EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0400R(01)

400/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006 tat- 8 ta' Marzu 2006 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

HL L 84M., 2009.3.31, p. 295–297 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/400/corrigendum/2009-03-31/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/295


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006 tat-8 ta' Marzu 2006 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 400/2006

tat-8 ta' Marzu 2006

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1) b’mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mniżżla fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li ssir dispożizzjoni li informazzjoi tariffarja vinkolanti li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhiex skont dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhiex skont dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-klassifikazzjoni

(Il-kodiċi tan-NM)

Ir-raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Sett imtella’ għall-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti minn:

Apparat diġitali li jinġarr għar-rekordjar u għar-riproduzzjoni tal-ħoss li jaħdem bil-batteriji, u li għandu l-komponenti li ġejjin f’unità waħda: Sistema elettronika ta' sinjalazzjoni li għandha konvertitur diġitali/analogu, memorja flash, buttuni tal-kontroll, kompartament għall-batterija, plakka għall-USB u konnettur għall-kuffji tar-ras;

Riċevitur tax-xandir tar-radju li jaħdem bil-batteriji, li għandu l-earphones b'kejbil għall-konnessjoni,

Kejbil tal-USB,

CD-ROM u

manwal.

L-apparat diġitali għar-rekordjar u għar-ripproduzzjoni tal-ħoss jirrekordja l-ħoss fil-format MP3 u jista' jiġi konness ma' makkinarju awtomatiku li jipproċessa d-dejta permezz ta' USB port sabiex wieħed iniżżel jew itella’ l-MP3 jew formati oħrajn. Jista’ wkoll jirrekordja l-leħen.

Il-kapaċità ta' ħżin hija ta' 128 MB.

Ir-riċevitur għax-xandir tar-radju jista' jaħdem waħdu.

8520 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċijiet tan-NM 8520 u 8520 90 00.

L-apparat diġitali għar-rekordjar u għar-riproduzzjoni tal-ħoss jagħti lis-sett kollu l-karattru essenzjali tiegħu.

2.

Apparat li jinġarr u jaħdem bil-batteriji għar-riċeviment tax-xandir tar-radju kkombinat fl-istess unità mal-apparat għar-rekordjar u għar-riproduzzjoni tal-ħoss. Dan fih l-elementi li ġejjin:

memorja flash,

Mikroproċessur fl-għamla ta' ċirkuwiti integrati (ċipep),

Sistema elettronika, inkluż amplifikatur tal-awdjo-frekwenza,

display LCD,

tuner tar-radju u

buttuni tal-kontroll.

Il-mikroproċessur huwa programmat għall-użu tal-format MP3.

L-apparat fih konnetturi sterjo għall-kuffji tar-ras u tal-widna kif ukoll konnettur għall-kontroll remot.

Jista’ jiġi konness ma’ makkinarju awtomatiku għall-ipproċessar tad-dejta permezz ta’ USB port sabiex wieħed ikun jista' jniżżel jew itella’ l-MP3 jew formati oħra.. Jista’ wkoll jirrekordja l-leħen.

Il-kapaċità ta' ħżin hija ta' 128 MB.

8527 13 99

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8527, 8527 13 u 8527 13 99.

Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq il-kliem tal-intestatura 8527; apparat ta' riċeviment għax-xandir tar-radju kemm jekk huwa kkombinat fl-istess unità, ma’ apparat għar-rekordjar jew għar-riproduzzjoni tal-ħoss u kemm jekk mhux.

3.

Karretta tal-golf bil-mutur, bi frejm tubulari tal-aluminju, fuq ir-roti, b'siġġu għall-użu meta l-karretta ma tkunx miexja u manubriju. Huwa makkinarju kontrollat min-nies miexja.

Il-mekkaniżmu ta' kontrolli li jħaddem il-karretta tal-golf jinsab fuq il-manubriju.

Il-karretta tal-golf għandha veloċità massima ta' 6,5 km/h u hija mgħammra b'mutur ta' 24 volts li jaħdem bil-batterija.

Hija ddisinjata biex iġġorr basket wieħed bil-bsaten tal-golf.

(Ara r-ritratt) (3)

8704 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8704 u 8704 90 00.

Il-karretta tal-golf tħalliet barra mill-intestatura 8703 għax ma tistax iġġorr persuna.

Barra minn hekk, tħalliet barra mill-intestatrua 8709 għax mhix tat-tip li tintuża fil-fabbriki, fl-imħażen, fiż-żoni tal-baċiri jew fl-ajruporti għall-ġarr tal-oġġetti f'distanza qasira.

L-użu ewlieni tagħha hu ta' vettura li tintuża fuq il-korsa tal-golf biex iġġorr il-basktijiet tal-golf.

4.

Apparat multifunzjonali li kapaċi jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

skannjar

stampar bil-lażer,

ikkuppjar bil-lażer (proċess indirett).

L-apparat, li fih bosta trejs li jieħdu l-karti, huwa kapaċi jirriproduċi sa 40 karta A4 kull minuta.

L-apparat jaħdem jew waħdu (bħala kopjatur) jew flimkien ma' makkinarju awtomatiku li jipproċessa d-dejta jew f'netwerk (bħala stampatur, skanner jew kopjatur).

9009 12 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 5(E) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9009 u 9009 12 00.

L-apparat għandu bosta funzjonijiet u l-ebda waħda mhi meqjusa li tagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu.

Image


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 267/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(3)  Ir-ritratt huwa purament għall-informazzjoni.


Top