Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52008AP0028

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (15437/2006 — C6-0058/2007 — 2007/0803(CNS))

    SL C 68E, 21.3.2009, p. 40–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    CE 68/40


    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (15437/2006 — C6-0058/2007 — 2007/0803(CNS))

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija (15437/2006),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 30, 32 u 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu l-Kunsill kkonsulta mal-Parlament (C6-0058/2007),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6-0507/2007),

    1.

    Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija kif emendata;

    2.

    Jitlob lill-Kunsill sabiex jemenda t-test skond dan;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija.

    TEST PROPOST MIR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA

    EMENDI MILL-PARLAMENT

    Emenda 1

    Premessa 4

    (4) L-ebda Stat Membru waħdu ma għandu l-mezzi kollha, ir-riżorsi u l-kompetenza teknika għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jittratta effettivament ma' kull tip possibbli ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fuq skala kbira li jeħtieġu intervent speċjali. Huwa għalhekk ta' importanza kruċjali li kull Stat Membru ikun jista' jitlob l-assistenza ta' Stat Membru ieħor.

    (4) L-ebda Stat Membru waħdu ma għandu l-mezzi kollha, ir-riżorsi u l-kompetenza teknika għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jittratta effettivament ma' kull tip possibbli ta' sitwazzjoni speċifika jew ta' kriżi fuq skala kbira li teħtieġ intervent speċjali. Huwa għalhekk ta' importanza kruċjali li kull Stat Membru ikun jista' jitlob l-assistenza ta' Stat Membru ieħor.

    Emenda 2

    Premessa 5

    (5) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi xi regoli ġenerali dwar ir-responsabbiltà, inklużi regoli dwar ir-responsabbiltà kriminali, sabiex tipprovdi qafas ġuridiku għaċ-ċirkostanzi li fihom l-Istati Membri kkonċernati jaqblu li jitolbu u jipprovdu assistenza. Id-disponibilità ta' dan il-qafas ġuridiku u ta' dikjarazzjoni li tindika l-awtoritajiet kompetenti se jippermettu lill-Istati Membri biex jirreaġixxu rapidament u jerbħu l-ħin fl-eventwalità li tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi,

    (5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/…/JHA dwar iż-żieda fl-intensità tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikulari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (“id-Deċiżjoni ta' Prüm”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha), tirregola modi ta' assistenza tal-pulizija bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' laqgħat tal-massa u avvenimenti maġġuri simili, diżastri u inċidenti serji. Din id-Deċiżjoni ma tkoprix laqgħat tal-massa, diżastri naturali jew inċidenti serji fiħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni ta' Prüm, iżda tikkumplimenta dawn id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Prüm li jipprovdu għal forom ta' assistenza tal-pulizija bejn l-Istati Membri permezz ta' unitajiet ta' intervent speċjali f'sitwazzjonijiet oħrajn, i.e. f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kkawżati mill-bniedem li jkunu ta' theddida fiżika diretta serja għal persuni, proprjetà, infrastruttura jew istituzzjonijiet, b'mod partikulari l-ħtif ta' ostaġġi, ħtif ta' ajruplani u avvenimenti simili. Fid-dawl ta' dan, kull Stat Membru għandu jindika l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li minnhom l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu assistenza jew intervent.

    Emenda 3

    Premessa 5 a (ġdida)

    5a) Id-disponibilità ta' dan il-qafas ġuridiku u ta' compendium li jindika l-awtoritajiet kompetenti se jippermettu lill-Istati Membri biex jirreaġixxu rapidament u jerbħu l-ħin fl-eventwalità li tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi jew terroriżmu. Minbarra dan, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-Istati Membri biex jevitaw u jirrispondu għal sitwazzjonijiet ta' kriżi bħal dawn, u b'mod partikolari inċidenti terroristiċi, huwa essenzjali għall-unitajiet ta' intervent speċjali li jiltaqgħu regolarment u li jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ konġunt, biex jibbenefikaw minn esperjenzi reċiproċi,

    Emenda 4

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni tistipula regoli ġenerali u kondizzjonijiet li jippermettu unitajiet ta' intervent speċjali ta' Stat Membru li jipprovdi għajnuna u/jew joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor (minn hawn 'il quddiem “l-Istat Membru li jagħmel it-talba” f'każijiet fejn ikunu ġew mistiedna u jkunu qablu li jassistu fis-sitwazzjoni ta' kriżi.

    Din id-Deċiżjoni tistipula regoli ġenerali u kondizzjonijiet li jippermettu unitajiet ta' intervent speċjali ta' Stat Membru (minn hawn 'il quddiem “l-Istat Membru mitlub”) li jipprovdi għajnuna u/jew joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor (minn hawn 'il quddiem “l-Istat Membru li jagħmel it-talba” f'każijiet fejn ikunu ġew mistiedna u jkunu qablu li jassistu fis-sitwazzjoni ta' kriżi. Id-dettalji prattiċi u l-arranġamenti għall- implimentazzjoni din id-Deċiżjoni għandu jsir qbil dwarhom direttament bejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Istat Membru mitlub.

    Amendment 6

    Article 2, point 2

    2) “sitwazzjoni ta' kriżi” għandha tfisser kwalunkwe sitwazzjoni maħluqa mill-bniedem fi Stat Membru li tippreżenta theddida serja, diretta u fiżika għal persuni, infrastruttura jew istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru, b'mod partikolari ħtif ta' persuni, ħtif ta' l-ajruplani u inċidenti simili.

    2) “sitwazzjoni ta' kriżi” għandha tfisser kwalunkwe sitwazzjoni maħluqa mill-bniedem fi Stat Membru li twassal biex ikun hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li att kriminali sar, qed isir jew se jsir u li jippreżenta theddida serja, diretta u fiżika għal persuni, proprjetà , infrastruttura jew istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru, b'mod partikolari is-sitwazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (1) .

    Emenda 7

    Artikolu 2, punt 2 a (ġdid)

    2a) “awtorità kompetenti” għandha tfisser l-awtorità nazzjonali li tista' twettaq talbiet u tagħti awtorizzazzjonijiet rigward l-użu ta' unitajiet ta' intervent speċjali.

    Emenda 8

    Artikolu 3, paragrafu 1

    1.

    Stat Membru jista' jitlob li jiġi assistit minn unità ta' intervent speċjali ta' Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jittratta ma' sitwazzjoni ta' kriżi. Stat Membru jista' jaċċetta jew jirrifjuta tali talba jew jista' jipproponi assistenza ta' tip differenti.

    1.

    Permezz ta' talba li tiġi mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti, li tistipula n-natura ta' l-assistenza mitluba kif ukoll il-ħtieġa operattiva tagħha, Stat Membru jista' jitlob li jiġi assistit minn unità ta' intervent speċjali ta' Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jittratta ma' sitwazzjoni ta' kriżi. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru mitlub tista' taċċetta jew tirrifjuta tali talba jew tista' tipproponi assistenza ta' tip differenti.

    Emenda 9

    Artikolu 4

    Regoli ġenerali dwar ir-responsabbiltà

    Ir-responsabbiltà ċivili u kriminali

    1. Fejn, skond din id-Deċiżjoni , l-uffiċjali ta' Stat Membru joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta' l-aħħar għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom matul l-operazzjonijiet tagħhom .

    Meta uffiċjali ta' Stat Membru joperaw fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru ieħor u/jew jintuża apparat skond din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabilità ċivili u kriminali, stipulati fl-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni ta' Prüm għandhom japplikaw.

    2. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn il-ħsara tirriżulta minn azzjonijiet li kienu kontra d-direzzjonijiet mogħtija mill-Istat Membru li jagħmel it-talba jew kienu lil hinn mil-limiti tal-poteri relevanti ta' l-uffiċjali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    a) Stat Membru li fit-territorju tiegħu ġiet ikkawżata l-ħsara għandu jagħmel tajjeb għal tali ħsara taħt il-kondizzjonijiet applikabbli għal ħsara kkawżata mill-uffiċjali tiegħu stess;

    b) Stat Membru li l-uffiċjali tiegħu kkawżaw ħsara lil kwalunkwe persuna fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jirrimborża bis-sħiħ lil dan ta' l-aħħar kwalunkwe somma li ħallas lill-vittmi jew persuni intitolati f'isimhom;

    c) mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu vis-à-vis partijiet terzi u bl-eċċezzjoni tal-punt (b), kull Stat Membru għandu joqgħod lura fiċ-ċirkostanzi previsti f'dan il-paragrafu mill jitlob rimbors tal-ħsarat li jkun ġarrab minn Stat Membru ieħor.

    Emenda 10

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    imħassar

    Responsabbiltà kriminali

    Matul l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, uffiċjali li joperaw fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu kkunsidrati bħala uffiċjali ta' dak l-Istat Membru rigward r-reati kommessi kontrihom jew minnhom.

    Emenda 11

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l- awtoritajiet relevanti tagħhom iżommu laqgħat u jorganizzaw taħriġ u eżerċizzji konġunti, meta meħtieġ , bil-ħsieb ta' skambju ta' esperjenza, ta' kompetenza teknika u ta' informazzoni ġenerali, prattika u teknika dwar l-għoti ta' assistenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

    L-Istati Membri kollha li jipparteċipaw għandhom jiżguraw li l-unitajiet ta' intervent speċjali tagħhom iżommu laqgħat u jorganizzaw regolament korsijiet ta' taħriġ u eżerċizzji konġunti, meta meħtieġ, bil-ħsieb ta' skambju ta' esperjenza, kompetenza teknika u informazzoni ġenerali, prattika u teknika dwar l-għoti ta' assistenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Laqgħat, korsijiet ta' taħriġ u eżerċizzji bħal dawn jistgħu jkunu ffinanzjati skond ċerti programmi finanzjarji ta' l-Unjoni, biex ikunu akkwistati għotjiet mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, l-Istat Membru bir-responsabilità tal-Presidenza ta' l-UE għandu jiżgura li laqgħat, korsijiet ta' taħriġ u eżerċizzji bħal dawn iseħħu.

    Emenda 12

    Artikolu 7

    Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu proprji, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-Istati Membri kkonċernati.

    L-Istat Membru li jitlob assistenza għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż operattivi mġarrba mill-unitajiet ta' intervent speċjali ta' l-Istat Membru mitlub għall-assistenza fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3, inklużi t-trasport u l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni , sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-Istati Membri kkonċernati.

    Emenda 13

    Artikolu 8, paragrafu 4 a (ġdid)

    4a. Xejn f'din id-Deċiżjoni m'għandu jinftiehem li jippermetti l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli li jirregolaw il-koperazzjoni fost l-aġenziji ta' infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri għal relazzjonijiet ma' l-aġenziji relevanti ta' pajjiżi terzi bi ksur tar-regoli eżistenti tas-sistemi legali nazzjonali li japplikaw għal koperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija .


    (1)  OJ L 164, 22.6.2002, p. 3.


    Fuq