EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1669R(01)

1669/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1669/2006 tat- 8 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

HL L 84M., 2009.3.31, p. 510–536 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1669/corrigendum/2009-03-31/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/510


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1669/2006 tat-8 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1669/2006

tat-8 ta’ Novembru 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga (2) kien emendat sostanzjalment għal diversi drabi (3). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, dan ir-Regolament għandu jkun kodifikat.

(2)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jorbot il-ftuħ ta’ intervent pubbliku għall-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru. Għaldaqstant għandhom ikunu stabbiliti regoli biex ikunu kkalkulati l-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-kwalitajiet li għandhom jintużaw u l-ippeżar, il-koeffiċjenti li għandhom jintużaw biex ikunu kkonvertiti fil-grad ta’ kwalità ta’ referenza R3 u l-mekkaniżmi għall-ftuħ u l-għeluq tax-xiri għall-ħżin.

(3)

Il-kundizzjonijiet għall-eliġibilità għandhom jeskludu prodotti li mhumiex rappreżentattivi tal-produzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru u li ma jilħqux ir-regoli tas-saħħa u veterinarji fis-seħħ u dawk fuq piż normalment imfittex fis-suq. L-eliġibilità tal-karkassi taċ-ċanga tal-grad O3, li jistgħu jinxtraw l-Irlanda, għandha tkun estiża wkoll għall-Irlanda ta’ Fuq sabiex ikunu evitati diflessjonijiet tal-kummerċ li jistgħu jiddisturbaw is-suq taċ-ċanga f’dik il-parti tal-Komunità.

(4)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-identifikar ta’ karkassi eliġibbli li jeħtieġu li n-numru tal-qatla jkun ittimbrat fuq in-na ta’ ġewwa ta’ kull kwart tal-annimal. Rigward il-preżentazzjoni, il-karkassi għandhom jitqattgħu b’mod unifromi biex ikun faċilitat id-disponiment mill-qatgħat, jittejjeb il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ boning u bħala riżultat ikun żgurat li l-qatgħat jilħqu l-istess definizzjoni fil-Komunità kollha. Għal dak il-għan, il-karkassi għandhom ikunu maqtugħa straight u l-biċċa ta’ quddiem u ta’ wara għandhom ikunu ddefiniti bħala b’ħames kustilji u bi tmien kustilji rispettivament sabiex jitnaqqas għall-minimu n-numru ta’ qatgħat bla għadam u t-trufijiet u biex isir l-aħjar użu tal-prodotti akkwistati.

(5)

Sabiex tkun evitata l-ispekulazzjoni li tista’ twassal għal distorsjoni tas-sitwazzjoni vera tas-suq, il-partijiet interessati għandhom kull waħda minnhom tkun tista’ tippreżenta biss offerta waħda għal kull kategorija b’risposta għal kull sejħa għall-offerti. Sabiex ikun evitat l-użu ta’ frontmen, il-“partijiet interessati” għandhom ikunu ddefinita bħala li jinkludu biss il-kategorija ta’ operaturi li huma tradizzjonalment involuti f’intervent minħabba l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

(6)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fil-qasam tal-preżentazzjoni tal-offerti, għandu jsir ukoll provvediment għall-partijiet interessati biex jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti, fejn ikun xieraq, abbażi ta’ kuntratti konklużi mal-aġenziji ta’ intervent skont il-kundizzjonijiet li ser ikunu stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet.

(7)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli aktar preċiżi dwar it-tressiq tal-garanziji f’kontanti sabiex l-aġenziji ta’ intervent ikunu jistgħu jaċċettaw garanziji f’ċekk.

(8)

Wara d-divjet dwar l-użu ta’ kwalunkwe materjal ta’ riskju speċifikat u sabiex tiġi kkunsidrata ż-żieda fl-ispejjeż li tirriżulta u t-tnaqqis fid-dħul fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, iż-żieda applikabbli għall-prezz medju tas-suq u użata biex ikun stabbilit il-prezz massimu għax-xiri għall-ħżin għandha tkun allinjata mal-ogħla ammont dak iż-żmien.

(9)

Rigward il-konsenja tal-prodotti kkonċernati, fid-dawl tal-esperjenza l-aġenziji ta’ intervent għandhom ikunu awtorizzati, fejn applikabbli, li jnaqqsu l-limitu taż-żmien għall-forniment tal-prodotti sabiex tkun evitata sovrapożizzjoni ta’ twassiliet relatati ma’ żewġ stediniet suċċessivi għall-offerti.

(10)

Ir-riskji ta’ irregolaritajiet huma partikolarment għolja meta karkassi mixtrija għall-ħżin jitneħħielhom l-għadam b’mod sistematiku. L-impjanti għar-refriġerazzjoni u t-tqattigħ taċ-ċentri ta’ intervent iridu għalhekk ikunu indipendenti mill-biċċeriji u dawk ikkonċernati li tefgħu l-offerta b’suċċess. Sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe diffikultajiet prattiċi li jistgħu jinqalgħu f’ċerti Stati Membri, jistgħu jkunu permessi derogi minn dak il-prinċipju, bil-kundizzjoni li l-kwantitajiet bl-għadam imneħħi jkunu strettament limitati u li l-kontrolli li jsiru meta l-merkanzija tibdel l-idejn jippermettu li l-laħam mingħajr għadam ikun traċċat u l-manipulazzjonijiet kemm jista’ jkun evitati. Fid-dawl tal-aħħar investigazzjonijiet, għandha titpoġġa enfasi akbar fuq il-kontrolli ta’ residwi ta’ sustanzi pprojbiti fil-laħam, u b’mod partikolari dawk is-sustanzi li għandhom azzjoni ormonali.

(11)

Huma biss il-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalità u preżentazzjoni stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji li jistgħu jittieħdu mill-aġenziji ta’ intervent. L-esperjenza turi li għandhom ikunu stabbiliti ċerti regoli dettaljati dwar il-mogħdija u l-kontrolli. B’mod partikolari għandu jsir provvediment għal spezzjoni preliminari li għandha titwettaq fil-biċċerja biex ikun eliminat laħam mhux eliġibbli fi stadju bikri. Sabiex tittejjeb l-affidabilità tal-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ prodotti mwassla, għandhom ikunu impjegati uffiċjali kwalifikati li l-imparzjalità tagħhom tkun iggarantita mill-indipendenza tagħhom mill-partijiet interessati kkonċernati u bir-rotazzjoni perjodika tagħhom. Għandhom ukoll ikunu speċifikati l-punti li għandhom ikunu koperti mill-ispezzjonijiet.

(12)

Fid-dawl tal-episodji li jinvolvu l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), il-ħtieġa li l-laħam kollu jitneħħielu l-għadam tista’ tgħin biex tillibera l-ispazju għall-ħżin li huwa meħtieġ biex ikunu trattati volumi kbar ta’ ċanga li x’aktarx tinxtara għall-ħżin, u tista’ tiffaċilita r-rimi sussegwenti tal-laħam.

(13)

Bil-ħsieb li jitjiebu l-kontrolli minn aġenziji ta’ intervent fuq it-teħid tal-prodotti, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura applikata, b’mod partikolari, biex ikunu definiti l-konsenji, għal spezzjoni preliminari u għal kontroll tal-piż tal-prodotti mixtrija għall-ħżin għandhom isiru aktar ċari. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam mil-laħam mixtri għall-ħżin u t-twarrib tal-prodotti, għandhom isiru aktar stretti. Dan japplika wkoll għall-ispezzjonijiet tal-prodotti waqt il-ħżin.

(14)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-karkassi għandhom jistipulaw b’mod partikolari l-mod kif dawn għandhom jiddendlu u jispeċifikaw kwalunkwe ħsara jew immaniġġjar li probabbilment jaffettwaw il-kwalità kummerċjali tal-prodotti jew jikkontaminawhom li għandhom ikunu evitati waqt l-ipproċessar.

(15)

Sabiex ikun żgurat li t-tneħħija tal-għadam titwettaq b’mod korrett, l-impjanti għall-qtugħ għandu jkollhom friżer blast jew aktar fil-qrib. Id-derogi minn din il-ħtieġa għandhom jinżammu għall-minimu assolut. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-monitoraġġ kostanti u kontinwu tat-tneħħija tal-għadam għandhom ikunu stipulati, b’mod partikolari billi jkun meħtieġ li l-ispetturi jkunu indipendneti u billi jkun stabbilit in-numru minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru.

(16)

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom b’mod partikolari jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward it-traċċabilità u l-ħżin bil-ħsieb li jkun iffaċilitat ir-rimi sussegwenti tal-prodotti mibjugħa għall-ħżin, billi jittieħed kont ta’ kwalunkwe ħtieġa relatata mal-istatus tas-saħħa veterinarja tal-annimali li minnhom ġew il-prodotti. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jitjieb il-ħżin tal-qatgħat u tkun simplifikata l-identifikazzjoni, l-imballaġġ għandu jkun standardizzat u l-qatgħat għandhom jissemmew bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċijiet Komunitarji.

(17)

Id-dispożizzjonijiet għall-ħżin f’kaxxi tal-kartun, pallets u gaġeġ għandhom isiru aktar stretti biex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni u tittejjeb il-preservazzjoni tal-prodotti maħżuna, biex tiżdied il-ġlieda kontra l-frodi u biex jittejjeb l-aċċess għall-prodotti bil-ħsieb tal-ispezzjoni u r-rimi tagħhom.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AMBITU

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għax-xiri għall-ħżin taċ-ċanga kif previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

KAPITOLU II

XIRI GĦALL-ĦŻIN

TAQSIMA 1

Regoli Ġenerali

Artikolu 2

Reġjuni ta’ intervent fir-Renju Unit

Ir-Renju Unit għandu jikkonsisti minn żewġ reġjuni ta’ intervent kif ġej:

reġjun I: il-Gran Brittanja

reġjun II: l-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 3

Ftuħ u għeluq tax-xiri għall-ħżin b’sejħa għall-offerti

L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu japplika skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

bil-ħsieb li jkun aċċertat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jintlaħqu:

il-prezz medju tas-suq skont il-kategorija ta’ eliġibilità fi Stat Membru jew f’reġjun tiegħu għandu jieħu kont tal-prezzijiet għall-kwalitajiet U, R u O, espressi fi kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament, fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat,

il-prezzijiet medji tas-suq għandhom ikunu rreġistrati skont il-kundizzjonijiet u fir-rispett tal-kwalitajiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/96 (4),

il-prezz medju tas-suq skont il-kategorija ta’ eliġibilità fi Stat Membru jew reġjun tiegħu għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-kwalitajiet kollha msemmija fit-tieni inċiż, peżati bil-proporzjon li kull wieħed jippreżenta tal-qtil totali f’dak l-Istat membru jew reġjun;

(b)

id-deċiżjonijiet biex jinfetaħ xiri għall-ħżin għandhom isiru skont il-kategorija u l-Istat Membru jew reġjun tiegħu abbażi tal-aktar żewġ prezzijiet tas-suq għal kull ġimgħa rreġistrati riċenti;

(c)

id-deċiżjonijiet biex jingħalaq ix-xiri għall-ħżin għandhom isiru skont il-kategorija u l-Istat Membru jew reġjun tiegħu abbażi tal-aktar prezzijiet tas-suq għal kull ġimgħa rreġistrati riċenti.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-eliġibilità tal-prodotti

1.   Il-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-regolament u li jaqgħu taħt il-kategoriji segwenti definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 (5) jistgħu jinxtraw għall-ħżin:

(a)

laħam ta’ annimali maskili żgħar mhux ikkastrati ta’ inqas minn sentejn (kategorija A);

(b)

laħam ta’ annimali maskili kkastrati (kategorija C).

2.   Il-karakassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw għall-ħżin biss meta:

(a)

ikunu akkwistaw il-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

ma jkollhom l-ebda karatteristika li tirrendi l-prodotti derivati minnhom bħala mhux tajbin għall-ħżin jew użu sussegwenti;

(c)

ma jkunux ġejjin minn annimali maqtula bħala riżultat ta’ miżuri ta’ emerġenza;

(d)

joriġinaw fil-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7);

(e)

ikunu ġejjin minn annimali mrobbija skont ir-rekwiżiti veterinarji prevalenti;

(f)

ma jaqbżux il-livelli massimi ta’ radjuattività permessi taħt ir-regolamenti Komunitarji. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodott għandha tkun immonitorjata biss jekk is-sitwazzjoni titlob hekk u biss sakemm ikun meħtieġ. Id-dewmien u l-ambitu ta’ kwalunkwe kontroll meħtieġ għandhom ikunu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

(ġ)

ikunu ġejjin minn karakassi li ma jiżnux aktar minn 340 kg.

3.   Il-karkassi u n-nofs karkassi jistgħu jinxtraw biss fejn ikunu:

(a)

ippreżentati, fejn ikun xieraq wara l-qtugħ fi kwarti bi spejjeż tal-parti kkonċernata, skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-partijiet tal-karkassa għandhom jiġu spezzjonati biex tkun ivvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tal-punt 2 ta’ dak l-Anness. In-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe minn dawk ir-rekwiżiti għandu jirriżulta f’rifjut; fejn kwart ikun irrifjutat minħabba li jonqos li jikkonforma ma’ kundizzjonijiet bħal dawn ta’ preżentazzjoni u b’mod partikolari fejn preżentazzjoni mhux sodisfaċenti ma tkunx tista’ tittejjeb waqt il-proċedura ta’ aċċettazzjoni, il-kwart l-ieħor tal-istess nofs karkassa għandu wkoll jinċaħad;

(b)

ikklassifikati skont l-iskala Komunitarja prevista fir-Regolament (KE) Nru 1183/2006. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiċħdu kwalunkwe prodott li huma ma jqisux li hu klassifikat f’konformità ma’ dik l-iskala wara li jwettqu spezzjoni dettaljata tal-partijiet kollha tal-karkassa;

(c)

identifikati, l-ewwel, b’marki li jindikaw kategorija, il-klassi ta’ konformità u l-grad ta’ kopertura tax-xaħam u, it-tieni, b’numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla. Il-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi ta’ konformità u l-kopertura tax-xaħam għandhom ikunu perfettament leġġibbli u għandhom ikunu ttimbrati bl-użu ta’ linka mhux tossika, li ma tmurx malajr, indelibbli skont il-proċedura approvata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-ittri u n-numri għandhom ikunu għoljin mill-anqas 2 cm. Il-marki għandhom jiġu applikati lill-istrip ġenbejn fil-livell tar-raba’ vertebra lumbari tal-kwarti ta’ wara u madwar 10 sa 30 cm mit-tarf maqtugħ tal-isternu tal-kwarti ta’ quddiem. In-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla għandu jkun immarkat fin-nofs tan-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart bl-użu ta’ timbru jew markatur indelibbli awtorizzat mill-aġenija ta’ intervent;

(d)

ittikkettati skont is-sistema introdotta mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (8).

Artikolu 5

Ċentri ta’ intervent

1.   Iċ-ċentri ta’ intervent għandhom jingħażlu mill-Istati Membri bil-ħsieb li tkun żgurata l-effikaċja tal-miżuri ta’ intervent.

Il-faċilitajiet ta’ dawn iċ-ċentri għandhom jippermettu:

(a)

li jittieħed laħam bl-għadam;

(b)

iffriżar tal-laħam kollu li ser jiġi ppreservat mingħajr aktar ipproċessar;

(c)

ħżin ta’ laħam bħal dan tal-inqas għal tliet xhur f’kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.

2.   Huma biss iċ-ċentri ta’ intervent li l-impjanti għat-tqattigħ u l-impjanti għar-refriġerazzjoni tagħhom mhumiex konnessi mal-biċċerija u/jew ma’ min tefa’ l-offerta b’suċċess u li huma operati, immexxija u għandhom persunal indipendenti mill-biċċerija u/jew ma’ min tefa’ l-offerta b’suċċess li jistgħu jintgħażlu għal laħam bl-għadam intenzjonat biex jitneħħielu l-għadam.

Fil-każ ta’ diffikultajiet prattiċi, l-Istati Membri jagħmlu deroga mill-ewwel subparagrafu, bil-kundizzjoni li huma jsaħħu l-kontrolli waqt l-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 14(5).

TAQSIMA 2

Tfigħ ta’ offerti u Teħid

Artikolu 6

Ftuħ u għeluq tas-sejħiet għall-offerti

1.   L-avviżi ta’ sejħa għall-offerti, l-emendi għalihom u l-għeluq tagħhom għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mis-Sibt qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti.

2.   Meta jinħarġu sejħiet għall-offerti, jista’ jkun stabbilit prezz li inqas minnu l-offerti ma jkunx ammissibbli.

Artikolu 7

Sottomissjoni u notifika tal-offerti

Waqt il-perjodu kopert mis-sejħa għall-offerti, l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha tkun 12:00 a.m. (ħin ta’ Brussell) fit-tieni u r-raba’ Tlieta ta’ kull xahar, bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta’ Awwissu u r-raba’ Tlieta ta’ Diċembru meta m’għandha ssir l-ebda sottomissjoni ta’ offerti. Jekk it-Tlieta jinzerta fi btala pubblika, l-iskadenza għandha tinġieb ‘il quddiem b’24 siegħa. Fi żmien 24 siegħa mill-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti li rċevew.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu għat-tfigħ tal-offerti

1.   Dawn li ġejjin biss jistgħu jitfgħu offerti:

(a)

biċċeriji għal annimali bovini rreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), irrispettivament mill-istatus legali tagħhom; u

(b)

negozjanti tal-bhejjem jew tal-laħam li jsirilhom qtil hemmhekk f’isimhom u li huma mdaħħla f’reġistru tal-VAT nazzjonali.

2.   B’risposta għas-sejħiet għall-offerti, il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw l-offerti tagħhom lill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri fejn inħarġu, jew billi jressqu offerta bil-miktub li tingħatalhom riċevuta għaliha jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni bil-miktub aċċettat mill-aġenzija ta’ intervent, b’avviż ta’ riċeviment.

Il-preżentazzjoni tal-offerti tista’ tkun soġġetta għal kuntratti b’termini stabbiliti mill-aġenziji ta’ intervent u skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

3.   Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss offerta waħda għal kull kategorija b’risposta għal kull sejħa għall-offerti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jitfgħu l-offerti huma indipendenti minn xulxin f’termini tat-tmexxija, il-persunal u l-operazzjonijiet tagħhom.

Fejn ikun hemm indikazzjonijiet serji li juru l-kuntrarju jew li dawk li tefgħu l-offerti ma jkunux konformi mal-fatti ekonomiċi, l-offerti għandhom jitqiesu ammissibbli biss fejn min jitfa’ l-offerta jippreżenta evidenza adatta ta’ konformità mat-tieni subparagrafu.

Fejn jiġi stabbilit li l-offerent ippreżenta aktar minn offerta waħda, l-offerti kollha minn dak li tefa’ l-offerti għandhom jitqiesu inammissibbli.

4.   L-offerti għandhom jiddikjaraw:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-offerent;

(b)

il-kwantità li ntefgħet offerta għaliha, imfissra f’tunnellati, tal-prodotti tal-kategoriji speċifikati fl-avviż tas-sejħa għall-offerti;

(c)

il-prezz ikkwotat skont l-Artikolu 15(3), imfisser f’100 kg ta’ prodotti tal-kwalità R3 f’euro arrotondati għal mhux aktar minn żewġ postijiet deċimali.

5.   L-offerti għandhom ikunu validi jekk:

(a)

tal-inqas ikunu relatati ma’ 10 tunnellati;

(b)

ikunu akkumpanjati b’impenn bil-miktub minn min tefa’ l-offerta li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha relatati mas-sejħa għall-offerti kkonċernata; u

(c)

tingħata prova li sal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, min tefa’ l-offerti jkun ippreżenta sigurtà għall-offerti kif previst fl-Artikolu 9 rigward is-sejħa għall-offerti kkonċernata.

6.   L-offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara li tgħaddi l-iskadenza għall-preżentazzjoni speċifikata fl-Artikolu 7.

7.   L-offerti għandhom ikunu kunfidenzjali.

Artikolu 9

Garanziji

1.   Iż-żamma tal-offerti wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti u l-forniment tal-prodotti lill-maħżen indikat mill-aġenzija ta’ intervent fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 13(2) għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti primarji, li t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat bil-preżentazzjoni ta’ sigurtà ta’ EUR 30 għal kull 100 kg.

Il-garanziji għandhom ikunu ppreżentati mal-aġenzija ta’ intervent fl-Istat Membru fejn hi ppreżentata l-offerta.

2.   Il-garanziji għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ depożiti f’kontanti kif iddefinit fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (10).

3.   Fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti li ma jkunux aċċettabbli, il-garanziji għandhom ikunu rilaxxati hekk kif ikun ippubblikat ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

Fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti li jiġu aċċettati, il-garanziji għandhom ikunu rilaxxati wara t-tkomplija tat-teħid tal-prodotti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(7) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Għoti

1.   Fid-dawl tal-offerti riċevuti b’risposta għal kull sejħa għat-tressiq tal-offerti u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandu jiġi stabbilit prezz ta’ bejgħ għall-ħżin massimu għall-kwalità R3 għal kull kategorija.

Fejn iċ-ċirkostanzi partikolari jitolbu hekk, jista’ jiġi stabbilit prezz differenti minn Stat Membru jew reġjun tiegħu biex jirrifletti l-prezzijiet tas-suq medji rreġistrati.

2.   Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma jsir l-ebda għoti.

3.   Jekk il-kwantitajiet totali offerti fi prezz ugwali għal jew inqas mill-prezz massimu jaqbżu l-kwantitajiet li ser jinxtraw għall-ħżin, il-kwantitajiet mogħtija jistgħu jitnaqqsu għal kull kategorija billi jiġu applikati koeffiċjenti ta’ tnaqqis, biex jaqgħu b’ammont li jiżdied progressivament mad-differenzjal tal-prezz u l-kwantitajiet koperti mis-sejħiet għall-offerti.

Fejn iċ-ċirkostanzi partikolari jitolbu hekk, koeffiċjenti ta’ tnaqqis bħal dawn jistgħu jvarjaw minn Stat Membru jew reġjun tiegħu bil-ħsieb li jkun żgurat li l-mekkaniżmi ta’ intervent jiffunzjonaw sew.

Artikolu 11

Prezz massimu tax-xiri għall-ħżin

1.   L-offerti m’għandhomx jiġu kkunsidrati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat skont il-kategorija f’kull Stat Membru jew reġjun tiegħu, ikkonvertit fi kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti mniżżla fl-Anness I, flimkien ma’ EUR 10 għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-offerti għandhom jiġu rrifjutati jekk il-prezz ikkwotat ikun ogħla mill-prezz massimu kif imsemmi fl-Artikolu 10 għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.

3.   Fejn il-prezz tax-xiri għall-ħżin mogħti minn dawk li tefgħu l-offerti jkun ogħla mill-prezz medju tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-prezz mogħti għandu jkun aġġustat billi jkun immultiplikat bil-koeffiċjent akkwistat billi tiġi applikata l-formola A fl-Anness IV. Madankollu, dak il-koeffiċjent ma jistax:

(a)

ikun akbar minn 1;

(b)

jirriżulta fi tnaqqis fil-prezz mogħti li jkun ikbar mid-differenza bejn dak il-prezz u l-prezz medju tas-suq.

Jekk l-Istat Membru jkollu dejta affidabbli u jkolli mezzi adatti ta’ verifika, hu jista’ jiddeċiedi li jikkalkula l-koeffiċjent għal kull l-offerent bl-użu tal-formola B fl-Anness IV.

4.   Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dawn is-sejħiet għall-offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 12

Limitazzjoni tax-xiri għall-ħżin

Fejn l-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri jkunu offruti laħam fi kwantitajiet akbar milli jistgħu jieħdu, huma jistgħu jillimitaw ix-xiri għall-ħżin għall-kwantitajiet li jistgħu jittrattaw fit-territorju tagħhom jew f’wieħed mir-reġjuni tagħhom għal intervent.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza tal-aċċess għall-partijiet kollha kkonċernati fil-każ ta’ limitazzjoni bħal din.

Artikolu 13

Notifika ta’ dawk li tefgħu offerta b’suċċess u forniment

1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jinformaw lil dawk li tefgħu l-offerti b’mod individwali immedjatament bir-riżultat tal-offerti tagħhom.

L-aġenziji ta’ intervent għandhom joħorġu ordnijiet għall-forniment innumerati immedjatament lil dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess, li jiddikjaraw:

(a)

il-kwantità li għandha tkun fornuta;

(b)

il-prezz li bih saret l-għotja;

(c)

l-iskeda taż-żmien għall-forniment tal-prodotti;

(d)

iċ-ċentru jew ċentri ta’ intervent fejn għandu jsir il-forniment.

2.   Dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess għandhom ifornu l-prodotti mhux aktar tard minn 17-il jum kalendarju wara l-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara l-pubblikazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi l-prezz massimu għax-xiri għall-ħżin u l-kwantitajiet ta’ ċanga li għandha tinxtara għall-ħżin.

Madankollu, il-Kummissjoni tista’, skont il-kwantitajiet mogħtija, testendi dak il-perijodu b’ġimgħa. Il-fornimenti jistgħu jinqasmu f’aktar minn konsenja waħda. Barra dan, l-aġenziji ta’ intervent jistgħu, meta jistabbilixxu l-iskeda taż-żmien tal-prodotti, inaqqsu dak il-perijodu għal mhux inqas minn 14-il jum kalendarju.

Artikolu 14

Teħid

1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jieħdu l-laħam fil-punt tal-użin tad-dħul fl-impjant għat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ intervent.

Il-prodotti għandhom jitwasslu f’konsenji ta’ kwantità bejn 10 u 20 tunnellata. Madankollu, il-kwantità tista’ tkun inqas minn 10 tunnellati biss jekk il-bilanċ finali tal-offerta oriġinali jew jekk l-offerta oriġinali kienet skalata lura taħt 10 tunnellati.

Il-prodotti fornuti għandhom ikunu aċċettati u meħuda soġġetti għal verifika mill-aġenzija ta’ intervent li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(e) u b’mod partikolari l-assenza ta’ sustanzi pprojbiti taħt l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (11) għandha tkun ivverifikata b’analiżi ta’ kampjun, li d-daqs u l-kampjunar tiegħu huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti.

2.   Fejn ma ssir l-ebda spezzjoni preliminari immedjatament wara l-ħatt fil-post għall-ħatt tal-biċċerija u qabel it-trasport għaċ-ċentru ta’ intervent, in-nofs karkassi għandhom ikunu identifikati kif ġej:

(a)

fejn ikunu sempliċement immarkati, il-marki għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 4(3)(c), u dokument li jispeċifika n-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla u d-data tal-qatla relatata man-nofs karkassa għandu jkun komplut;

(b)

fejn barra minn dan ikunu ttikkettati, it-tikketti għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/91 (12).

Fejn in-nofs karkassi jitqattgħu fi kwarti, l-ikkwartjar għandu jitwettaq skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Bil-ħsieb ta’ aċċettazzjoni, il-kwarti għandhom ikunu miġburin flimkien f’karkassi jew nofs karkassi fil-ħin tat-teħid. Fejn in-nofs karkassi ma jkunux mqattgħin fi kwarti qabel it-trasport lejn iċ-ċentru ta’ intervent, huma għandhom jitqattgħu skont l-Anness III mal-wasla tagħhom.

Fil-punt ta’ aċċettazzjoni, kull kwart għandu jkun identifikat b’tikketta li tikkonforma mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jitwaħħlu mal-għeruq tal-qasba/riġel fuq il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara jew l-għerq tal-għonq fuq il-falda tal-kwart ta’ quddiem u ta’ wara mingħajr ma jintużaw rabbata tal-metall jew tal-plastik.

Il-proċedura ta’ aċċettazzjoni għandha tinkludi kontroll sistematiku tal-preżentazzjoni, klassifikazzjoni, piż u tikkettar ta’ kull kwart imwassal. It-temperatura tal-kwart ta’ wara ta’ kull karkassa għandha wkoll tkun ikkontrollata. B’mod partikolari l-ebda karkassa m’għandha tkun aċċettata meta taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g).

3.   Tista’ titwettaq spezzjoni preliminari immedjatament qabel ma jinħatt il-laħam fil-post għall-ħatt tal-biċċerija u din għandha tkopri l-piż, il-klassifikazzjoni, il-preżentazzjoni u t-temperatura tan-nofs karkassi. B’mod partikolari l-ebda karkassa m’għandha tkun aċċettata jekk taqbeż il-piż massimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(g). Il-prodotti miċħuda għandhom ikunu mmarkati bħala tali u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għal spezzjoni jew aċċettazzjoni preliminari.

Spezzjonijiet bħal dawn għandhom ikopru kunsinji sa 20 tunnellata ta’ nofs karkassi kif stabbilit mill-aġenzija ta’ intervent. Madankollu, fejn l-offerta tinvolvi kwarti, l-aġenzija ta’ intervent tista’ tippermetti konsenja ta’ aktar minn 20 tunnellata ta’ nofs karkassi. Fejn aktar minn 20 % tan-numru totali ta’ nofs karkassi fi kwalunkwe konsenja spezzjonata jiġi miċħud, il-konsenja kollha għandha tiġi rrifjutata skont il-paragrafu 6.

Qabel ma n-nofs karkassi jiġu trasportati għaċ-ċentru ta’ intervent, huma għandhom jitqattgħu fi kwarti skont l-Anness III. Kull kwart għandu jintiżen b’mod sistematiku u jiġi identifikat b’tikketta li tikkonforma mal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91. It-tikketti għandhom juru wkoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jitwaħħlu direttament mal-għerq tal-qasba/riġel fuq il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara jew l-għerq tal-għonq fuq il-falda tal-kwart ta’ wara u ta’ quddiem mingħajr ma jintużaw rabbata tal-metall jew tal-plastik.

Il-kwarti minn kull karkassa mbagħad għandhom ikunu gruppati għall-iskopijiet tal-proċedura ta’ aċċettazzjoni b’karkassa jew nofs karkassa fil-ħin tat-teħid.

Lista ta’ kontroll li trodd id-dettalji kollha tan-nofs karkassi jew kwarti, inkluż in-numru ta’ nofs karkassi jew kwarti ppreżentati u jew aċċettati jew miċħuda, għandha takkumpanja kull konsenja sal-punt tal-aċċettazzjoni. Il-lista ta’ kontroll għandha tingħata lill-uffiċjal għall-aċċettazzjoni.

Għandu jitwaħħal siġill mal-mezz tat-trasport qabel dan jitlaq mill-biċċerija. In-numru tas-siġill għandu jintwera fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa jew lista ta’ kontroll.

Il-proċedura ta’ aċċettazzjoni għandha tinkludi kontrolli tal-preżentazzjoni, klassifikazzjoni, piż, ittikkettar u temperatura tal-kwarti mwassla.

4.   L-ispezzjoni preliminari u l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti għal intervent għandhom jitwettqu minn uffiċjal tal-aġenzija ta’ intervent jew persuna awtorizzata minn dan tal-aħħar li jkun klassifikatur kwalifikat, ma jkunx involut fi klassifikazzjoni fil-biċċerija u jkun totalment indipendenti minn min tefa’ l-offerta b’suċċess. Din l-awtonomija għandha tkun żgurata b’mod partikolari bir-rotazzjoni perjodika ta’ uffiċjali bħal dawn bejn iċ-ċentri ta’ intervent.

Fil-ħin tat-teħid, il-piż totali tal-kwarti f’kull konsenja għandu jkun irreġistrat u r-reġistrazzjoni tinżamm mill-aġenzija ta’ intervent.

Dokument li jirreġistra d-dettalji sħaħ tal-piż u n-numru tal-prodotti ppreżentati u jew aċċettati jew miċħuda għandu jiġi komplut mill-uffiċjal għall-aċċettazzjoni.

5.   Ir-rekwiżiti rigward l-identifikazzjoni, il-forniment u l-kontrolli għat-teħid ta’ laħam bla għadam intenzjonat biex jitneħħielu l-għadam f’ċentri ta’ intervent li ma jilħaqx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

fil-ħin tat-teħid kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara biex jitneħħewlhom l-għadam għandhom ikunu identifikati bl-ittri “INT” immarkati fin-naħat kemm ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra skont l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(3)(c) biex ikunu mmarkati l-kategorija u n-numru tal-qatla u l-postijiet fejn għandhom isiru marki bħal dawn; madankollu, l-ittri “INT” għandhom ikunu mmarkati fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull kwart fil-livell tat-tielet jew ir-raba’ kustilja tal-kwarti ta’ quddiem u s-seba’ jew it-tmien kustilja tal-kwarti ta’ wara;

(b)

il-codfat għandu jibqa’ mwaħħal mal-ħin tat-teħid u għandu jitneħħa qabel l-użin;

(c)

il-prodotti fornuti għandhom jitqassmu f’konsenji kif definit fil-paragrafu 1.

Fejn karkassi jew kwarti mmarkati “INT” jinstabu barra ż-żoni riservati għalihom, l-Istat Membru għandu jwettaq inkjesta, jieħu miżuri adatti u jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

6.   Fejn aktar minn 20 % tal-konsenja ppreżentata tiġi rrifjutata, f’termini ta’ numru ta’ nofs karkassi jew kwarti ppreżentati, il-konsenja sħiħa għandha tiġi rrifjutata u l-prodotti kollha għandhom ikunu mmarkati bħala tali u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għal spezzjoni preliminari jew aċċettazzjoni.

7.   Jekk il-kwantità fil-fatt fornuta u aċċettata tkun inqas mill-kwantità mogħtija, il-garanzija għandha:

(a)

tinħareġ bis-sħiħ fejn id-differenza ma tkunx aktar minn 5 % jew 175 kg;

(b)

ħlief f’każijiet ta’ force majeure, tintilef:

in parti, korrispondenti għall-kwantitajiet mhux fornuti jew mhux aċċettati fejn id-differenza ma tkunx aktar minn 15 %,

totalment f’każijiet oħra, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 15

Prezz li għandu jitħallas lil dawk li tefgħu l-offerti b’suċċess

1.   Mill-45 jum wara t-tkomplija tat-teħid tal-prodotti sal-65 jum wara dan, l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas lil dawk li tefgħu l-offerta b’suċċess il-prezz ikkwotat fl-offerti tagħhom.

2.   Għandu jsir ħlas biss għall-kwantità li fil-fatt kienet fornuta u aċċettata. Madankollu, jekk il-kwantità fil-fatt fornuta u aċċettata tkun akbar mill-kwantità mogħtija, għandu jsir ħlas għall-kwantità mogħtija.

3.   Fejn jittieħdu kwalitajiet barra mill-kwalità R3, il-prezz li għandu jitħallas lil dawk li tefgħu l-offerta b’suċċess għandu jkun aġġustat billi jiġi applikat il-koeffiċjent għall-kwalità mixtrija kif imniżżel fl-Anness I.

4.   Il-prezz tax-xiri għall-ħżin għal laħam li jkun intenzjonat kollu biex jitneħħielu l-għadam għandu jkun il-prezz liberu fil-punt tal-użin tad-dħul tal-impjant għat-tqattigħ taċ-ċentru ta’ intervent.

L-ispejjeż għall-ħatt għandhom jintrefgħu minn min tefa’ l-offerta b’suċċess.

Artikolu 16

Rata tal-kambju

Ir-rata li għandha tkun applikata għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 11 u l-prezz li bih saret l-għotja għandha tkun ir-rata tal-kambju applikabbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-prezz massimu tax-xiri għall-ħżin u l-kwantitajiet ta’ ċanga li għandha tinxtara taħt is-sejħa għall-offerti kkonċernata.

KAPITOLU III

TNEĦĦIJA TAL-GĦADAM MINN LAĦAM MIXTRI MINN AĠENZIJI TA’ INTERVENT

Artikolu 17

Ħtieġa ta’ tneħħija tal-għadam

L-aġenziji ta’ intervent għandhom ineħħu l-għadam miċ-ċanga kollha mixtrija.

Artikolu 18

Kundizzjonijiet ġenerali rigward it-tneħħija tal-għadam

1.   It-tneħħija tal-għadam tista’ titwettaq biss f’impjanti għat-tqattigħ irreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u bi friżer blast waħda jew aktar magħhom.

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga għal perjodu limitat mill-obbligi koperti fl-ewwel subparagrafu. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżviluppi preżenti fl-impjant u l-ħtiġiet ta’ apparat, saħħa u kontroll u l-objettiv ta’ armonizzazzjoni gradwali f’dan il-qasam.

2.   Il-qatgħat bl-għadam imneħħi jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-rekwiżiti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

3.   It-tneħħija tal-għadam ma tistax tibda qabel ma jkun tlesta it-teħid tal-konsenja kkonċernata.

4.   Ma jista’ jkun preżenti l-ebda laħam ieħor fil-kamra tat-tqattigħ meta ċ-ċanga ta’ intervent ikun qed jitneħħielha l-għadam, trattat jew imballat.

Madankollu, jista’ jkun preżenti majjal fil-kamra tat-tqattigħ fl-istess ħin maċ-ċanga, bil-kundizzjoni li jiġi pproċessat f’linja tal-produzzjoni separata.

5.   L-attivitajiet kollha tat-tneħħija tal-għadam għandhom isiru bejn is-7 a.m. u s-6 p.m.; it-tneħħija tal-għadam m’għandhiex issir is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-vaganzi pubbliċi. Dawk is-sigħat jistgħu jkunu estiżi b’sagħtejn, bil-kundizzjoni li jkunu preżenti l-awtoritajiet għall-ispezzjoni.

Jekk it-tneħħija tal-għadam ma tkunx tista’ ssir fil-jum tat-teħid, għandhom jitwaħħlu siġilli mill-awtoritajiet kompetenti mal-kmamar għar-refriġerazzjoni fejn jinħażnu l-prodotti u dawn jistgħu jinkisru biss mill-istess awtoritajiet meta titkompla t-tneħħija tal-għadam.

Artikolu 19

Kuntratti u speċifikazzjonijiet

1.   It-tneħħija tal-għadam għandha titwettaq b’kuntratt b’termini stabbiliti mill-aġenziji ta’ intervent u skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji ta’ intervent għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-impjanti għat-tqattigħ, għandhom jispeċifikaw l-impjant u l-apparat meħtieġ u għandhom jiżguraw li jkun hemm adeżjoni mar-regoli Komunitarji dwar il-preparazzjoni tal-qatgħat.

Huma għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jkopru t-tneħħija tal-għadam, li jispeċifikaw il-metodu ta’ preparazzjoni, ittrimjar, imballaġġ, iffriżar u preservazzjoni tal-qatgħat bl-iskop tat-teħid tagħhom mill-aġenzija ta’ intervent.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji ta’ intervent jistgħu jinkisbu mill-partijiet interessati mill-indirizzi fl-Anness VI.

Artikolu 20

Monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam

1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ fiżiku kontinwu tal-operazzjonijiet kollha tat-tneħħija tal-għadam.

Monitoraġġ bħal dan għandu jkun iddelegat lil korpi li huma għal kollox indipendenti mill-kummerċjanti, il-biċċiera jew il-magazzinieri inkwistjoni. F’każijiet bħal dawn, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom iwettqu spezzjoni mhux imħabbra tat-tneħħija tal-għadam mil-laħam kopert minn kull offerta. Waqt spezzjonijiet bħal dawn, għandhom jitwettqu kontrolli każwali ta’ kaxex ta’ qatgħat qabel u wara l-iffriżar u l-kwantitajiet użati għandhom jitqabblu mal-kwantitajiet prodotti fuq naħa u l-għadam, ix-xaħam u t-trimmings fuq l-oħra. Kontrolli bħal dawn għandhom ikopru tal-inqas 5 % tal-kaxxi mimlija matul il-jum b’qatgħa partikolari u, fejn ikun hemm kaxxi suffiċjenti, minimu ta’ ħames kaxxi għal kull qatgħa.

2.   Il-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara għandu jitneħħielhom l-għadam separatament. Rigward kull jum tat-tneħħija tal-għadam:

(a)

għandu jsir tqabbil bejn in-numru ta’ qatgħat u l-kaxxi mimlija;

(b)

għandha timtela formola li turi separatament dak li rriżulta mit-tneħħija tal-għadam tal-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara.

Artikolu 21

Kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam

1.   Waqt it-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar u l-imballaġġ qabel l-iffriżar, it-temperatura interna taċ-ċanga m’għandha fl-ebda ħin tkun aktar minn + 7 °C. Il-qatgħat ma jistgħux jiġu ttrasportati qabel ma jkunu ffriżati blast, ħlief taħt id-derogi previsti fl-Artikolu 18(1).

2.   It-tikketti u l-materja esterna kollha għandha titneħħa għal kollox immedjatament qabel it-tneħħija tal-għadam.

3.   L-għadam, l-għeruq, il-qarquċa, il-biċċa tal-għonq u tad-dahar (paddywack) (ligamentum nuchae) u t-tessuti konnettivi raffi għandhom jitneħħew għal kollox. L-ittrimjar tal-qatgħat għandu jkun limitat għat-tneħħija tax-xaħam, il-qarquċ, l-għeruq, il-kapsuli tal-konnessjoni u ttrimjar ieħor speċifikat. It-tessuti nervużi u limfatiċi ovvji kollha għandhom jitneħħew.

4.   Il-vini u l-arterji kbar kollha u l-għoqiedi tad-demm u l-partijiet maħmuġa għandhom jitneħħew bil-għaqal bi ftit ittrimjar kemm jista’ jkun.

Artikolu 22

Ippakkjar tal-qatgħat

1.   Il-qatgħat għandhom jiġu ppakkjati immedjatament wara li jitneħħielhom l-għadam b’mod li l-ebda parti tal-laħam ma tiġi f’kuntatt dirett mal-kartun tal-kaxxa, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

2.   Il-politin użat biex jiksi l-kaxxi u l-folji jew boroż tal-politin użati biex jitgeżwru l-qatgħat għandhom ikunu ħoxnin mill-inqas 0,05 mm u adatti biex jitgeżwru oġġetti tal-ikel.

3.   Il-kaxxi, il-pallets u l-gaġeġ użati għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 23

Ħżin tal-qatgħat

L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li ċ-ċanga kollha bla għadam mixtrija għall-ħżin tinħażen separatament u tkun faċilment identifikabbli skont is-sejħa għall-offerta, qatgħa u xahar tal-ħażna.

Il-qatgħat akkwistati għandhom jinħażnu f’cold stores fit-territorju tal-Istat Membru li jeżerċita ġurisdizzjoni fuq l-aġenzija ta’ intervent.

Bl-eċċezzjoni ta’ derogi speċifiċi previsti taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, cold stores bħal dawn għandhom ikunu kapaċi jżommu ċanga mingħajr għadam allokata mill-aġenzija ta’ intervent għal mill-anqas tliet xhur taħt kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.

Artikolu 24

Spejjeż għat-tneħħija tal-għadam

Il-kuntratti kif imsemmija fl-Artikolu 19(1) u l-pagamenti magħmula skont il-kuntratti għandhom ikopru l-operazzjoni u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari:

(a)

l-ispejjeż ta’ kwalunkwe trasport ta’ prodotti bl-għadam għall-impjant tat-tqattigħ wara l-aċċettazzjoni;

(b)

it-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar, l-imballaġġ u l-iffriżar blast;

(c)

il-ħżin, it-tagħbija u l-ġarr tal-qatgħat iffriżati u t-teħid tagħhom mill-aġenziji ta’ intervent fil-cold stores indikati minnhom;

(d)

l-ispiża tal-materjali, b’mod partikolari għall-imballaġġ;

(e)

il-valur ta’ kwalunkwe għadam, xaħam u trimmings li jifdal fl-impjanti tat-tqattigħ mill-aġenziji ta’ intervent.

Artikolu 25

Limiti taż-żmien

It-tneħħija tal-għadam, l-ittrimjar u l-imballaġġ għandu jitlesta fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-qtil. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jqassru dawn il-limiti taż-żmien.

L-iffriżar blast għandu jitwettaq immedjatament wara l-imballaġġ, billi jibda fi kwalunkwe każ fl-istess jum; il-kwantità tal-laħam li jitneħħielu l-għadam ma tistax taqbeż il-kapaċità ta’ kuljum tal-friżers blast.

It-temperatura interna tal-laħam bl-għadam imneħħi għandha titnaqqas għal – 7 °C jew inqas fi żmien 36 siegħa waqt l-iffriżar blast.

Artikolu 26

Rifjut ta’ prodotti

1.   Fejn il-kontrolli speċifikati fl-Artikolu 20(1) juru ksur mill-impjant għat-tneħħija tal-għadam tal-Artikoli 17 sa 25 rigward qatgħa partikolari, dawk il-kontrolli għandhom ikunu estiżi biex ikopru 5 % oħra tal-kaxxi mimlija fil-jum inkwistjoni. Fejn jinstab aktar ksur, għandhom jiġu kkontrollati kampjuni addizzjonali li jammontaw għal 5 % tan-numru totali ta’ kaxxi tal-qatgħa rilevanti. Meta, fir-raba’ kontroll ta’ 5 %, tal-inqas 50 % tal-kaxxi jinstab li jiksru dawk l-Artikoli, il-produzzjoni sħiħa tal-jum ta’ dik il-qatgħa għandha tkun ikkontrollata. Madankollu, m’għandux ikun meħtieġ kontroll tal-produzzjoni kollha tal-jum ladarba tal-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstab li huma fi ksur.

2.   Meta, abbażi tal-paragrafu 1, inqas minn 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstabu fi ksur, il-kontenuti kollha ta’ dawk il-kaxxi għandhom jiġu rrifjutati u m’għandu jsir ebda ħlas għalihom. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz muri fl-Anness VIII għall-qatgħat li nċaħdu.

Jekk mill-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħa partikolari jinstabu fi ksur, il-produzzjoni kollha tal-jum ta’ dik il-qatgħa partikolari għandha tiġi rrifjutata mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz muri fl-Anness VIII għall-qatgħat li nċaħdu.

Jekk mill-inqas 20 % tal-kaxxi ta’ qatgħat differenti prodotti matul il-jum jinstabu li huma fi ksur, il-produzzjoni kollha tal-jum għandha tiġi rrifjutata mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz imħallas mill-aġenzija lil min tefa’ l-offerta b’suċċess skont l-Artikolu 15 għall-prodotti bl-għadam oriġinali mixtrija u li, wara li tneħħielhom l-għadam, inċaħdu, b’dak il-prezz jiżdied b’20 %.

Fejn ikun applikabbli t-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, fejn minħabba negliġenza serja jew frodi l-impjant għat-tneħħija tal-għadam jonqos milli jikkonforma mal-Artikoli 17 sa 25:

(a)

il-prodotti kollha akkwistati wara t-tneħħija tal-għadam matul il-jum li għalih jiġi stabbilit nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu rrifjutati mill-aġenzija ta’ intervent u m’għandu jkun dovut l-ebda ħlas,

(b)

l-impjant għat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent ammont ugwali għall-prezz li għandu jitħallas mill-aġenzija lil min tefa’ l-offerta b’suċċess skont l-Artikolu 15 għall-prodotti oriġinali bl-għadam mixtrija għall-ħżin u li, wara li tneħħielhom l-għadam, inċaħdu skont il-punt (a), b’dak il-prezz jiżdied b’20 %.

KAPITOLU IV

KONTROLLI TA’ PRODOTTI U NOTIFIKI

Artikolu 27

Ħżin u kontrolli fuq il-prodotti

1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jiżguraw li l-laħam kopert b’dan ir-Regolament jitpoġġa u jinżamm fi ħżin b’mod li jkun faċilment aċċessibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23.

2.   It-temperatura tal-ħżin m’għandhiex titla’ ’l fuq minn – 17 °C.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw preservazzjoni sodisfaċenti, f’termini ta’ kwalità u kwantità, tal-prodotti maħżuna u għandhom jissostitwixxu l-imballaġġ bil-ħsara immedjatament. Huma għandhom jipprovdu għal kopertura kontra r-riskji rilevanti b’assigurazzjoni fil-forma ta’ obbligu kuntrattwali fuq il-magazzinieri jew kopertura komprensiva fuq ir-responsabbiltà li għandha l-aġenzija ta’ intervent. L-Istati Membri jistgħu wkoll jaġixxu bħala l-assiguraturi tagħhom infushom.

4.   Waqt il-ħżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli regolari fuq kwantitajiet sinifikanti tal-prodotti maħżuna wara l-għotjiet b’sejħiet għall-offerti li jsiru matul ix-xahar.

Waqt dawn il-kontrolli, kwalunkwe prodott li jinstab li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti kif stipulati f’dan ir-Regolament għandu jkun irrifjutat u jkun immarkat bħala tali. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ penali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jekk ikun meħtieġ, jirkupraw ħlasijiet mill-partijiet responsabbli.

Kontrolli bħal dawn għandhom isiru minn uffiċjali li ma jirċevux struzzjonijiet mid-dipartiment li jixtri l-laħam.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward it-traċċabilità u l-ħżin biex jippermettu li l-prodotti maħżuna jitneħħew mill-ħażna u sussegwentement jintremew b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti, billi jiġu kkunsidrati b’mod partikolari kwalunkwe rekwiżiti marbuta mal-istatus tas-saħħa veterinarja tal-annimali kkonċernati.

Artikolu 28

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-lista taċ-ċentri ta’ intervent u, fejn ikun possibbli, dwar il-kapaċità għall-iffriżar u l-ħżin li għandhom.

2.   Fi żmien 10 ijiem kalendarji mit-tlestija ta’ kull perijodu ta’ teħid, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’teleks jew faks dwar il-kwantitajiet fornuti u aċċettati f’intervent.

3.   Sa mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rigward tax-xahar preċedenti dwar:

(a)

il-kwantitajiet mixtrija f’kull ġimgħa u f’kull xahar, imqassma skont prodotti u kwalitajiet skont l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1183/2006;

(b)

il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi koperti b’kuntratt ta’ bejgħ konkluż fix-xahar ikkonċernat;

(c)

il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi kopert b’ordnijiet għat-tneħħija miċ-ċirkolazzjoni jew dokumenti simili maħruġa fix-xahar ikkonċernat.

4.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rigward tax-xahar preċedenti dwar:

(a)

il-kwantitajiet ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi akkwistati minn ċanġa bl-għadam mixtrija matul ix-xahar ikkonċernat;

(b)

il-ħażniet mhux kommessi u l-ħażniet fiżiċi ta’ kull prodott bl-għadam imneħħi fl-aħħar tax-xahar ikkonċernat, bid-dettalji dwar it-tul taż-żmien li l-ħażniet mhux kommessi ilhom fil-ħażna.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4:

(a)

“ħażniet mhux kommessi” ifissru ħażniet li jkunu għadhom mhumiex koperti minn kuntratt ta’ bejgħ;

(b)

“ħażniet fiżiċi” ifissru ħażniet mhux kommessi flimkien ma’ ħażniet koperti minn kuntratt ta’ bejgħ iżda li għadhom ma ttiħdux.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 29

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2000 hu revokat.

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

KOEFFIĊJENTI TA’ KONVERŻJONI

Kwalitajiet

Koeffiċjenti

U2

1,058

U3

1,044

U4

1,015

R2

1,015

R3

1,000

R4

0,971

O2

0,956

O3

0,942

O4

0,914

ANNESS II

Productos admisibles para la intervención — Produkty k intervenci — Produkter, der er kvalificeret til intervention — Interventionsfähige Erzeugnisse — Sekkumiskõlblike toodete loetelu — Προϊόντα επιλέξιμα για την παρέμβαση — Products eligible for intervention — Produits éligibles à l'intervention — Prodotti ammissibili all'intervento — Produkti, kas ir piemēroti intervencei — Produktai, kuriems taikoma intervencija — Intervencióra alkalmas termékek — Producten die voor interventie in aanmerking komen — Produkty kwalifikujące się do skupu interwencyjnego — Produtos elegíveis para a intervenção — Produkty, ktoré môžu byť predmetom intervencie — Proizvodi, primerni za intervencijo — Interventiokelpoiset tuotteet — Produkter som kan bli föremål för intervention

BELGIQUE/BELGIË

Carcasses, demi-carcasses: Hele dieren, halve dieren:

Catégorie A, classe U2/

Categorie A, klasse U2

Catégorie A, classe U3/

Categorie A, klasse U3

Catégorie A, classe R2/

Categorie A, klasse R2

Catégorie A, classe R3/

Categorie A, klasse R3

ČESKÁ REPUBLIKA

Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:

Kategorie A, třída R2

Kategorie A, třída R3

DANMARK

Hele og halve kroppe:

Kategori A, klasse R2

Kategori A, klasse R3

DEUTSCHLAND

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

EESTI

Rümbad, poolrümbad:

A-kategooria, klass R2

A-kategooria, klass R3

ΕΛΛΑΔΑ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

Κατηγορία A, κλάση R3

ESPAÑA

Canales o semicanales:

Categoría A, clase U2

Categoría A, clase U3

Categoría A, clase R2

Categoría A, clase R3

FRANCE

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe U2

Catégorie A, classe U3

Catégorie A, classe R2/

Catégorie A, classe R3/

Catégorie C, classe U2

Catégorie C, classe U3

Catégorie C, classe U4

Catégorie C, classe R3

Catégorie C, classe R4

Catégorie C, classe O3

IRELAND

Carcasses, half-carcasses:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3

ITALIA

Carcasse e mezzene:

categoria A, classe U2

categoria A, classe U3

categoria A, classe R2

categoria A, classe R3

ΚΥΠΡΟΣ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

LATVIJA

Liemeņi, pusliemeņi:

A kategorija, R2 klase

A kategorija, R3 klase

LIETUVA

Skerdenos ir skerdenų pusės:

A kategorija, R2 klasė

A kategorija, R3 klasė

LUXEMBOURG

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe R2

Catégorie C, classe R3

Catégorie C, classe O3

MAGYARORSZÁG

Hasított test vagy hasított féltest:

A kategória, R2 osztály

A kategória, R3 osztály

MALTA

Karkassi, nofs karkassi:

Kategorija A, klassi R3

NEDERLAND

Hele dieren, halve dieren:

Categorie A, klasse R2

Categorie A, klasse R3

ÖSTERREICH

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

POLSKA

Tusze, półtusze:

Kategoria A, klasa R2

Kategoria A, klasa R3

PORTUGAL

Carcaças ou meias-carcaças:

Categoria A, classe U2

Categoria A, classe U3

Categoria A, classe R2

Categoria A, classe R3

SLOVENIJA

Trupi, polovice trupov:

Kategorija A, razred R2

Kategorija A, razred R3

SLOVENSKO

Jatočné telá, jatočné polovičky:

Kategória A, akostná trieda R2

Kategória A, akostná trieda R3

SUOMI/FINLAND

Ruhot, puoliruhot / Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategoria A, luokka R2 / Kategori A, klass R2

Kategoria A, luokka R3 / Kategori A, klass R3

SVERIGE

Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategori A, klass R2

Kategori A, klass R3

UNITED KINGDOM

I.   Great Britain

Carcasses, half-carcasses:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

II.   Northern Ireland

Carcasses, half-carcasses:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3

ANNESS III

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-KARKASSI, NOFS KARKASSI U KWARTI

1.

Karkassi u nofs karkassi, friski jew imkessħa (kodiċi CN 0201), ta’ annimali maqtula mhux aktar minn sitt ijiem u mhux inqas minn jumejn qabel.

2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

karkassa: il-ġisem kollu tal-annimal maqtul imdendel minn ganċ tal-biċċerija mill-għerq tar-riġel wara li jkun tneħħielu d-demm, tneħħielu l-ġewwieni u tqaxxar, ippreżentat:

mingħajr ir-ras u mingħajr is-sieq; ir-ras għandha tkun isseparata fl-għaqda atloido-okkipitali u s-sieq maqtugħa fl-għaqdiet karpometakarpali jew tarsometatarsali,

mingħajr l-organi li jinstabu fil-kavitajiet toraċiċi u addominali, u mingħajr il-kliewi, xaħam il-kliewi u x-xaħam pelviku,

mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli magħquda magħhom,

mingħajr is-sħiħa l-irqiqa u s-sħiħa l-ħoxna,

mingħajr id-denb u l-ewwel vertebra kokkiġeali

mingħajr ix-xewka tad-dahar,

mingħajr il-codfat u x-xaħam tal-falda ta’ ħdejh,

mingħajr il-linea alba faxxali tal-muskolu addominali,

mingħajr xaħam fuq in-naħa ta’ ġewwa tat-topside,

mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam ta’ magħha,

bl-għonq maqtugħ skont ir-rekwiżiti veterinarji, mingħajr it-tneħħija tal-muskolu tal-għonq,

ix-xaħam tas-sidra m’għandux ikun eħxen minn 1 cm;

(b)

nofs karkassa: il-prodott akkwistat billi tkun isseparata l-karkassa kif imsemmi fi (a) simetrikament min-nofs tal-vertebri ċervikali, dorsali, lumbari u sakrali u min-nofs tal-isternum u s-simfiżi ixjopubika. Waqt l-ipproċessar tal-karkassa, il-vertebri dorsali u lumbari m’għandhomx ikunu diżlokati b’mod serju; il-muskoli u l-għeruq assoċjati m’għandhom juru l-ebda ħsara serja minn srieraq jew skieken;

(c)

kwarti ta’ quddiem:

maqtugħa mill-karkassa wara t-tkessiħ,

qatgħa stretta b’ħames kustilji;

(d)

kwarti ta’ wara:

maqtugħa mill-karkassa wara t-tkessiħ,

qatgħa stretta bi tmien kustilji.

3.

Il-prodotti kif speċifikati fil-punti 1 u 2 għandhom jiġu minn karkassi li jkun tneħħielhom tajjeb id-demm, bl-annimal ikun imqaxxar tajjeb, bil-wiċċ tal-karkassa bl-ebda mod bil-ġilda, imxaqqaq jew imbenġel; ix-xaħam tal-wiċċ m’għandux jitqatta’ jew jitneħħa għal kwalunkwe ammont sinifikanti. Il-plewra għandha tkun bla ħsara sabiex tiffaċilita d-dendil tal-kwarti ta’ wara. Il-karkassi m’għandhom jitħammġu b’ebda sors ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari materja tal-ħmieġ jew tebgħat tad-demm sinifikanti.

4.

Il-prodotti kif speċifikati fil-punt 2(c) u (d) għandhom jiġu minn karkassi u nofs karkassi li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt 2(a) u (b).

5.

Il-prodotti kif speċifikati fil-punti 1 u 2 għandhom jitkessħu immedjatament wara l-qtil għal mill-anqas 48 siegħa sabiex it-temperatura interna tagħhom fl-aħħar tal-perjodu tat-tkessiħ ma taqbiżx is-+ 7 °C. Din it-temperatura għandha tinżamm sakemm jittieħdu.

ANNESS IV

KOEFFIĊJENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(3)

Formula A

Koeffiċjent n = (a/b)

Fejn:

a= il-medja tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati fl-Istat Membru jew reġjun tiegħu inkwistjoni għall-ġimagħtejn jew tliet ġimgħat wara dik tad-deċiżjoni tal-għoti,

b= il-prezz medju tas-suq irreġistrat fl-Istat Membru jew reġjun tiegħu inkwistjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), applikabbli għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.

Formula B

Koeffiċjent n′ = (a′/b′)

Fejn:

a′= il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa għal min tefa’ l-offerta għal annimali tal-istess kwalità jew kategorija bħala dawk ikkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn jew tliet ġimgħat wara dik tad-deċiżjoni tal-għoti,

b′= il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa minn min tefa’ l-offerta għal annimali kkunsidrati għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn użati biex ikun stabbilit il-prezz medju tas-suq applikabbli għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.

ANNESS V

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TNEĦĦIJA TAL-GĦADAM TA’ INTERVENT

1.   QATGĦAT TAL-KWART TA’ WARA

1.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

1.1.1.   Riġel ta’ intervent (kodiċi INT 11)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: Neħħi b’qatgħa li tgħaddi mill-għaqda ta’ għadmet ir-riġel u li tissepara min-naħa ta’ fuq u mill-għolja tal-koxxa billi ssegwi l-punt tal-għaqda naturali, bil-muskolu tal-għarqub imħolli mwaħħal mar-riġel. Neħħi l-għadam tar-riġel (tibia u hock).

Ittrimjar: ittrimja t-truf tal-għerq li jgħaqqad il-muskolu mal-għadam sal-laħam.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel ma jkunu imballati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.2.   Falda ħoxna ta’ intervent (kodiċi INT 12)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa ta’ fuq b’qatgħa dritta ’l isfel u mal-linja tal-femur u mill-għolja tal-koxxa billi tkompli l-qatgħa ’l isfel fil-linja tal-punt tal-għaqda naturali; il-parti ta’ fuq għandha titħalla marbuta b’mod naturali.

Ittrimjar: neħħi l-patella, il-kapsula magħquda u l-għerq; il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.3.   Naħa ta’ fuq ta’ intervent (kodiċi INT 13)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa u r-riġel b’qatgħa li ssegwi l-punt tal-għaqda naturali u ssepara mill-femur; neħħi l-għadma aitch.

Ittrimjar: neħħi l-pizzle butt, il-qarquċa ta’ ħdejha u l-glandola skrotali (inguinal superfiċjali); neħħi l-kartilaġni u t-tessut konnettiv assoċjat mal-għadma pelvika; il-kisja tax-xaħam tal-wiċċ m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.4.   Għolja tal-koxxa ta’ intervent (kodiċi INT 14)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa ta’ fuq u r-riġel b’qatgħa li ssegwi l-linja tal-punt tal-għaqda naturali.

Ittrimjar: neħħi l-kartilaġni ħoxna qrib l-għaqda tal-għadma, l-għoqda limfali popiteali, ix-xaħam u l-għerq magħquda; il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.5.   Flett ta’ intervent (kodiċi INT 15)

Tqattigħ: neħħi t-tul kollu tal-flett billi tillibera n-naħa ta’ fuq (butt end) mill-għadma tal-ġenbejn (ilium) u billi tittraċċa mal-flett qrib il-vertebri, biex b’hekk tillibera l-flett mill-ġenbejn.

Ittrimjar: neħħi l-glandola u x-xaħam. Ħalli s-silverskin u l-muskolu chain intatti u magħquda għal kollox.

Tgeżwir u imballaġġ: il-flettijiet għandhom jiġu ppakkjati b’attenzjoni għat-tul, bil-ġnub irqaq mal-ġnub ħoxnin b’mod li jalternaw, bis-silverskin ’il fuq, u m’għandhomx jintnew. Dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.6.   Ramp ta’ intervent (kodiċi INT 16)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-għolja tal-koxxa/falda ħoxna b’qatgħa dritta minn punt madwar ħames ċentimetri mit-tarf ta’ wara tal-ħames vertebra sakrali, li tgħaddi madwar ħames ċentimetri mit-tarf anterjuri tal-għadma aitch, billi ssir attenzjoni biex ma taqtax il-falda l-ħoxna.

Issepara mill-ġenbejn b’qatgħa bejn l-aħħar vertebra lumbari u l-ewwel vertebra sakrali, billi tissepara t-tarf anterjuri tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u l-kartilaġni.

Ittrimjar: neħħi x-xaħam fuq il-wiċċ intern taħt il-muskolu tal-għajn. Il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt. Għandha ssir attenzjoni speċjali fit-tqattigħ, l-ittrimjar u l-imballaġġ ta’ din il-qatgħa ta’ valur.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.7.   Striploins ta’ intervent (kodiċi INT 17)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mir-ramp b’qatgħa dritta bejn l-aħħar vertebra lumbari u l-ewwel vertebra sakrali. Issepara mill-kustilja ta’ quddiem (ħames għadam) b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja. B’mod nadif neħħi l-għadam tad-dahar.

Ittrimjar: neħħi kwalunkwe speċi ta’ kartilaġni li jifdal wara t-tneħħija tal-għadam. L-għerq għandu jitneħħa. Il-kisja tax-xaħam esterna m’għandhiex taqbeż iċ-ċentimetru fi kwalunkwe punt. Għandha tingħata attenzjoni speċjali fit-tqattigħ, l-ittrimjar u l-imballaġġ ta’ din il-qatgħa ta’ valur.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

1.1.8.   Falda ta’ intervent (kodiċi INT 18)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi l-falda sħiħa min-naħa ta’ wara b’qatgħa dritta tat-tmien kustilja b’qatgħa mill-punt fejn il-falda tpoġġiet lura, billi ssegwi l-punt tal-għaqda naturali ’l isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta’ wara għal punt li hu orizzontali man-nofs tal-aħħar vertebra lumbari. Kompli l-qatgħa ’l isfel f’linja dritta parallela għall-flett, mat-tlettax u s-sitt kustilja inklużi mal-linja li tgħaddi parallela mat-tarf dorsali tas-sinsla tad-dahar, b’mod li l-qatgħa ’l isfel kollha ma tkunx aktar minn ħames ċentimetri mit-tarf laterali tal-muskolu tal-għajn.

Neħħi l-għadam u l-kartilaġni kollha. Il-flett kollu għandu jibqa’ biċċa waħda.

Ittrimjar: neħħi l-kisja tat-tessut konnettiv raffa li tkopri s-sħiħa goose, billi tħalli s-sħiħa goose intatta. Ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali tax-xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbżix it-30 %.

Tgeżwir u imballaġġ: il-flett sħiħ jista’ jintena darba għall-imballaġġ. M’għandux jitqatta’ jew jitgerbeb. Meta ppakkjat, il-parti ta’ ġewwa tal-flett u s-sħiħa goose għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar. Qabel l-imballaġġ kull kaxxa għandha tinkesa bil-politin biex tippermetti tgeżwir komplut tal-qatgħa/t.

1.1.9.   Kustilja ta’ quddiem ta’ intervent (ħames għadam) (kodiċi INT 19)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: din il-qatgħa għandha tkun isseparata mill-istriploins b’qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u għandha tinkludi mis-sitt sal-għaxar kustilja, it-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli interkostali u l-plewra f’kisja rqiqa mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-kartilaġni, inkluż it-tarf tal-iscapula.

Ittrimjar: neħħi l-ligamentum nuchae. Ix-xaħam estern m’għandu fl-ebda punt jaqbeż iċ-ċentimetru. It-tarf għandu jitħalla marbut.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

2.   QATGĦAT TAL-KWART TA’ QUDDIEM

2.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

2.1.1.   Qasba tas-sieq ta’ intervent (kodiċi INT 21)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: neħħi b’qatgħa madwar l-għaqda li tissepara l-għadma ta’ qasbet is-sieq (radius) u l-humerus. Neħħi l-għadma ta’ qasbet is-sieq (radius).

Ittrimjar: ittrimja t-truf tal-għerq li jgħaqqad il-muskolu mal-għadam sal-laħam.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

Il-qasbiet tas-sieq m’għandhomx jiġu ppakkjati mar-riġel.

2.1.2.   Spalla ta’ intervent (kodiċi INT 22)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara l-ispalla mill-kwart ta’ quddiem billi taqta’ f’linja li ssegwi l-punt tal-għaqda naturali madwar it-tarf tal-ispalla u l-kartilaġni fit-tarf tal-iscapula, billi tkompli madwar il-punt tal-għaqda b’mod li l-ispalla tinqala’ mill-post naturali tagħha. Neħħi l-iscapula. Il-muskolu blade taħt l-iscapula għandu jitpoġġa lura iżda jibqa’ magħqud sabiex jippermetti t-tneħħija tajba tal-għadma. Neħħi l-humerus.

Ittrimjar: neħħi l-kartilaġni, l-għeruq u l-kapsuli tal-għaqda; ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali ta’ xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbiżx l-10 %.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

2.1.3.   Sidra ta’ intervent (kodiċi INT 23)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: issepara mill-kwart ta’ quddiem billi taqta’ f’linja dritta perpendikulari għan-nofs tal-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli interkostali u l-plewra b’“sheeting out”, bil-kustilji, l-għadma tas-sider u l-kartilaġni. Id-deckle għandha tibqa’ magħquda mas-sidra. Ix-xaħam ta’ taħt id-deckle u l-isternum għandu jitneħħa.

Ittrimjar: ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal globali ta’ xaħam viżibbli (estern u interstizjali) ma jaqbiżx it-30 %.

Tgeżwir u imballaġġ: Kull qatgħa għandha titgeżwer individwalment fil-politin qabel tiġi ppakkjata f’kaxxa miksija bil-politin biex tippermetti tgeżwir totali tal-qatgħat.

2.1.4.   Kwart ta’ quddiem ta’ intervent (kodiċi INT 24)

Tqattigħ u tneħħija tal-għadam: il-qatgħa li jifdal wara t-tneħħija tas-sidra, spalla u qasba tas-sieq hi klassifikata bħala kwart ta’ quddiem.

Neħħi l-għadam tal-kustilji b’“sheeting out”. L-għadam tal-għonq għandhom jitneħħew sewwa.

Il-muskolu chain għandu jitħalla mhux mimsus ma’ din il-qatgħa.

Ittrimjar: l-għeruq, il-kapsuli tal-għaqda u l-kartilaġni għandhom jitneħħew. Ittrimja x-xaħam b’mod li l-perċentwal ta’ xaħam viżibbli (estren u interstizjali) ma jaqbiżx l-10 %.

Tgeżwir u imballaġġ: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru individwalment fil-politin qabel jiġu ppakkjati f’kaxxi miksija bil-politin.

3.   IMBALLAĠĠ F’VAKWU TA’ ĊERTI QATGĦAT INDIVIDWALI

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu imballaġġ b’vakwu minflok it-tgeżwir individwali kif previst fil-punt 1 għal qatgħat tal-kodiċijiet INT 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 19

ANNESS VI

Direcciones de los organismos de intervención — Adresy intervenčních agentur — Interventionsorganernes adresser — Anschriften der Interventionsstellen — Sekkumisametite aadressid — Διευθύνσεις του οργανισμού παρέμβασης — Addresses of the intervention agencies — Adresses des organismes d'intervention — Indirizzi degli organismi d'intervento — Intervences aģentūru adreses — Intervencinių agentūrų adresai — Az intervenciós hivatalok címei — Adressen van de interventiebureaus — Adresy agencji interwencyjnych — Endereços dos organismos de intervenção — Adresy intervenčných agentúr — Naslovi intervencijskih agencij — Interventieoelinten osoitteet — Interventionsorganens addresser

BELGIQUE/BELGIË

 

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves 82

B-1040 Bruxelles

 

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Trierstraat 82

B-1040 Brussel

Tel. (32-2) 287 24 11

Feks (32-2) 230 25 33/280 03 07

ČESKÁ REPUBLIKA

Státní zemědělský intervenční fond (SZIF)

Ve Smečkách 33

110 00 Praha 1

Česká republika

Tel.: (420) 222 871 410

Feks: (420) 222 871 680

DANMARK

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Tlf. (45) 33 95 80 00

Feks (45) 33 95 80 34

DEUTSCHLAND

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Tel. (49-228) 68 45-37 04/37 50

Feks (49-228) 68 45-39 85/32 76

EESTI

PRIA (Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet)

Narva mnt 3

51009 Tartu

Tel: (+372) 7371 200

Feks: (+372) 7371 201

ΕΛΛΑΔΑ

ΟΠΕΚΕΠΕ (Οργανισμός Πληρωμών και Ελέγχου Κοινοτικών Ενισχύσεων Προσανατολισμού και Εγγυήσεων)

Αχαρνών 241

GR-10446 Αθήνα

Τηλ. (30) 210-228 41 80

Φαξ (30) 210-228 14 79

ESPAÑA

FEGA (Fondo Español de Garantía Agraria)

Beneficencia, 8

E-28005 Madrid

Tel. (34) 913 47 65 00, 913 47 63 10

Feks (34) 915 21 98 32, 915 22 43 87

FRANCE

Office de l’élevage

80, avenue des Terroirs-de-France

F-75607 Paris Cedex 12

Tél. (33-1) 44 68 50 00

Feks (33-1) 44 68 52 33

IRELAND

Department of Agriculture and Food

Johnston Castle Estate

County Wexford

Tel. (353-53) 634 00

Feks (353-53) 428 42

ITALIA

AGEA — Agenzia per le erogazioni in agricoltura

Via Palestro, 81

I-00185 Roma

Tel. (39) 06 44 94 991

Feks (39) 06 44 53 940/06 44 41 958

ΚΥΠΡΟΣ

Κυπριακός Οργανισμός Αγροτικών Πληρωμών

Τ.Θ. 16102, CY-2086 Λευκωσία

Οδός Μιχαήλ Κουτσόφτα 20

CY-2000 Λευκωσία

Τηλ. (357) 2255 7777

Φαξ (357) 2255 7755

LATVIJA

Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2

LV-1981 Rīga, Latvija

Tālr.: (371) 7027542

Fakss: (371) 7027120

LIETUVA

VĮ Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra

L. Stuokos-Gucevičiaus g. 9-12

LT-01122 Vilnius

Tel. (370 5) 268 50 50

Faksas (370 5) 268 50 61

LUXEMBOURG

Service d'économie rurale, section “cheptel et viande”

113-115, rue de Hollerich

L-1741 Luxembourg

Tél. (352) 47 84 43

HUNGARY

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

H-1095 Budapest, Soroksári út 22-24.

Postacím: H-1385 Budapest. 62., Pf.: 867

Telefon: (+36-1) 219-4517

Feks: (+36-1) 219-6259

MALTA

Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

Barriera Wharf

Valletta CMR02

Malta

Tel. (+356) 22952000, 22952222

Feks (+356) 22952212

NEDERLAND

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dienst Regelingen

Slachthuisstraat 71

Postbus 965

6040 AZ Roermond

Nederland

Tel. (31-475) 35 54 44

Feks (31-475) 31 89 39

ÖSTERREICH

AMA — Agramarkt Austria

Dresdner Straβe 70

A-1201 Wien

Tel. (43-1) 33 15 12 18

Feks (43-1) 33 15 46 24

POLAND

Agencja Rynku Rolnego

ul. Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Tel. (48-22) 661 71 09

Faks (48-22) 661 77 56

PORTUGAL

INGA — Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola

Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4-G

P-1649-034 Lisboa

Tel.: (+351) 21 751 85 00

Feks: (+351) 21 751 86 00

SLOVENIJA

ARSKTRP — Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160

SI-1000 Ljubljana

Tel. (386-1) 478 93 59

Faks (386-1) 478 92 00

SLOVENSKO

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

Tel.: (421-2) 59 26 61 11, 58 24 33 62

Feks: (421-2) 53 41 26 65

SUOMI/FINLAND

Maa- ja metsätalousministeriö/Jord- och skogsbruksministeriet

Interventioyksikkö/Interventionsenheten

PL/PB 30

FI-00023 VALTIONEUVOSTO/STATSRÅDET

(Toimiston osoite: Malminkatu 16, FI-00100 Helsinki/Besöksadress: Malmgatan 16, FI-00100 Helsingfors)

Tel. (358-9) 16 001

Feks (358-9) 1605 2202

SVERIGE

Jordbruksverket — Swedish Board of Agriculture

Intervention Division

S-551 82 Jönköping

Tel. (46-36) 15 50 00

Feks (46-36) 19 05 46

UNITED KINGDOM

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

Tel. (44-191) 273 96 96

ANNESS VII

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL KAXXI, PALLETS U GAĠEĠ

I.   Kaxxi

1.

Il-kaxxi għandhom ikunu ta’ format u piż standard u b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu li jitpoġġew fuq xulxin fuq pallet.

2.

Il-kaxxi użati ma jistgħux juru isem il-biċċerija jew l-impjant għat-tqattigħ li minnhom ikun ġej il-prodott.

3.

Il-kaxxi għandhom jintiżnu individwalment wara li jimtlew; kaxxi mimlija b’piż stabbilit minn qabel mhumiex awtorizzati.

4.

Il-piż nett tal-qatgħat għal kull kaxxa ma jistax jaqbeż it-30 kg.

5.

Huma biss qatgħat tal-istess desinjazzjoni identifikati bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċi Komunitarju u li ġejjin mill-istess kategorija ta’ annimal li jistgħu jitpoġġew fl-istess kaxxa; il-kaxxi ma jistgħu jinkludu l-ebda biċċa ta’ xaħam jew ittrimjar ieħor taħt kwalunkwe ċirkostanza.

6.

Il-kaxxi għandu jkollhom is-siġilli li ġejjin:

tikketti tal-aġenzija ta’ intervent fiż-żewġt itruf,

tikketti ta’ spezzjoni veterinarja uffiċjali fin-nofs ta’ quddiem u wara, iżda fuq quddiem biss fil-każ ta’ kaxxi monobloc.

Dawn it-tikketti għandu jkollhom fuqhom in-numru tas-serje u għandhom jitwaħħlu b’mod li jinqerdu meta tinfetaħ il-kaxxa.

7.

It-tikketti tal-aġenzija ta’ intervent għandhom juru n-numru tal-kuntratt, it-tip u n-numru tal-qatgħat, il-piż nett u d-data tal-imballaġġ; it-tikketti m’għandhomx ikunu inqas minn 20 cm x 20 cm. It-tikketti tal-ispezzjoni veterinarja għandhom juru n-numru tal-approvazzjoni tal-impjant għat-tqattigħ.

8.

In-numri tas-serje fuq it-tikketti msemmija fil-punt 6 għandhom ikunu rreġistrati rigward kull kuntratt u għandu jkun possibbli li jitqabbel in-numru ta’ kaxxi użati u t-tikketti maħruġa.

9.

Il-kaxxi għandhom jintrabtu b’erba’ qfieli, tnejn għat-tul u tnejn għall-wisa’ impoġġija bejn wieħed u ieħor 10 cm minn kull kantuniera.

10.

It-tikketti li jitqattgħu waqt l-ispezzjoni għandhom jiġu mibdula b’tikketti innumerati għas-serje, tnejn għal kull kaxxa, maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent lill-awtoritajiet kompetenti.

II.   Pallets u gaġeġ

1.

Il-kaxxi relatati ma’ sejħiet għall-offerti differenti u li jinkludu qatgħat differenti għandhom jinħażnu fuq pallets separati skont is-sejħa għall-offerti jew bix-xahar u bil-qatgħa. Pallets bħal dawn għandhom ikunu identifikati b’tikketti li juru n-numru tas-sejħa għall-offerti, it-tip ta’ qatgħa, il-piż nett tal-prodott, il-piż tara u n-numru ta’ kaxxi għal kull qatgħa.

2.

Il-pożizzjoni tal-pallets u l-gaġeġ għandha tintwera fuq pjan għall-ħżin.

ANNESS VIII

Prezzijiet individwali ta’ qatgħat ta’ intervent miċħuda għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2)

(EUR/tunnellata)

Flett ta’ intervent

22 000

Striploin ta’ intervent

14 000

Naħa ta’ fuq ta’ intervent

Ramp ta’ intervent

10 000

Għolja tal-koxxa ta’ intervent

Falda ħoxna ta’ intervent

Kustilja ta’ quddiem ta’ intervent (b’ħames kustilji)

8 000

Spalla ta’ intervent

Kwart ta’ quddiem ta’ intervent

6 000

Sidra ta’ intervent

Riġel ta’ intervent

Qasba tas-sieq ta’ intervent

5 000

Falda ta’ intervent

4 000

ANNESS IX

REGOLAMENT REVOKAT BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000

(ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2734/2000

(ĠU L 316, 15.12.2000, p. 45)

Artikolu 8 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2001

(ĠU L 41, 10.2.2001, p. 22)

Artikolu 2 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2001

(ĠU L 73, 15.3.2001, p. 16)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2001

(ĠU L 86, 27.3.2001, p. 30)

Artikolu 2 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2001

(ĠU L 149, 2.6.2001, p. 19)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2001

(ĠU L 208, 1.8.2001, p. 14)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2001

(ĠU L 210, 3.8.2001, p. 18)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2005

(ĠU L 174, 7.7.2005, p. 60)

 

ANNESS X

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 562/2000

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 5

Artikoli 1 sa 5

Artikoli 6, 7 u 8

Artikolu 9

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tieni sentenza

Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2) u (3)

Artikolu 10(2) u (3)

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17(1), frażi introduttorja

Artikolu 14(1)

Artikolu 17(1) punt (a)

Artikolu 17(1) punt (b), l-ewwel parti tas-sentenza

Artikolu 17(1) punt (b), it-tieni parti tas-sentenza

Artikolu 14(1)

Artikolu 17(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 14(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 17(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 17(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 14(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 17(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 14(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 17(3), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 17(3), il-ħames subparagrafu

Artikolu 14(3), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 17(3), is-sitt subparagrafu

Artikolu 14(3), il-ħames subparagrafu

Artikolu 17(3), is-seba’ subparagrafu

Artikolu 14(3), is-sitt subparagrafu

Artikolu 17(3), it-tmien subparagrafu

Artikolu 14(3), is-seba’ subparagrafu

Artikolu 17(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 14(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 17(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 14(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 17(5), (6) u (7)

Artikolu 14(5), (6) u (7)

Artikolu 18(1), (2) u (3)

Artikolu 15(1), (2) u (3)

Artikolu 18(4), l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(4), it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19

Artikolu 16

Artikolu 20

Artikolu 17

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(1), l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu

Artikolu 18(1), l-ewwel u t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu

Artikolu 21(1), it-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu

Artikolu 21(2) sa (5)

Artikolu 18(2) sa (5)

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 21

Artikolu 25

Artikolu 22

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

Artikolu 24

Artikolu 28

Artikolu 25

Artikolu 29(1) u (2)

Artikolu 26(1) u (2)

Artikolu 29(3), frażi introduttorja

Artikolu 26(3), frażi introduttorja

Artikolu 29(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 26(3)(a)

Artikolu 29(3), it-tieni inċiż

Artikolu 26(3)(b)

Artikolu 30

Artikolu 27

Artikolu 31(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 31(3)(a), (b) u (c)

Artikolu 28(3)(a), (b) u (c)

Artikolu 31(3)(d)

Artikolu 31(4) u (5)

Artikolu 28(4) u (5)

Artikoli 32 sa 37

Artikolu 29

Artikolu 38

Artikolu 30

Annessi I sa VI

Anness I sa VI

Anness VII, parti I

Anness VII, parti I

Anness VII, parti II, punt 1

Anness VII, parti II, punt 1

Anness VII, parti II, punt 2

Anness VII, parti II, punt 3

Anness VII, parti II, punt 2

Anness VIII

Anness VIII

Anness IX

Anness IX

Anness X


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1067/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 60).

(3)  Ara l-Anness IX.

(4)  ĠU L 39, 17.2.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(8)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(10)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(11)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.

(12)  ĠU L 41, 14.2.1991, p. 15.


Top