Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0950R(01)

    950/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2004 li jemenda għat-33 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    SL L 76M, 24.3.2009, p. 1–2 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/950/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/1


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2004 li jemenda għat-33 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2004 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 950/2004

    tas-6 ta' Mejju 2004

    li jemenda għat-33 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 667/2004 (2), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-3 ta' Mejju 2004, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens.

    (3)

    Sabiex ikun żgurat li l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ immedjetament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell fis-6 ta’ Mejju 2004

    Għall-Kummissjoni

    Christopher PATTEN

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni Fiżiċi”.

    (a)

    Hacene Allane (magħruf ukoll bħala (a) Hassan the Old, (b) Al Sheikh Abdelhay, (ċ) Boulahia, (d) Abu al-Foutouh, (e) Cheib Ahcéne). Data tat-Twelied 17 ta' Jannar 1941. Post tat-Twelied El Ménéa, l-Alġerija. Ċittadinanza: probabbilment Alġerina

    (b)

    Kamel Djermane (magħruf ukoll bħala (a) Bilal, (b) Adel, (ċ) Fodhil). Data tat-Twelied 1965. Post tat-Twelied Oum el Bouaghi, l-Alġerija. Ċittadinanza: probabbilment Alġerina

    (ċ)

    Dhou El-Aich (magħruf ukoll bħala Abdel Hak). Data tat-Twelied 5 ta' Awwissu 1964. Post tat-Twelied Debila, l-Alġerija. Ċittadinanza: probabbilment Alġerina

    (d)

    Ahmad Zerfaoui (magħruf ukoll bħala (a) Abdullah, (b) Abdalla, (ċ) Smail, (d) Abu Khaoula, (e) Abu Cholder, (f) Nuhr). Data tat-Twelied 15 ta' Lulju 1963. Post tat-Twelied Chera, l-Alġerija. Ċittadinanza: probabbilment Alġerina

    2.

    L-annotazzjoni “Zulkifli Marzuki, Taman Puchong Perdana, Selangor, il-Malasja, Data tat-Twelied: 3 ta' Lulju 1968; Post tat-Twelied: Selangor, il-Malasja; Ċittadinanza: Malasjana Numru tal-Passaport: A 5983063; Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 680703-10-5821” taħt l-intestatura “Persuni Fiżiċi” għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “Zulkepli Bin Marzuki, Taman Puchong Perdana, Selangor, il-Malasja. Data tat-Twelied 3 ta' Lulju 1968. Post tat-Twelied Selangor, il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-Passaport: A 5983063. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 680703-10-5821.”

    3.

    L-annotazzjoni “Yazld Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar), Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja; data tat-twelied 20 ta' Jannar 1964; Post tat-Twelied: Johor, il-Malasja; Ċittadinanza: Malasjana Numru tal-Passaport: A 10472263; Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529” taħt l-intestatura “Persuni Fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

    “Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar), Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja. Data tat-Twelied 20 ta' Jannar 1964. Post tat-Twelied Johor, il-Malasja; Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-Passaport: A 10472263. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529.”


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (2)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 110.


    Top