004 biex tiġi evitata repetizzjoni tad-diskrepanzi misjuba fir-Reġistru Komunitarju għal Tranżazzjonijiet Indipendenti? |
7.4. |
Jekk jogħġbok ipprovdi sommarju tas-sinjali kollha ta’ twissija tas-sigurtà rilevanti għar-reġistru nazzjonali, li ġew ivverifikati matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, u kif ukoll semmi kif dawn ġew indirizzati u ż-żmien li ttieħed biex instabet soluzzjoni. |
7.5. |
Jekk jogħġbok iddikjara għal kemm-il minuta f'kull xahar waqt il-perjodu tar-rappurtaġġ ir-reġistru nazzjonali ma kienx disponibbli għall-utenti tiegħu a) minħabba perjodi ta' interruzzjoni tal-attivitajiet ipprogrammati (downtime) u b) minħabba problemi mhux previsti. |
7.6. |
Jekk jogħġbok indika fid-dettall u agħti lista ta’ kull aġġornament tar-reġistru nazzjonali pprogrammat għall-perjodu tar-rappurtaġġ li jkun jmiss. |
7.7. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-funzjonament tar-reġistri f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
8. Arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti — impjanti ġodda — impjanti li għalqu
Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport wara kull notifika u proċedura ta’ allokazzjoni skont l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2003/87/KE:
8.1. |
Meta tħares lura lejn il-proċess ta’ allokazzjoni mitmum, jekk jogħġbok iddeskrivi l-l-għarfien prinċipali li bbenefikaw minnu l-awtoritajiet ta’ pajjiżek, u kif taħseb li dan l-għarfien se jinfluwenza l-approċċ tiegħek lejn il-proċess ta' allokazzjoni li jmiss? |
8.2. |
Għandek xi suġġerimenti għat-titjib tal-proċessi ta' notifika u allokazzjoni fil-ġejjieni għall-UE kollha? |
8.3. |
Kemm-il kwota ġiet allokata għall-impjanti l-ġodda elenkati fit-Tabella 2? Jekk jogħġbok agħti l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant għall-impjant il-ġdid u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni assoċjata mal-allokazzjoni tal-kwoti. Meta twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
8.4. |
Kemm tħallew kwoti fir-riżerva ta' kwalunkwe impjant ġdid fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, u x’perċentwali tar-riżerva oriġinali jirrappreżentaw dawn il-kwoti? |
8.5. |
Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ allokazzjoni, kemm-il irkant sar matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, kemm-il kwota ġiet irkantata matul kull irkant, x’perċentwali jirrappreżentaw mill-kwantità totali ta’ kwoti għall-perjodu ta’ skambju, x’kien il-prezz ta’ kull kwota f’kull wieħed mill-irkantijiet u kif ġew użati l-kwoti li ma nxtrawx waqt l-irkant(ijiet)? Jekk jogħġbok elenka wkoll il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet assoċjati mal-allokazzjoni tal-kwoti rkantati. |
8.6. |
Kif kienu ttrattati l-kwoti li ma ġewx allokati u li ma ġewx irrilaxxati għall-impjanti li għalqu matul il-perjodu tar-rappurtaġġ? Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport wara tmiem il-perjodi ta’ skambju stabbiliti fl-Artrikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE: |
8.7. |
Il-kwoti li kien fadal fir-riżerva tal-impjanti l-ġodda fi tmiem il-perjodu ta’ skambju ġew ikkanċellati jew irkantati? |
8.8. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, l-impjanti l-ġodda u l-impjanti li għalqu f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
9. Ċediment ta' kwoti mill-operaturi
9.1. |
Fil-każijiet kollha fejn kont fir-reġistru ngħalaq minħabba li ma kienet teżisti l-ebda possibbiltà raġonevoli li l-operatur tal-impjant kien se jċedi aktar kwoti, jekk jogħġbok iddeskrivi għaliex ma kienet teżisti l-ebda possibbiltà raġonevoli ulterjuri u ddikjara l-ammont ta’ kwoti pendenti. |
9.2. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar iċ-ċediment ta’ kwoti mill-operaturi f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
10. Użu tal-unitajiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet (ERUs) u tat-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet (CERs) fl-iskema komunitarja
Il-mistoqsijiet u għandhom jitwieġbu kull sena u, għas-CERs, għandek tibda bir-rapport li ġie ppreżentat fl-2006 filwaqt li għall-ERUs għandek tibda bir-rapport li ġie ppreżentat fl-2009:
10.1. |
Kemm ġew użati CERs u ERUs mill-operaturi skont l-Artikolu 11(a) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok agħmel lista separata, waħda għas-CERs u l-oħra għall-ERUs, tas-somma tal-unitajiet użati u l-għadd totali ta’ operaturi li użawhom. |
10.2. |
Kienu rrilaxxati ERUs u CERs li għalihom kien meħtieġ li jiġi kkanċellat għadd ugwali ta’ kwoti skont l-Artikolu 11(b)(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/87/KE minħabba li l-attivitajiet tal-proġett ta’ Implimentazzjoni Konġunta (JI) jew ta' Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) naqqsu jew illimitaw direttament jew indirettament il-livell ta’ emissjonijiet tal-impjanti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok iddikjara t-total ta’ kwoti kkanċellati u l-għadd totali tal-operaturi konċernati filwaqt li tiddistingwi bejn il-kwoti kanċellati skont l-Artikolu 11(b)(3) u bejn dawk kanċellati skont l-Artikolu 11(b)(4). Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu saru matul il-perjodu tar-rappurtaġġ: |
10.3. |
X’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li, matul l-iżvilupp ta’ proġetti għall-produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika ta’ saħħa kalorifika li taqbeż l-20 MW, ikunu rrispettati l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali applikabbli, inklużi dawk tar-Rapport Finali għas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija tad-Digi? |
10.4. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-użu tal-ERUs u s-CERs fl-iskema Komunitarja f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
11. Kwistjonijiet marbuta ma’ konformità mad-Direttiva
11.1. |
F’każ li ġew imposti xi penali skont l-Artikolu 16(1) għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, jekk jogħġbok indika d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u l-penali imposti. |
11.2. |
Jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi li kontrihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi skont l-Artikolu 16(3). Meta twieġeb din il-mistoqsija, ikun biżżejjed jekk tipprovdi referenza għall-pubblikazzjoni tal-ismijiet skont l-Artikolu 16(2). |
11.3. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-konformità mad-Direttiva f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
12. In-natura legali tal-kwoti u t-trattament fiskali
Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu biss fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu seħħu matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:
12.1. |
X’inhu l-istatus legali mogħti lill-kwoti għall-finijiet ta’ kontabilità, leġiżlazzjoni finanzjarja u tassazzjoni? |
12.2. |
Jekk l-Istat Membru tiegħek jalloka kwoti li mhumiex b’xejn, jekk jogħġbok fisser kif isiru dawn l-allokazzjonijiet (pereżempju, fisser il-mod kif jiżvolġi l-irkant). |
12.3. |
Jekk l-Istat Membru jalloka kwoti bi ħlas, il-VAT tapplika għal dawn it-tranżazzjonijiet? |
12.4. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar in-natura legali tal-kwoti u t-trattament fiskali tagħhom f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
13. Aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 17
13.1. |
Id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-proġett li fihom jipparteċipa l-Istat Membru jew li fihom dan tal-aħħar jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa skont il-permess li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra miżmum mill-awtorità kompetenti fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku? |
13.2. |
Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 17 f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
14. Osservazzjonijiet ġenerali
14.1. |
Jeżistu kwistjonijiet partikolari marbuta mal-implimentazzjoni li jqanqlu tħassib f'pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
PARTI 2
Tabella 1
Għadd ta’ impjanti għal kull attività fl-Anness I
|
Stat Membru: |
|
Perjodu ta’ rappurtaġġ: |
Attivitajiet fl-Anness I |
Għadd ta’ Impjanti (7) |
|||
Attivitajiet ta’ enerġija |
||||
E1 |
Impjanti ta’ kombustjoni b’saħħa termika speċifikata li taqbeż 20 MW (għajr impjanti ta’ skart perikoluż jew muniċipali) |
|
||
E2 |
Raffineriji taż-żejt minerali |
|
||
E3 |
Fran tal-coke |
|
||
Produzzjoni u pproċessar ta’ metalli tal-ħadid |
||||
F1 |
Impjanti ta’ kalċinazzjoni jew tgħaqqid ta’ minerali tal-metall (inklużi il-minerali tas-sulfid) |
|
||
F2 |
Impjanti għall-produzzjoni tal-“pig iron” jew azzar (fużjoni primarja jew sekondarja), inkluż il-casting kontinwu, b’kapaċità li taqbeż 2,5 tunnellati fis-siegħa |
|
||
Industrija tal-minerali |
||||
M1 |
Impjanti għall-produzzjoni ta' klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż 500 tunnellata kuljum jew ġir fi fran li jduru b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż 50 tunnellata kuljum jew fi fran oħrajn b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż 50 tunnellata kuljum |
|
||
M2 |
Impjanti għall-manifattura tal-ħġieġ inkluż il-fibra tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ tidwib li taqbeż 20 tunnellata kuljum |
|
||
M3 |
Impjanti għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz ta’ proċess li jinvolvi n-nar, b’mod partikolari madum tas-soqfa, brikks, brikks refrattorji, madum, oġġetti tal-ġebel jew porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ aktar minn 75 tunnellata kuljum, u/jew b’kapaċità tal-forn li taqbeż 4 m3 u b’densità ambjentali għal kull forn ta’ aktar minn 300 kg/m3 |
|
||
Attivitajiet oħrajn |
||||
|
Impjanti industrijali għall-fabbrikazzjoni ta’: |
|
||
O1 |
|
|
||
O2 |
|
|
Tabella 2
Tibdil fil-lista ta’ impjanti
|
Stat Membru: |
|
Perjodu ta’ rappurtaġġ: |
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
Impjant |
Operatur |
Attività prinċipali fl-Anness I (8) |
Attivitajiet oħrajn fl-nness I (8) |
Attività prinċipali mhux fl-Anness I (9) |
Bidla meta mqabbla ma’ impjanti inklużi f’NAP (10) |
Kwoti allokati jew maħruġa (11) |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni (12) |
||
Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-permess |
Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-impjant |
Isem |
Kwantità |
Sena (snin) |
|||||
|
|
|
|
|
Tabella 3
Metodi ta’ monitoraġġ applikati (għal dawk l-impjanti biss li l-emissjonijiet ta’ CO2 annwali rrappurtati tagħhom jaqbżu l-500 000 t fis-sena u għal dawk l-impjanti li għalihom ma kienx teknikament possibbli li jintużaw il-livelli minimi indikati fit-Tabella 1 tat-Taqsima 4.2.2.1.4 tad-Deċiżjoni 2004/156/KE)
|
Stat Membru: |
|
Sena ta' rappurtaġġ: |
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
Limitu magħżul (15) |
Valur (17) |
||||||||||||
Impjant |
Emissjonijiet annwali totali (14) |
Dejta tal-attività |
Fattur ta' emissjoni |
Valur kalorifiku nett |
Fattur ta’ ossidifikazzjoni |
Tip ta’ fjuwil jew attività (16) |
Fattur ta’ emissjoni |
Valur kalorifiku nett |
Fattur ta’ ossidifikazzjoni |
||||
Kodiċi ta’ identifikazjoni tal-permess |
Kodiċi ta’ identifikazjoni tal-impjant |
Kategorija (13) |
t CO2 |
Limitu |
Limitu |
Limitu |
Limitu |
Valur |
Unità (18) |
Valur |
Unità (19) |
% |
|
|
|
|
|
|
Tabella 4
Tibdil temporanju fil-metodu ta’ monitoraġġ
|
Stat Membru: |
|
Sena ta’ rappurtaġġ |
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
Impjant |
Attività fl-Anness I (20) |
Emissjonijiet annwali totali |
Parametru ta’ monitoraġġ affettwat (21) |
Metodu oriġinali approvat |
Metodu temporanju applikat |
Raġuni għal bidla temporanja (22) |
Perjodu ta’ sospensjoni temporanja sakemm jerġa’ jintuża l-metodu tal-limitu xieraq |
||
Bidu |
Tmiem |
||||||||
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant |
t CO2 |
Limitu |
Limitu |
Xahar/sena |
Xahar/sena |
|||
|
|
|
|
|
Tabella 5
Għadd ta’ impjanti li japplikaw il-kejl tal-emissjonijiet tagħhom kontinwament
|
Stat Membru: |
|
Sena ta’ rappurtaġġ: |
A |
B |
C |
D |
Attività prinċipali fl-Anness I (23) |
< 50 000 t CO2e |
50 000 a 500 000 t CO2e |
> 500 000 t CO2e |
E1 |
|
||
E2 |
|
||
E3 |
|
||
F1 |
|
||
F2 |
|
||
M1 |
|
||
M2 |
|
||
M3 |
|
||
O1 |
|
||
O2 |
|
Tabella 6
Rapporti dwar l-emissjonijiet skont l-Artikolu 14(3) mhux ivvalidati bħala sodisfaċenti
|
Stat Membru: |
|
Sena ta' rappurtaġġ: |
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
Impjant |
Emissjonijiet irrappurtati minn impjanti |
Kwoti ċeduti |
Kwoti imblukkati fil-kont tad-detentur tal-operatur |
Raġuni għan-nuqqas ta’ validazzjoni tar-rapport ta’ emissjoni (24) |
Korrezzjoni tal-emissjonijiet ivverifikati mill-awtorità kompetenti |
|
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
|
|
|
|
|
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).
(2) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(4) ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(5) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.
(6) Meta ma jkunx possibbli li tingħata informazzjoni sħiħa fl-ewwel rapport, jekk jogħġbok ipprovdi stima waqt li tagħti l-informazzjoni sħiħa fit-tieni rapport.
(7) L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet kollha għandhom jiġu indikati (anke jekk dan ifisser li l-impjant jingħadd aktar minn darba).
(8) L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet rilevanti kollha għandhom jiġu indikati. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi għall-attivitajiet fl-Anness I elenkati fit-Tabella 1.
(9) L-attività prinċipali f’impjant tista’ tkun attività oħra li ma taqax taħt l-Anness I. Jekk jogħġbok imla fejn ikun rilevanti.
(10) Jekk jogħġbok indika “dħul ġdid” jew “għeluq”.
(11) Fil-każ ta’ daħliet ġodda, jekk jogħġbok indika s-snin li għalihom ġiet allokata l-kwantità ta’ kwoti. Għal għeluq, jekk jogħġbok indika l-kwoti maħruġin matul il-perjodu kummerċjali li jibqa’, jekk applikabbli.
(12) Fil-każ ta’ daħliet ġodda, jekk jogħġbok indika l-kodiċi assoċjat mal-allokazzjoni tal-kwoti.
(13) L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet rilevanti kollha għandhom jiġu indikati. Jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet għall-attivitajiet fl-Anness I elenkati fit-Tabella 1.
(14) Emissjonijiet ivverifikati jekk disponibbli, inkella emissjonijiet kif irrappurtati mill-operatur.
(15) Għandha timtela biss jekk jiġu kkalkulati l-emissjonijiet.
(16) Faħam iebes, gass naturali, azzar, ġir eċċ.; jekk jogħġbok uża linja separata għal kull karburant jew attività jekk aktar minn karburant jew attività waħda jitwettqu fl-istess impjant.
(17) Il-kolonni J sa N biss jeħtieġ li jimtlew għal impjant b’emissjonijiet ta' CO2 irrappurtati ta’ aktar minn 500 000 tunnellata fis-sena.
(18) kg CO2/kWh, t CO2/kg eċċ.
(19) kJ/kg, kJ/m3 eċċ.
(20) L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attività prinċipali għandha tiġi indikata. Jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet għall-attivitajiet tal-Anness I elenkati fit-Tabella 1.
(21) Jekk jogħġbok uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: Dejta tal-Attività (AD), Valur Kalorifiku Nett (NCV), Fattur ta’ Emissjoni (EF), Dejta tal-Kompożizzjoni (CD), Fattur ta’ Ossidifikazzjoni (OF), Fattur ta’ Konverżjoni (CF); jekk bosta valuri f’impjant huma affettwati, imla ringiela waħda għal kull valur.
(22) Uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: Falliment fl-apparat ta’ kejl (FMD), nuqqas temporanju ta’ dejta (TLD), bidliet fl-impjant, tip ta’ fjuwil eċċ. (CIF), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).
(23) Jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella 1 għal deskrizzjoni tal-kodiċijiet tal-attivitajiet fl-Anness I. Jekk impjant iwettaq aktar minn attività waħda, għandha tingħadd darba biss skont l-attività prinċipali tagħhafl-Anness I.
(24) Jekk jogħġbok uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: id-dejta rrappurtata mhijiex nieqsa mill-inkonsistenzi (NFI), il-ġbir ta’ dejta ma seħħx skont l-istandards xjentifiċi applikabbli (NASS), ir-rekords rilevanti tal-impjant mhumiex kompleti u/jew konsistenti (RNC), il-verifikatur ma ngħatax aċċess għas-siti u għall-informazzjoni kollha relatati mas-suġġett tal-verifika (VFA), ma ġie ppreżentat ebda rapport (NR), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).