Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52011DC0695
REPORT FROM THE COMMISSION ANNUAL REPORT ON THE INSTRUMENT FOR STRUCTURAL POLICIES FOR PRE-ACCESSION (ISPA) 2010
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR L-ISTRUMENT GĦAL POLITIKI STRUTTURALI GĦAL QABEL L-ADEŻJONI (ISPA) 2010
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR L-ISTRUMENT GĦAL POLITIKI STRUTTURALI GĦAL QABEL L-ADEŻJONI (ISPA) 2010
/* KUMM/2011/0695 finali */
WERREJ 1. Introduzzjoni 2 2. Il-baġit tal-ISPA 2 3. Proġetti ġodda tal-ISPA 3 4. Impenji Ġodda 3 5. Proġetti ffinanzjati bejn l-2005 u l-2010 3 6. Ħlasijiet 4 7. Tabelli ta’ Sommarju 4 8. Il-forom u l-metodi għall-provvista ta' assistenza teknika 5 9. L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju 5 10. Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 6 11. L-Implimentazzjoni 7 12. Monitoraġġ tal-proġetti 7 13. Ġestjoni u kontroll finanzjarji, l-EDIS inkluża 7 14. Il-valutazzjoni tar-riskji 8 15. L-Osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 9 16. Sħab fil-kofinanzjament – Il-BEI u l-BERŻ 9 17. L-akkwist pubbliku 9 18. Politika dwar il-kompetizzjoni 10 19. Politika Ambjentali 10 20. Politika tat-trasport 10 21. Koordinazzjoni mal-istrument tal-IPA 11 22. Azzjoniijiet ta' reklamar 11 INTRODUZZJONI Wara l-Kunsill Ewropew ta' Brussell f'Ġunju 2004, li ta l-istatus ta' pajjiż kandidat lill-Kroazja, dan il-pajjiż ibbenefika mill-ISPA mill-1 ta' Jannar 2005. Il-Kroazja għalhekk imxiet fuq il-passi tal-pajjiżi benefiċjarji tal-ISPA preċedenti li rċevew għajnuna mill-ISPA minn meta dan l-istrument twaqqaf fis-sena 2000. Fl-1 ta' Jannar 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri tal-Unjoni Ewropea u ma baqgħux benefiċjarji tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni, inkluż l-ISPA. L-adeżjoni ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi ħalliet lill-Kroazja bħala l-uniku riċevitur tal-assistenza tal-ISPA. Dan ir-rapport għalhekk ikopri biss l-attivitajiet tal-ISPA mwettqa mill-Kroazja. L-2010 rat it-tlestija fiżika b'suċċess tal-ewwel żewġ proġetti tal-ISPA. Minħabba d-dewmien akkumulat f'erba' mill-miżuri tal-ISPA, kien meħtieġ li tiġi estiża d-data finali tal-eliġibilità ta' dawn il-miżuri b'sena sal-aħħar tas-sena 2011. Bħala riżultat ta' prezzijiet tal-kuntratti aktar baxxi minn dawk mistennija, ġew modifikati erba' miżuri biex b'hekk ikun hemm żieda fl-ambitu ta' xogħol li għandu jiġi ffinanzjat mill-fondi tal-ISPA, u/jew żieda fir-rata tal-kofinanzjament. Fl-2010 l-awtoritajiet nazzjonali kkonċentraw fuq l-implimentazzjoni fiżika, il-ġestjoni tal-proġetti, il-monitoraġġ u l-ħlasijiet li kienu għaddejjin L-implimentazzjoni tal-ISPA fl-2010 kienet miexja b'mod parallel mal-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali ffinanzjati mill-Istrument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni (IPA) u mat-tħejjija estensiva għall-politika ta' koeżjoni futura (negozjati tal-adeżjoni skont il-Kapitolu 22: Politika reġjonali u koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali ). Dawn it-tliet proċessi paralleli kienu jeħtieġu input kosiderevoli mill-amministrazzjoni nazzjonali. IL-BAġIT TAL-ISPA F'konformità mas-sistema ta' kontabilità tal-Kummissjoni li hija bbażata fuq l-attività, il-baġit tal-ISPA kien kopert minn żewġ linji baġitarji: il-linja funzjonali tal-baġit B13.01.04.02 u l-linja operazzjonali tal-baġit 13.05.01.01. L-ewwel linja tinkludi l-mezzi biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-Assistenza Teknika (AT) prinċipalment għar-rinfurzar tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Kroazja. Din intemmet fl-2006. It-tieni linja tal-baġit tinkorpora l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li kienu disponibbli għall-implimentazzjoni u l-operat effettivi tal-ISPA għall-Kroazja. Il-linja tal-baġit 13.05.01.01 tkopri l-ispejjeż kollha għall-kofinanzjament tal-proġetti ta' infrastruttura (miżuri). Minn din il-linja, fl-2010, tħallas total ta' EUR 14 659 692,82. Tabella 1 : Il-baġit tal-ISPA għall-2010 – f’Euro Linja tal-baġit | Ħlasijiet implimentati | Linja funzjonali tal-baġit B13.01.04.02 (magħluqa fl-2006) | 0 | Linja operazzjonali tal-baġit 13.05.01.01 | 14 659 692,82 | Total | 14 659 692,82 | Finanzjament tal-proġetti PROġETTI ġODDA TAL-ISPA L-ebda proġett ġdid tal-ISPA ma ġie adottat fl-2010. IMPENJI ĠODDA Ma twettqu l-ebda impenji ġodda fl-2010, la għal proġetti fis-settur ambjentali u lanqas għal proġetti fis-settur tat-trasport minn mindu ntemm l-ISPA fl-2006. PROġETTI FFINANZJATI BEJN L-2005 U L-2010 Bejn l-2005 u l-2006, il-Kummissjoni approvat total ta' sitt (6) proġetti fuq il-bażi ta' proposti sottomessi mill-Kroazja. Minn dawn il-proġetti, tlieta (3) jikkonċernaw is-settur ambjentali, tnejn (2) is-settur tat-trasport, u wieħed (1) il-miżura ta' AT orizzontali (għall-organizzazzjoni tal-kumitati statutorji ta' monitoraġġ u l-aġenziji ta' appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ISPA). Il-kost totali eliġibbli tal-investiment ta' dawn il-proġetti huwa ta' EUR 107 474 736 fejn EUR 59 000 000 jew 54,8 % minnu, ġew allokati bħala għotjiet tal-ISPA. Sal-aħħar tal-2006, il-Kummissjoni kienet ikkommettiet 100 % tal-fondi tal-ISPA rriżervati għall-Kroazja biex ikopru l-perjodu ta' bejn l-2005 u l-2006, fejn dawn l-impenji tqassmu b'mod ibbilanċjat bejn is-settur ambjentali u dak tat-trasport. Tabella 2 : Proġetti approvati fil-Kroazja bejn l-2005 u l-2006[1] - f'Euro Trasport | 2 | 60 924 700 | 29 271 310 | 48 | 29 271 310 | AT orizzontali | 1 | 262 335 | 262 335 | 100 | 262 335 | Ambjent | 7 877 349,62 | 4 001 450,43 | 11 878 800,05 | Trasport | 12 758 806,09 | 10 658 242,39 | 23 417 048,00 | AT | 209 868,00 | 0 | 209 868,00 | Total | 20 846 023,71 | 14 659 692,82 | 35 505 716,05 | TABELLI TA’ SOMMARJU It-tabella 4 ta' hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-interventi tal-ISPA kemm għas-sena 2010 kif ukoll għall-perjodu 2005-2010. Tabella 4 : Proġetti deċiżi fil-Kroazja fil-perjodu 2005-2010 - f'Euro Subsettur | Nru ta' proġetti | Kost eliġibbli | Kontribuzzjoni mill-ISPA | 2010 | 2005 – 2010 | Ilma | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Ilma u drenaġġ inkluż it-trattament | 1 | 36 000 000 | 22 500 000 | 0 | 2 950 858,49 | 22 500 000 | 9 668 557,17 | Impjant tat-trattament tad-drenaġġ | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Skart solidu | 1 | 8 823 601 | 6 000 049 | 0 | 837 193,08 | 6 000 049 | 1 437 198,08 | Kwalità tal-arja | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Orizzontali | 1 | 1 464 100 | 966 306 | 0 | 213 398,86 | 966 306 | 773 044,80 | Total tas-settur | 3 | 46 287 701 | 29 466 355 | 0 | 4 001 450,43 | 29 466 355 | 11 878 800,05 | Trasport | Toroq | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Ferroviji | 1 | 60 182 962 | 28 789 180 | 0 | 10 465 390,39 | 28 789 180 | 23 031 344,00 | Toroq u ferroviji | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Kanali tal-ilma interni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Ajruporti | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Orizzontali | 1 | 741 738 | 482 130 | 0 | 192 852,00 | 482 130 | 385 704,00 | Total tas-settur | 2 | 60 924 700 | 29 271 310 | 0 | 10 658 242,39 | 29 271 310 | 23 417 048 | Orizzontali | AT | 1 | 262 335 | 262 335 | 0 | 0 | 262 335 | 209 868 | Total tas-settur | 1 | 1 464 100 | 966 306 | 0 | 213 398,86 | 966 306 | 773 044,80 | Trasport | Total tas-settur | 1 | 741 738 | 482 130 | 0 | 192 852,00 | 482 130 | 385 704,00 | AT orizzontali | Total tas-settur | 1 | 262 335 | 262 335 | 0 | 0 | 262 335 | 209 868,00 | TOTAL |3 | 2 468 173 |1 710 771 |0 |406 250,86 |1 710 771 |1 368 616,80 | | ASSISTENZA TEKNIKA FUQ L-INIZJATTIVA TAL-KUMMISSJONI Minn meta beda l-ISPA, l-attivitajiet ta’ assistenza teknika mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, kienu kkonċentrati fuq li jippermettu lid-Delegazzjoni tal-UE li twettaq il-proċeduri ta’ kontroll ex-ante tagħha (inkluża l-evalwazzjoni tal-proġett) f'konformità mal-istandards meħtieġa għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE. L-ebda miżuri ta’assistenza teknika bħal dawn ma ġew iffinanzjati mill-ISPA mill-2006 'l hawn. Minn dak iż-żmien 'l hawn, kull miżura bħal din ġiet iffinanzjata mill-IPA. Il-Ġestjoni u l-implimentazzjoni L-IMPLIMENTAZZJONI L-ewwel żewġ proġetti fil-Kroazja ġew approvati f'Diċembru 2005, filwaqt li l-erbgħa l-oħra tal-aħħar ġew approvati f'Lulju u f'Settembru 2006. Sal-aħħar tas-sena 2010, l-implimentazzjoni fiżika kienet waħda kontinwa fuq is-sitt (6) proġetti tal-ISPA kollha. Żewġ miżuri tal-ISPA tlestew u għall-erba' miżuri li fadal id-data finali tal-eliġibilità ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2011[2]. L-ammont ikkuntrattat fl-aħħar tas-sena 2010 huwa ekwivalenti għal 95,8 % tal-ammonti allokati. Sal-aħħar tas-sena 2010, żewġ kuntratti kienu waslu fl-istadju tal-evalwazzjoni (xogħol u provvista). Kien għad baqa' tliet kuntratti li kellha tinħarġilhom is-sejħa għall-offerti. Dawn kienu: kuntratt ta' provvista, kuntratt ta' qafas u kuntratt ta' xogħlijiet. Fil-każ tal-aħħar kuntratt imsemmi hemm ir-riskju li l-implimentazzjoni tiegħu tmur lil hinn mid-data finali tal-eliġibilità. Il-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-ISPA, issa waslu fl-istadji finali tal-implimentazzjoni. Konsegwentement, qed tingħata attenzjoni dejjem ikbar biex jitlestew il-miżuri fl-iskadenzi partikolari u biex jiġi żgurat li l-miżura tal-ISPA hija kompletament funzjonali u konformi bis-sħiħ mal-objettivi tagħha. MONITORAġġ TAL-PROġETTI Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ġenerali tal-progress u l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-ISPA huma żgurati minn laqgħat regolari fl-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-UE, mir-rapporti ta' monitoraġġ imressqa mill-korpi tal-implimentazzjoni, minn żjarat fuq is-sit mill-persunal tal-Kummissjoni, minn monitoraġġ formali permezz ta' żewġ laqgħat fis-sena tal-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-ISPA fil-Kroazja, kif ukoll mill-preżentazzjoni tar-rapporti annwali għal kull proġett tal-ISPA mingħand l-awtorità tal-implimentazzjoni. Żewġ Kumitati għall-Monitoraġġ tal-ISPA saru fil-Kroazja fl-2010; f'Ġunju u f’Novembru rispettivament. Ingħatat attenzjoni konsiderevoli lid-dewmien fil-proġetti ambjentali. L-estensjoni tad-dati ta' eliġibilità għal erba' miżuri tal-ISPA ġiet diskussa wkoll fid-dettall fil-Kumitat għall-Monitoraġġ. ĠESTJONI U KONTROLL FINANZJARJI, L- EDIS INKLUżA Ir-rekwiżiti ewlenin kemm għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarji kif ukoll għat-trattament tal-irregolaritajiet huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-ISPA[3] u tal-Anness III tal-Memorandum ta’ Finanzjament, kif applikabbli skont ir-reġim ex-ante ta' kontroll mill-Kummissjoni. L-elementi prinċipali jirreferu għat-twaqqif ta' sistemi u proċeduri interni ta' kontroll finanzjarju li jistgħu jiżguraw proċeduri ta' akkwist trasparenti u mhux diskriminatorji, għall-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, għall-kapaċità adegwata ta' awditjar intern, għar-rekord tal-awditjar suffiċjenti u għat-trattament xieraq tal-irregolaritajiet. Id-Delegazzjoni tal-UE f'Żagreb kompliet tkun il-mekkaniżmu prinċipali biex tiżgura ġestjoni u kontroll finanzjarji sodi. Ir-rata ta' rifjut ta' dokumenti tal-ISPA baqgħet għolja, sinjal ċar li għad irid isir aktar xogħol mill-awtoritajiet Kroati biex jirbħu l-fiduċja fil-kapaċità tagħhom li jmexxu b'mod indipendenti u korrett, il-fondi tal-ISPA. DIS Ir-rekwiżit għall-akkreditazzjoni tad-DIS (Sistema ta' Implimentazzjoni Deċentralizzata) tal-aġenzija ta' implimentazzjoni fil-Kroazja, is-CFCA, timxi fuq id-dispożizzjoni tal-Artikolu 164 tar-Regolament Finanzjarju[4]. L-akkreditazzjoni tad-DIS ingħatat mill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2006. EDIS Minn meta spiċċa l-ISPA fl-2006 permezz tal-introduzzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-iskop taċ-ċaqliq tal-ISPA għall-EDIS (billi tintuża s-Sistema amministrattiva ta' Implimentazzjoni Deċentralizzata Estiża – EDIS b'kontroll ex-post biss mill-Kummissjoni) sar superfluwu. Għalhekk, l-isforzi reċenti tal-awtoritajiet Kroati kienu iktar konċentrati fuq it-tħejjija tal-istrutturi tal-IPA għaċ-ċaqliq lejn il-ġestjoni deċentralizzata mingħajr proċeduri ta' kontroll ex-ante, minħabba li dawn l-istrutturi se jibqgħu preżenti wara l-adeżjoni. Sadanittant id-Delegazzjoni tal-UE fil-Kroazja qed tkompli teżegwixxi r-rwol importanti tagħha fis-superviżjoni tal-ġestjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' kuljum tal-miżuri tal-ISPA. IL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJI L-istrateġija ta' awditjar ppjanata għall-2010 kienet ibbażata fuq ir-riżultati tal-analiżi tal-istat tal-implimentazzjoni tal-ISPA u l-objettivi relatati tad-Direttorat tal-Awditjar tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali. L-istrateġija ta' awditjar tistipula l-objettivi li huma definiti mill-maniġment anzjan tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali. Dawn l-objettivi huma definiti fuq il-bażi ta' diskussjonijiet dettaljati mad-direttorati operazzjonali li matulhom jiġi kondiviż tagħrif dwar riskji potenzjali. L-istrateġija ta' awditjar imbagħad tistipula l-azzjonijiet biex jintlaħqu dawn l-objettivi, filwaqt li tqis ir-riskji identifikati. B'mod ġenerali, ir-riskji huma minimizzati permezz tal-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija. L-awditjar tal-ISPA twettaq fil-Kroazja fis-sena 2010. F'Marzu 2010, l-unità tal-awditjar ta' DĠ REGIO mexxiet l-awditjar għall-miżura tal-ISPA Riabilitazzjoni tal-Linja Ferrovjarja minn Vinkovci għal Tovarnik sal-Fruntiera tal-Istat . L-awditjar kopra lill-aġenzija ta' implimentazzjoni (CFCA), lill-benefiċjarju finali (il-Linji Ferrovjarji Kroati) u lill-uffiċjal awtorizzanti nazzjonali għall-miżura l-magħżula. L-osservazzjonijiet li ħarġu minn dan l-eżerċizzju tal-awditjar jirreferu 1) għad-dewmien biex isir magħruf li jkun hemm bżonn ta' kuntratt 2) għad-dewmien bejn il-laqgħat dwar l-evalwazzjonu tal-offerti u l-iffirmar tal-kuntratt għal tliet kuntratti, 3) u r-rata għolja kontinwa ta' rifjut mid-Delegazzjoni tal-UE fil-proċeduri ta' kontroll ex-ante . Skont is-sistema tal-approvazzjoni ex-ante , tingħata prijorità biex ikun żgurat li jitwaqqfu biżżejjed proċeduri ta' kontroll fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġetti u tal-ħlasijiet. Madankollu, il-ġestjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għandha riskju inerenti billi l-fondi huma mqassma minn diversi organizzazzjonijiet u sistemi. L-eliġibilità tan-nefqa hija ddeterminata permezz tal-konformità ma' regoli u kundizzjonijiet iffissati fuq livell tal-UE u fuq livell nazzjonali li jistgħu jwasslu għal kumplessità u riskju ta' miżinterpretazzjoni. L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI Fir-rebbiegħa tal-2010, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat bidu għall-"Awditjar ta' prestazzjoni tal-għajnuna li ngħatat lill-Kroazja qabel l-adeżjoni". L-eżerċizzju tal-awditjar kopra kull tip ta' strument ta' qabel l-adeżjoni inkluż l-ISPA. Il-missjoni tal-awditjar għall-Kroazja, li ħadet ġimagħtejn, twettqet f'Ottubru 2010. Ir-rapport tal-awditjar għadu ma ġiex iffinalizzat[5]. SħAB FIL-KOFINANZJAMENT – IL-BEI U L-BERŻ Minħabba l-esperjenza tagħhom fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti, il-Kummissjoni żammet kuntatt regolari ma' dawn l-istituzzjonijijet ta' self, kemm fil-livell orizzontali għall-finijiet ta' koordinazzjoni ta' politika u għal kwistjonijiet ta' metodoloġija relatati mal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, kif ukoll fil-livell tal-pajjiżi. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mhu involut fl-ebda proġett tal-ISPA fil-Kroazja. Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) huwa l-unika Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFI) li hija attivament involuta fi proġett tal-ISPA fil-Kroazja b'dispożizzjoni ta’ self ta' EUR 10 miljun għal proġett ambjentali approvat fl-2005 – il-Programm ta’ Trattament tal-Ilma u tad-Drenaġġ għal Karlovac. Għalhekk, ir-rappreżentanti tal-BERŻ ħadu sehem fiż-żewġ Kumitati ta' Monitoraġġ tal-ISPA li saru fil-Kroazja fl-2010. Kontribuzzjoni għall-politika tal-Unjoni Ewropea L-AKKWIST PUBBLIKU Il-fatt li jiġu osservati r-rekwiżiti legali għal akkwist pubbliku li huwa sod, ġust u trasparenti skont kif inkorporat fir-regoli tal-PRAG, instab li kien jikkostitwixxi sfida ewlenija fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ISPA. Id-diffikultajiet li nstabu sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tal-PRAG wasslu biex kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ISPA. Id-Delegazzjoni tal-UE fiż-Żagreb kompliet tintervjeni sabiex tiżgura li l-proċeduri ġew applikati b'mod korrett u li l-iżbalji ġew irrattifikati. L-approvazzjoni ex-ante mill-Kummissjoni, li tirregola l-offerti u l-ikkuntrattjar tal-proġetti tal-ISPA, għadha kompletament ġustifikata minħabba li issa twaqqgħu l-pjanijiet għaċ-ċaqliq għal EDIS (ara l-punt 15). Skont is-sistema kurrenti ta' approvazzjoni ex-ante u f'konformità mad-deċiżjoni tad-DIS għall-konferiment ta' ġestjoni, is-CFCA biss għandha r-rwol ta' awtorità tal-ikkuntrattjar responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett, filwaqt li l-Kummissjoni tapprova kull pass fil-proċess tal-akkwist. Dan ifisser li, għalkemm il-Kummissjoni mhijiex sieħba kuntrattwali, hija ġġorr responsabbiltà kondiviża għall-korrettezza fil-proċeduri tal-proċess tal-akkwisti (mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-kuntratti li jsiru bejn il-benefiċjarji u l-kuntratturi ma jkunux validi). POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI Minħabba li l-assistenza tal-ISPA hija primarjament immirata biex tkopri n-nefqa pubblika - jew l-ekwivalenti – relatata ma' proġetti ta' utilità, din ġeneralment ma toħloqx problemi ta' inkompatibilità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Sakemm ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku ma jinkisrux, u sakemm huwa garantit l-aċċess liberu għal din it-tip ta' infrastruttura għall-operaturi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tekniċi u legali neċessarji, din l-għajnuna ma tagħtix xi tip ta' vantaġġ speċjali lil impriżi speċifiċi. POLITIKA AMBJENTALI Billi tingħata għajnuna diretta għal proġetti li għandhom prijorità ambjentali, l-ISPA kkontribwixxiet għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u l-konformità mal-istandards tal-UE fil-Kroazja. L-esperjenza miksuba mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fis-settur ambjentali. Il-proġetti u l-esperjenzi ambjentali tal-ISPA wittew it-triq għal għadd ikbar ta' proġetti ambjentali li bħalissa qed jiġu ffinanzjati skont l-IPA. POLITIKA TAT-TRASPORT In-netwerks tat-trasport fil-Kroazja, kif miftiehma f'konformità mal-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet tal-Infrastruttura tat-Trasport (TINA - Transport Infrastructure Needs Assessment) u mal-Istudju dwar l-Infrastruttura tar-Reġjun tal-Balkani (REBIS - Regional Balkans Infrastructure Study), ġew mibnija abbażi tal-qafas ta’ kurituri pan-Ewropej. Ħafna minnhom huma mqassma madwar it-territorju kollu tal-Kroazja inklużi l-Kurituri VII (ix-xmara Danubju), X (Salzburg-Ljubljana-Żagreb-Beograd-Nis-Skopje-Veles-Tessaloniki, inkluża l-fergħa Xa) kif ukoll il-Kuritur V, li għandu żewġ fergħat fil-Kroazja (Vb - Budapest, Żagreb, Rijeka, u Vc - Budapest, Sarajevo, Ploče). Dawn in-netwerks kienu użati bħala bażi tal-ippjanar għall-istrateġija tat-trasport nazzjonali għall-finijiet tal-ISPA. Bħala konsegwenza ta' dan, il-proġett tat-trasport tal-ISPA waħdu (linja tal-ferrovija) jifforma parti min-netwerks TINA u REBIS, jiġifieri jikkonċerna l-kostruzzjoni jew ir-riabilitazzjoni ta’ sezzjoni, punt nodali jew aċċess relatati man-netwerks. In-netwerks TEN-T għall-Kroazja huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tas-SEETO (L-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa). Koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni KOORDINAZZJONI MAL-ISTRUMENT TAL-IPA Il-ġestjoni tal-miżuri tal-ISPA u tal-programmi tal-IPA skont il-komponent tal-Iżvilupp Reġjonali mill-istess servizzi tal-Kummissjoni, tiżgura koordinazzjoni mill-qrib tal-attivitajiet, il-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet appoġġjati u l-kontinwità tal-politiki. Reklamar AZZJONIIJIET TA' REKLAMAR F'Ġunju 2010, il-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-ISPA tlaqqa' f'Karlovac fejn l-investimenti fis-settur tat-trattament tal-ilma u tad-drenaġġ, huma appoġġjati mill-ISPA. Minbarra l-laqgħa tal-kumitat, ġiet organizzata konferenza stampa segwita minn żjara fuq is-sit tal-proġett. Barra minn dan, l-għajnuna tal-UE hija rreklamata f'kull proġett ta' investiment permezz ta' billboards u azzjonijiet ta' reklamar fil-midja. [1] Ma ġie approvat l-ebda proġett mill-2006 'l hawn minħabba t-tmiem fl-istess sena tal-programm ISPA. [2] Wara l-modifiki li saru fil-Linji Gwida dwar l-Għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA 2000-2006, adottati bil-għan li tiġi estiża d-data finali ta' eliġibilità tan-nefqa sal-31 ta' Diċembru 2011, saru dispożizzjonijiet simili għall-proġetti tal-ISPA li bħalissa qed jiġu implimentati fil-Kroazja. Fil-Kroazja ngħatat estensjoni ta' sena għal erbgħa mill-miżuri tal-ISPA. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni [ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73]. [4] Madankollu, id-dispożizzjoni tħassret b'effett mill-1 ta' Mejju 2007 bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 [ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1]. [5] Meta kien qed jiġi abbozzat dan ir-rapport, ġie ikkomunikat ir-rendikont tal-osservazzjonijiet preliminari lis-servizzi tal-Kummissjoni.