This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1627R(01)
1627/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
1627/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
IO L 84M, 31.3.2009, p. 475–493
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1627/corrigendum/2009-03-31/oj
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/475 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1627/2006
tal-24 ta’ Ottubru 2006
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) stabbilixxa formola obbligatorja u komprensiva għan-notifikazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat. |
(2) |
Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida l-ġodda dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perijodu mill-2007 sal-2013 (3) hu neċessarju li jkunu modifikati il-partijiet tal-formula tan-notifikazzjoni. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fil-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, il-paġni 4 u 5 ta' Informazzjoni Supplimentari huma mibdulin b'dan li jmiss:
(1) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att għall-Adeżjoni tal-2003
(2) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.