This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0125R(02)
2006/125/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal- 5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
2006/125/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal- 5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
JO L 76M du 24.3.2009, p. 422–441
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/125/corrigendum/2009-03-24/oj
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/422 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE għandha taqra:
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/125/KE
tal-5 ta’ Diċembru 2006
dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kkodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), partikolarment l-Artikolu 4(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta’ Frar 1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (2) ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi (3). Għal aktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tkun ikkodifikata. |
(2) |
Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi għat-trabi u t-tfal żgħar jintuża bħala parti minn dieta diversifikata u ma jikkostitwixxix is-sors uniku ta’ nutriment tat-trabi u t-tfal żgħar. |
(3) |
Hemm varjetà kbira ta’ prodotti inkwistjoni li jirriflettu dieta varjata ħafna ta’ trabi li jkunu qegħdin jiġu miftuma u ta’ tfal żgħar minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u kulturali li jeżistu fil-Komunità. |
(4) |
Il-kompożizzjoni essenzjali tal-prodotti inkwistjoni għandha tkun adattata għall-kondizzjonijiet nutrittivi tat-trabi u tat-tfal żgħar f’kondizzjoni ta’ saħħa tajba hekk kif stabbilit bid-dejta xjentifika aċċettata b’mod ġenerali, waqt li jingħata kas tal-fatturi msemmija hawn fuq. |
(5) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet nutrittivi essenzjali għall-kompożizzjoni taż-żewġ kategoriji wesgħin ta’ dawn il-prodotti, jiġifieri l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi. |
(6) |
Għakemm, minħabba in-natura ta’ prodotti bħal dawn, għandhom jiġu imposti numru ta’ ħtiġiet mandatorji u restrizzjonijiet oħra fuq il-livell ta’ vitamini, minerali, u nutrijenti oħra, nutrijenti bħal dawn jistgħu jiżdiedu b’mod volontarju mill-fabbrikanti sakemm huma jużaw esklussivament ċerti sustanzi li jridu jiġu speċifikati b’din id-Direttiva. |
(7) |
L-użu tal-prodotti li magħhom ġew miżjuda b’mod voluntarju nutrijenti bħal dawn f’livelli osservati bħalissa fil-Komunità ma jidhrux li jirriżultaw f’teħid eċċessiv ta’ dawk in-nutrijenti minn trabi u tfal żgħar; billi se tingħata attenzjoni għal kwalunkwe żviluppi futuri tas-sitwazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn, jittieħdu l-miżuri xierqa. |
(8) |
Regoli differenti dwar l-ogħla livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi f’ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi jikkawżaw ostakli kummerċjali bejn ċerti Stati Membri. |
(9) |
Il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 li tirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix (4), fid-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (5), fid-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (6), u fid-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (7), huma bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi. |
(10) |
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika rilevanti ma tkunx biżżejjed, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jippermetti li l-Komunità tadotta b’mod provviżorju u f’perjodu raġonevoli ta’ żmien miżuri fuq il-bażi tal-informazzjoni rilevanti disponibbli, wara li tkun saret valutazzjoni tar-riskju addizzjonali u reviżjoni tal-miżura. |
(11) |
Fuq il-bażi taż-żewġ opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fid-19 ta’ Settembru 1997 u l-4 ta’ Ġunju 1998 bħalissa hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-valuri tat-teħid ta’ kuljum (ADI) ta’ pestiċidi u tar-residiwi ta’ pestiċidi li huma aċċettabbli għall-protezzjoni tas-saħħa tat-trabi u t-tfal żgħar. Għalhekk, safejn huma kkonċernati l-prodotti tal-ikel għal użi nutrittivi intiżi għat-trabi u t-tfal żgħar, jixraq li jiġi adottat limitu komuni baxx ħafna għall-pestiċidi kollha sakemm ikun hemm eżami xjentifiku każ b’każ u evalwazzjoni tas-sustanzi. Il-limitu komuni baxx ħafna għandu jkun iffissat bħala 0,01 mg/kg li fil-prattika huwa l-inqas livell li jista’ jiġi żvelat. |
(12) |
Għandhom ikunu meħtieġa restrizzjonijiet stretti fuq residwi ta’ pestiċidi; billi b’għażla attenta tal-materja prima, u minħabba l-fatt li ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi jgħaddu minn proċess estensiv waqt il-manifattura tagħhom, huwa possibbli li jiġu fabbrikati prodotti li fihom livelli baxxi ħafna ta’ residwi ta’ pestiċidi. Madankollu, f’każ ta’ numru żgħir ta’ pestiċidi jew ta’ metaboliti tal-pestiċidi anke livell ta’ residwu massimu ta’ 0,01 mg/kg jista’, taħt l-agħar kondizzjonijiet ta’ teħid, jippermetti li t-trabi u t-tfal żgħar jeċċedu l-ADI. Dan huwa l-każ għall-pestiċidi jew il-metaboliti tal-pestiċidi b’ADI iktar baxx minn 0,0005 mg/kg skont it-toqol tal-ġisem. |
(13) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipju tal-projbizzjoni tal-użu ta’ dawn il-pestiċidi fil-manifattura ta’ prodotti agrikoli intiżi għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi. Madankollu, din il-projbizzjoni mhux bilfors tiggarantixxi li l-prodotti jkunu ħielsa minn dawn il-pestiċidi, għaliex ċerti pestiċidi jikkontaminaw l-ambjent u r-residwi tagħhom jistgħu jinstabu fil-prodotti kkonċernati. |
(14) |
Is-saħħa tat-trabi u t-tfal żgħar tista’ tkun protetta aħjar billi jkunu applikati rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jkunu infurzati b’analiżi minkejja l-oriġini tal-prodott. |
(15) |
Ħafna mill-pestiċidi b’valuri ta’ ADI iktar baxxi minn 0,0005 mg/kg skont it-toqol tal-ġisem diġà huma pprojbiti fil-Komunità. Il-pestiċidi pprojbiti m’għandhomx ikunu traċċati f’ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u f’ikel tat-trabi b’metodi analitiċi ta’ livell għoli. Madankollu, ċerti pestiċidi jiddegradaw bil-mod u xorta jikkontaminaw l-ambjent. Dawn jistgħu jkunu preżenti f’ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi anke jekk dawn ma jkunux intużaw. Għal finijiet ta’ kontroll, għandu jkun segwit metodu armonizzat. |
(16) |
Sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar jekk jissodisfawx il-ħtiġiet tas-sigurtà tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8), l-użu ssoktat tal-pestiċidi awtorizzati għandu jiġi permess sakemm il-fdalijiet tagħhom jikkonformaw mal-livelli massimi tal-fdalijiet stabbiliti fid-Direttiva preżenti. Dawn tal-aħħar għandhom jiġu ffissati f’livelli li jiżguraw li l-valuri tat-teħid tagħhom ta’ kuljum ma jkunux inqabżu mit-trabi u t-tfal iż-żgħar taħt l-agħar kondizzjonijiet tat-teħid. |
(17) |
L-użu ta’ ingredjenti ġodda tal-ikel għandu jiġi ttrattat orizzontalment għall-prodotti kollha tal-ikel f’miżura separata. |
(18) |
Din id-Direttiva tirrifletti l-għarfien attwali dwar il-prodotti kkonċernati. Kwalunkwe emenda, biex tkun tista’ ssir l-innovazzjoni bbażata fuq il-progress xjentifiku u tekniku, għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 89/398/KEE. |
(19) |
Minħabba l-persuni li għalihom huma intiżi l-prodotti, iridu jiġu stipulati l-kriterji mikrobijoloġiċi meħtieġa kif ukoll il-livelli massimi għall-kontaminanti. |
(20) |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/398/KEE, il-prodotti koperti b’din id-Direttiva huma soġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti bid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew Parliament u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (9). |
(21) |
F’din id-Direttiva ż-żidiet u l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-regoli ġenerali għandhom ikunu adottati u żviluppati, fejn ikun meħtieġ. |
(22) |
B’mod partikolari, in-natura u d-destinazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva jeħtieġu tikkettajar nutrittiv li jindika l-valur tal-enerġija u n-nutrijenti ewlenin li dawn ikollhom. Mill-banda l-oħra, il-metodu ta’ użu għandu jiġi speċifikat skont il-punt 9 tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/13/KE, sabiex ikunu evitati użi mhux xierqa li jistgħu jikkawżaw dannu għas-saħħa tat-trabi. |
(23) |
Waqt li talbiet mhux speċifikament ipprojbiti jistgħu ġeneralment isiru għall-prodotti inkwistjoni f’konformità mar-regoli applikabbli għal kull xorta ta’ oġġetti tal-ikel, talbiet bħal dawn għandhom, fejn xieraq, jagħtu kas tal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati f’din id-Direttiva. |
(24) |
Dwar id-dispożizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-saħħa pubblika, saret konsultazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/398/KEE. |
(25) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali. |
(26) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti B, biex dawn jittrasponu d-Direttivi fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva hija “Direttiva speċifika” fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/398/KEE.
2. Din id-Direttiva tkopri prodotti tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari li jissodisfa r-rekwiżiti partikolari ta’ trabi u tfal żgħar b’saħħithom fil-Komunità u li huma intiżi biex jintużaw mit-trabi waqt li jkunu qed jiġu miftuma, u mit-tfal żgħar bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew meta dawn ikunu qed jadattaw ruħhom b’mod progressiv għall-ikel ordinarju. Dawn jinkludu:
(a) |
“ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali” li huwa diviż fl-erba’ kategoriji li ġejjin:
|
(b) |
“Ikel tat-trabi” għajr l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali. |
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ħalib intenzjonat għat-tfal żgħar.
Artikolu 2
Għall-għan ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
(a) |
“trabi” għandha tfisser tfal taħt l-età ta’ tnax-il xahar; |
(b) |
“tfal żgħar” għandha tfisser tfal ta’ età ta’ bejn sena u 3 snin; |
(c) |
“residwu tal-pestiċida” tfisser ir-residwu f’ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/414/KEE, inkluż il-metaboliti tagħha u l-prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew ir-reazzjoni tagħha. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) jiġu kkummerċjalizzati fil-Komunità biss jekk dawn ikunu konformi mar-regoli stipulati f’din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi għandhom ikunu mmanifatturati minn ingredjenti li l-adattabbiltà tagħhom għal użu nutrittiv partikolari mit-trabi u t-tfal żgħar ikun ġie stabbilit permezz ta’ dejta xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.
Artikolu 5
1. L-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għandu jkun konformi mal-kriterji tal-kompożizzjoni speċifikati fl-Anness I.
2. L-ikel tat-trabi li huwa deskritt fl-Anness II għandu jkun konformi mal-kriterji tal-kompożizzjoni speċifikati fih.
Artikolu 6
Is-sustanzi nutrittivi biss li huma elenkati fl-Anness IV jistgħu jiżdiedu fil-manifattura tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi.
Il-kriterji tal-purità għal dawk is-sustanzi għandhom ikunu stabbiliti aktar tard.
Artikolu 7
1. L-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi m’għandu jkollu l-ebda sustanza f’tali kwantità li tipperikola s-saħħa tat-trabi u t-tfal żgħar. Għandhom ikunu stabbiliti l-livelli massimi meħtieġa għas-sustanzi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
2. L-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi m’għandux ikollu sustanzi ta’ pestiċidi individwali f’livelli li jeċċedu 0,01 mg/kg, ħlief għal dawk is-sustanzi li għalihom il-livelli speċifiċi ġew stabbiliti fl-Anness VI, li f’dan il-każ għandhom japplikaw dawn il-livelli speċifiċi.
Il-metodi analitiċi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ residwi tal-pestiċidi għandhom ġeneralment ikunu metodi standardizzati aċċettabbli.
3. Il-pestiċidi elenkati fl-Anness VII m’għandhomx jintużaw fi prodotti agrikoli intiżi għall-manifattura ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi.
Madankollu, għall-finijiet ta’ kontroll:
(a) |
il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness VII huma kkunsidrati li ma ntużawx jekk ir-residwi tagħhom ma jeċċedux livell ta’ 0,003 mg/kg. Dan il-livell, li huwa kkunsidrat bħala l-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi, għandu jiġi rrivedut b’mod regolari skont il-progress tekniku; |
(b) |
il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness VII huma kkunsidrati li ma ntużawx jekk ir-residwi tagħhom ma jeċċedux livell ta’ 0,003 mg/kg. Dan il-livell għandu jiġi rrivedut b’mod regolari skont id-dejta dwar il-kontaminazzjoni ambjentali. |
4. Il-livelli msemmija fil-paragrafi 2 u 3 japplikaw għall-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew kif ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.
5. Għall-pestiċidi elenkati fl-Anness VI, fejn tittieħed deċiżjoni li tikkonċerna r-rifjut ta’ sustanza attiva milli tkun inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, l-Anness VI u l-Anness VII għal din id-Direttiva iridu jiġu emendati kif jixraq.
6. Il-kriterji mikrobijoloġiċi għandhom jiġu stabbiliti kif meħtieġ.
Artikolu 8
1. It-tikketti tal-prodotti kkonċernati għandhom jinkludu, flimkien mad-dettalji previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/13/KE, id-dettalji obbligatorji li ġejjin:
(a) |
dikjarazzjoni dwar l-età xierqa li minnha jista’ jibda jintuża l-prodott, filwaqt li jkunu ġew ikkunsidrati l-kompożizzjoni u l-konsistenza tiegħu jew proprjetajiet partikolari oħra. Għal kull prodott, l-età ddikjarata m’għandhiex tkun inqas minn dik ta’ erba’ xhur. Il-prodotti rakkomandati biex jibdew jintużaw mill-età ta’ erba’ xhur jistgħu jindikaw li dawn huma adattati minn dik l-età sakemm ma jkunx ingħata parir mod ieħor minn persuni indipendenti ikkwalifikati fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmaċija, jew minn professjonisti oħra responsabbli għall-kura materna u tat-tfal; |
(b) |
informazzjoni dwar il-preżenza jew l-assenza ta’ glutina jekk l-età indikata li minnha jista’ jibda jintuża l-prodott tkun taħt dik ta’ sitt xhur; |
(c) |
il-valur tal-enerġija disponibbli mfisser f’kJ u f’kcal, u l-kontenut ta’ proteina, karboidrati u l-kontenut lipidu, imfissra f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn jixraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum; |
(d) |
il-kwantità medja ta’ kull sustanza minerali ta’ kull vitamina irregolata b’livell speċifiku kif speċifikat fl-Anness I u l-Anness II rispettivament, imfissra f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn jixraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum; |
(e) |
l-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni xierqa, fejn ikun meħtieġ, u dikjarazzjoni dwar l-importanza li jiġu segwiti dawk l-istruzzjonijiet. |
2. It-tikketta jista’ jkollha:
(a) |
il-kwantità medja tan-nutrijenti stabbiliti fl-Anness IV meta dikjarazzjoni bħal din ma tkunx koperta bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(d), imfissra f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn jixraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum; |
(b) |
barra l-informazzjoni numerika, informazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali indikati fl-Anness V, imfissra bħala perċentwal tal-valuri ta’ referenza indikati f’dan, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ, u fejn jixraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum, sakemm il-kwantitajiet preżenti jkunu mill-inqas ugwali għal 15 % tal-valuri ta’ referenza. |
Artikolu 9
Id-Direttiva 96/5/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness VIII, il-Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri sabiex jittrasponu d-Direttivi fil-liġijiet nazzjonali tagħhom fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza fl-Anness IX.
Artikolu 10
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata għall-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA’ IKEL IPPROĊESSAT IBBAŻAT FUQ IĊ-ĊEREALI GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
Il-ħtiġiet dwar in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu mqiegħda fis-suq bħala tali jew ikkostitwiti mill-ġdid kif avżat mill-fabbrikant.
1. KONTENUT TA’ ĊEREALI
Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali huwa mħejji primarjament minn ċereali wieħed mitħun jew iktar u/jew minn prodotti b’għeruq li fihom il-lamtu.
L-ammont ta’ ċereali u/jew ta’ għerq li fih il-lamtu m’għandux ikun inqas minn 25 % tat-taħlita aħħarija fuq il-piż xott għall-bażi tal-piż.
2. PROTEINI
2.1. |
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(ii) u (iv), il-kontenut tal-proteini m’għandux jaqbeż il-1,3 g/100 kJ (5,5 g/100 kcal). |
2.2. |
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) (ii), il-proteini miżjuda m’għandhomx ikunu inqas minn 0,48 g/100 kJ (2 g/100 kcal). |
2.3. |
Għal gallettini msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) (iv), magħmulin biż-żieda ta’ ikel li fih ammont għoli ta’ proteini, u ppreżentati bħala tali, il-proteini miżjuda m’għandhomx ikunu inqas minn 0,36 g/100 kJ (1,5/100 kcal). |
2.4. |
L-indiċi kimiku tal-proteini miżjuda għandu jkun ugwali għallinqas għal 80 % ta’ dak tal-proteini ta’ referenza (kaseina kif definit fl-Anness III), jew il-proporzjon ta’ enerġija tal-proteini (PER) tal-proteini fit-taħlita għandu jkun ugwali għallinqas għal 70 % ta’ dak tal-proteini ta’ riferenza. Fil-każijiet kollha, iż-żjieda ta’ aċidi amminiċi hija permessa biss għall-għan li jittejjeb il-valur nutrittiv tat-taħlita tal-proteini, u fil-proporzjonijiet meħtieġa biss għal dak il-għan. |
3. KARBOIDRATI
3.1. |
Jekk jiġi miżjud is-sukrożju, il-fruttożju, il-glukożju, xiroppi tal-glukożju jew l-għasel mal-prodotti msemmija Fl-Artikolu 1(2)(a) (i) u (a) (iv):
|
3.2. |
Jekk jiġi miżjud is-sukrożju, il-fruttożju, il-glukożju, xiroppi tal-glukożju jew l-għasel mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) (ii):
|
4. LIPIDI
4.1. |
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) (i) u (a) (iv), il-kontenut lipidu m’għandux ikun aktar minn 0,8 g/100 kJ (3,3 g/100 kcal). |
4.2. |
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) (ii), il-kontenut lipidu m’għandux ikun aktar minn 1,1 g/100 kJ (4,5 g/100 kcal). Jekk il-kontenut lipidu jkun aktar minn 0,8 g/100 kJ (3,3 g/100 kcal):
|
5. MINERALI
5.1. Sodju
— |
il-melħ tas-sodju jista’ jiġi miżjud biss mal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għal għanijiet teknoloġiċi, |
— |
il-kontenut ta’ sodju fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali m’għandux ikun aktar minn 25 mg/100 kJ (100 mg/100 kcal). |
5.2. Kalċju
5.2.1. |
Għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) (a) (ii), l-ammont ta’ kalċju m’għandux ikun inqas minn 20 mg/100 kJ (80 mg/100 kcal). (a)(ii). |
5.2.2. |
Għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) (a) (iv), immanifatturati biż-żjieda ta’ ħalib (gallettini tal-ħalib) u ppreżentati bħala tali, l-ammont ta’ kalċju m’għandux ikun inqas minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal). |
6. VITAMINI
6.1. |
Għal ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali l-ammont ta’ tiamina m’għandux ikun inqas minn 25 μg/100 kJ (100 μg/100 kcal. |
6.2. |
Għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(ii):
Dawn il-limiti huma applikabbli wkoll jekk il-vitamini A u D jiġu miżjudin ma’ ikel ieħor ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali. |
7. LIMITI MASSIMI GĦALL-VITAMINI, IL-MINERALI U ELEMENTI TA’ TRAĊĊI, JEKK IKUNU MIŻJUDA
Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu, kummerċjalizzati bħala tali jew ikkostitwiti mill-ġdid kif indikat mill-fabbrikant, ħlief għall-potassju u l-kalċju li għal dawn ir-rekwiżiti jirreferu għall-prodott kif mibjugħ.
Nutrijent |
Massimu għal kull 100 kcal |
Vitamina A (μg RE) |
180 |
Vitamina E (mg α-TE) (12) |
3 |
Vitamina D (μg) |
3 |
Vitamina Ċ (mg) |
12,5/25 (13) |
Tiamina (mg) |
0,5 |
Riboflavin (mg) |
0,4 |
Niacin (mg NE) (14) |
4,5 |
Vitamina B6 (mg) |
0,35 |
Aċidu foliku (μg) |
50 |
Vitamina B12 (μg) |
0,35 |
Aċidu Pantoteniku (mg) |
1,5 |
Biotin (μg) |
10 |
Potassju (mg) |
160 |
Kalċju (mg) |
|
Manjeżju (mg) |
40 |
Ħadid (mg) |
3 |
Żingu (mg) |
2 |
Ram (μg) |
40 |
Jodju (μg) |
35 |
Manganiż (mg) |
0,6 |
ANNESS II
KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA’ IKEL TAT-TRABI GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
Il-ħtiġiet dwar in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu, mqiegħda fis-suq bħala tali jew kostitwiti mill-ġdid kif avżat mill-fabbrikant.
1. PROTEINI
1.1. |
Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini huma l-uniċi ingredjenti msemmija fl-isem tal-prodott, allura:
|
1.2. |
Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini, weħidhom jew ikkombinati, huma msemmija l-ewwel fl-isem tal-prodott, kemm jekk il-prodott jiġi ppreżentat bħala ikla kif ukoll jekk le, allura:
|
1.3. |
Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini, weħidhom jew ikkombinati jissemmew, imma mhux l-ewwel, fl-isem tal-prodott, kemm jekk il-prodott jiġi ppreżentat bħala ikla kif ukoll jekk le, allura:
|
1.4. |
Jekk il-ġobon jissemma flimkien ma’ ingredjenti oħra fl-isem ta’ xi prodott mhux ħelu, kemm jekk il-prodott huwa ppreżentat bħala ikla kif ukoll jekk le, allura:
|
1.5. |
Jekk il-prodott huwa nnominat fuq it-tikketta bħala ikla, imma ma jsemmix laħam, tajr, ħut, ġewwieni jew sorsi tradizzjonali oħra ta’ proteini fl-isem tal-prodott, il-proteini totali fil-prodott mis-sorsi kollha m’għandhomx ikunu inqas minn 0,7 g/100 kJ (3 g/100 kcal). |
1.6. |
Zlazi ppreżentati bħala żieda ma’ ikla huma eżenti mir-rekwiżiti tal-punti 1.1 sa 1.5, it-tnejn inklużi. |
1.7. |
Platti tal-ħelu li jsemmu prodotti tal-ħalib bħala l-ewwel jew l-uniku ingredjent fl-isem għandu jkollhom mhux anqas minn 2,2 g ta’ proteina tal-ħalib/100 kcal. Il-platti tal-ħelu kollha l-oħra huma eżenti mill-ħtiġiet f’1.1 sa 1.5. |
1.8. |
Iż-żieda ta’ aċidi amminiċi hija permessa biss għall-għan ta’ titjib tal-valur nutrittiv tal-proteini preżenti, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan. |
2. KARBOIDRATI
Il-kwantitajiet tal-karboidrati totali preżenti fil-meraq u n-nettari tal-frott u l-ħxejjex, fil-platti bi frott biss u f’deżerti jew pudini m’għandhomx jaqbżu:
— |
10 g/100 ml għal meraq tal-ħxejjex u xorb ibbażat fuqhom, |
— |
15 g/100 ml għal meraq u nettari tal-frott u xorb ibbażat fuqhom, |
— |
20 g/100 g għal platti bil-frott biss, |
— |
25 g/100 g għal deżerti u pudini, |
— |
5 g/100 g għal xorb ieħor li mhuwiex ibbażat fuq il-ħalib. |
3. XAĦAM
3.1. |
Għall-prodotti li hemm referenza għalihom fil-punt 1.1: Jekk il-laħam jew il-ġobon huma l-uniċi ingredjenti jew huma msemmija l-ewwel fl-isem ta’ prodott, ix-xaħam totali fil-prodott mis-sorsi kollha m’għandux jaqbeż il-1,4 g/100 kJ (6 g/100 kcal). |
3.2. |
Għall-prodotti l-oħra kollha, ix-xaħam totali fil-prodott mis-sorsi kollha m’għandux jaqbeż il-1,1 g/100 kJ (4,5 g/100 kcal). |
4. SODJU
4.1. |
Il-kontenut finali ta’ sodju fil-prodott għandu jkun jew mhux iktar minn 48 mg/100 kJ (200 mg/100 kcal) jew mhux iktar minn 200 mg għal kull 100 g. Madankollu jekk il-ġobon huwa l-uniku ingredjent imsemmi fl-isem tal-prodott, il-kontenut finali ta’ sodju fil-prodott m’għandux ikun iktar minn 70 mg/100 kJ (300 mg/100 kcal). |
4.2. |
Il-melħ tas-sodju m’għandux jiġi miżjud ma’ prodotti bbażati fuq il-frott, lanqas ma’ deżerti, pudini għajr għal għanijiet teknoloġiċi. |
5. VITAMINI
Il-vitamina Ċ
F’meraq tal-frott, nettaru tal-frott jew meraq tal-ħxejjex, il-kontenut finali tal-vitamina Ċ fil-prodott għandu jkun jew mhux inqas minn 6 mg/100 kJ (25 mg/100 kcal) jew mhux inqas minn 25 mg għal kull 100 g.
Il-vitamina A
F’meraq tal-ħxejjex, il-kontenut finali tal-vitamina A fil-prodott m’għandux ikun inqas minn 25 μg RE/100 kJ (100 μg Re/100 kcal).
Il-vitamina A m’għandhiex tiġi miżjuda ma’ ikel ieħor tat-trabi.
Il-vitamina D
Il-vitamina D m’għandhiex tiġi miżjuda ma’ ikel tat-trabi.
6. LIMITI MASSIMI GĦALL-VITAMINI, IL-MINERALI U ELEMENTI TA’ TRAĊĊI, JEKK IKUNU MIŻJUDA
Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu, kummerċjalizzati bħala tali jew ikkostitwiti mill-ġdid kif indikat mill-fabbrikant, ħlief għall-potassju u l-kalċju li għal dawn ir-rekwiżiti jirreferu għall-prodott kif mibjugħ.
Nutrijent |
Massimu għal kull per 100 kcal |
Vitamina A (μg RE) |
180 (17) |
Vitamina E (mg α-TE) |
3 |
Vitamina Ċ (mg) |
|
Tiamina (mg) |
0,25 |
Riboflavin (mg) |
0,4 |
Niacin (mg NE) |
4,5 |
Vitamina B6 (mg) |
0,35 |
Aċidu foliku (μg) |
50 |
Vitamina B12 (μg) |
0,35 |
Aċidu Pantoteniku (mg) |
1,5 |
Biotin (μg) |
10 |
Potassju (mg) |
160 |
Kalċju (mg) |
80 |
Manjeżju (mg) |
40 |
Ħadid (mg) |
3 |
Żingu (mg) |
2 |
Ram (μg) |
40 |
Jodju (μg) |
35 |
Manganiż (mg) |
0,6 |
ANNESS III
KOMPOŻIZZJONI TA’ AĊIDI AMMINIĊI TAL-KASEINA
(g għal kull 100 g ta’ proteina) |
|
Arginine |
3,7 |
Cystine |
0,3 |
Histidine |
2,9 |
Isoleucine |
5,4 |
Leucine |
9,5 |
Lysine |
8,1 |
Methionine |
2,8 |
Phenylalanine |
5,2 |
Threonine |
4,7 |
Tryptophan |
1,6 |
Tyrosine |
5,8 |
Valine |
6,7 |
ANNESS IV
SUSTANZI NUTRITTIVI
1. VITAMINI
Il-vitamina A
Retinol
Retinyl acetate
Retinyl palmitate
Beta carotene
Il-vitamina D
Il-vitamina D2 (= ergocalciferol)
Il-vitamina D3 (= cholecalciferol)
Il-vitamina B1
Tiamina hydrochloride
Tiamina mononitrate
Il-vitamina B2
Riboflavin
Riboflavin-5'-phosphate, sodium
Niacin
Nicotinamide
Aċidu Nikotiniku
Il-vitamina B6
Pyridoxine hydrochloride
Pyridoxine-5-phosphate
Pyridoxine dipalmitate
Aċidu Pantoteniku
D-pantothenate, kalċju
D-pantothenate, sodju
Dexpanthenol
Folate
Aċidu foliku
Il-vitamina B12
Cyanocobalamin
Hydroxocobalamin
Biotin
D-biotin
Il-vitamina Ċ
Aċidu L-assorbiku
Sodium L-ascorbate
Calcium L-ascorbate
6-palmityl-L-ascorbic acid (ascorbyl palmitate)
Potassium ascorbate
Il-vitamina K
Phylloquinone (Phytomenadione)
Il-vitamina E
D-alpha tocopherol
DL-alpha tocopherol
D-alpha tocopherol acetate
DL-alpha tocopherol acetate
2. AĊIDI AMMINIĊI
L-arginine L-cystine L-histidine L-isoleucine L-leucine L-lysine L-cysteine |
u l-idrokloridi tagħhom |
L-methionine
L-phenylalanine
L-threonine
L-tryptophan
L-tyrosine
L-valine
3. OĦRAJN
Kolin
Klorur tal-kolin
Ċitrat tal-kolin
Bitartarat tal-kolin
Inositol
L-carnitine
L-carnitine hydrochloride
4. MELĦ TA’ MINERALI U ELEMENTI TA’ TRAĊĊI
Kalċju
Karbonat tal-kalċju
Klorur tal-kalċju
Melħ tal-kalċju u aċidu ċitriku
Glukonat tal-kalċju
Calcium glycerophosphate
Calcium lactate
Ossidu tal-kalċju
Idrossidu tal-kalċju
Melħ tal-kalċju ta’ aċidu ortofosforiku
Manjeżju
Karbonat tal-manjeżju
Klorur tal-manjeżju
Melħ tal-manjeżju ta’ aċidu ċitriku
Glukonat tal-manjeżju
Ossidu tal-manjeżju
Idrossidu tal-manjeżju
Melħ tal-manjeżju ta’ aċidu ortofosforiku
Sulfat tal-manjeżju
Magnesium lactate
Magnesium glycerophosphate
Potassju
Klorur tal-potassju
Melħ tal-potassju ta’ aċidu ċitriku
Glukonat tal-potassju
Potassium lactate
Potassium glycerophosphate
Ħadid
Ċitrat tal-ħadid
Ferric ammonium citrate
Glukonat tal-ħadid
Ferrous lactate
Sulfat tal-ħadid
Fumarat tal-ħadid
Ferric diphosphate (ferric pyrophosphate)
Ħadid elementali (carbonyl + electrolytic + idroġenu-mnaqqas)
Ferric saccharate
Sodium ferric diphosphate
Karbonat tal-ħadid
Ram
Copper-lysine complex
Karbonat tar-ram
Ċitrat tar-ram
Glukonat tar-ram
Sulfat tar-ram
Żingu
Aċetat taż-żingu
Klorur taż-żingu
Ċitrat taż-żingu
Zinc lactate
Sulfat taż-żingu
Ossidu taż-żingu
Glukonat taż-żingu
Manganiż
Karbonat tal-manganiż
Klorur tal-manganiż
Ċitrat tal-manganiż
Glukonat tal-manganiż
Sulfat tal-manganiż
Manganese glycerophosphate
Jodju
Jodju tas-sodju
Jodju tal-potassju
Potassium iodate
Sodium iodate
ANNESS V
VALURI TA’ REFERENZA GĦALL-ITTIKKETTJAR NUTRITTIV GĦAL IKEL INTENZJONAT GĦAL TRABI U TFAL ŻGĦAR
Nutrijent |
Valur ta’ referenza tal-ittikkettjar |
Vitamina A |
(μg) 400 |
Vitamina D |
(μg) 10 |
Vitamina Ċ |
(mg) 25 |
Tiamina |
(mg) 0,5 |
Riboflavin |
(mg) 0,8 |
Ekwivalenti tan-Niacin |
(mg) 9 |
Vitamina B6 |
(mg) 0,7 |
Folate |
(μg) 100 |
Vitamina B12 |
(μg) 0,7 |
Kalċju |
(mg) 400 |
Ħadid |
(mg) 6 |
Żingu |
(mg) 4 |
Jodju |
(μg) 70 |
Silenju |
(μg) 10 |
Ram |
(mg) 0,4 |
ANNESS VI
LIVELLI MASSIMI SPEĊIFIĊI TA’ RESIDWI TA’ PESTIĊIDI JEW TA’ METABOLITI TAL-PESTIĊIDI F’IKEL IPPROĊESSAT IBBAŻAT FUQ IĊ-ĊEREALI U IKEL TAT-TRABI
Isem kimku tas-sustanza |
Livell massimu ta’ residwu (mg/kg) |
Cadusafos |
0,006 |
Demeton-S-methyl/demeton-S-methyl sulfone/oxydemeton-methyl (individwali jew ikkombinati, espressi bhala demeton-S-methyl) |
0,006 |
Ethoprophos |
0,008 |
Fipronil (it-total ta’ fipronil u fipronil-desulfinyl, espressi bħala fipronil) |
0,004 |
Propineb/propylenethiourea (it-total ta’ propineb u propylenethiourea) |
0,006 |
ANNESS VII
PESTIĊIDI LI M’GĦANDHOMX IKUNU UŻATI FIL-PRODUZZJONI AGRIKOLA INTIŻA GĦALL-PRODUZZJONI TA’ IKEL IPPROĊESSAT IBBAŻAT FUQ IĊ-ĊEREALI U IKEL TAT-TRABI
Tabella 1
L-isem kimiku tas-sustanza (definizzjoni tar-residwu)
Disulfoton (is-somma ta’ disulfoton, disulfoton sulfoxide u disulfoton sulfone espressi bħala disulfoton) |
Fensulfothion (it-total ta’ fensulfothion, l-analogu tal-ossiġnu tiegħu u s-sulfones tagħhom, espressi bħala fensulfothion) |
Fentin, espress bħala triphenyltin cation |
Haloxyfop (is-somma ta’ haloxyfop, il-melħ u l-esters tagħha inklużi l-conjugates, espressi bħala haloxyfop) |
Heptachlor u trans-heptachlor epoxide, espressi bħala heptachlor |
Hexachlorobenzene |
Nitrofen |
Omethoate |
Terbufos (is-somma ta’ terbufos, is-sulfossidu u sulfone tagħha, espressi bħala terbufos) |
Tabella 2
L-isem kimiku tas-sustanza
Aldrin u dieldrin, espressi bħala dieldrin |
Endrin |
ANNESS VIII
PARTI A
Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 9)
Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 98/36/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/39/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2003/13/KE |
PARTI B
Dati ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 9)
Direttiva |
Data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni |
Awtorizzizzjoni għall-kummerċ ta’ prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva |
Projbizzjoni għall-kummerċ ta’ prodotti li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva |
96/5/KE |
30 ta’ Settembru 1997 |
1 ta’ Ottubru 1997 |
31 ta’ Marzu 1999 |
98/36/KE |
31 ta’ Diċembru 1998 |
1 ta’ Jannar 1999 |
1 ta’ Jannar 2000 |
1999/39/KE |
30 ta’ Ġunju 2000 |
30 ta’ Ġunju 2000 |
1 ta’ Lulju 2002 |
2003/13/KE |
6 ta’ Marzu 2004 |
6 ta’ Marzu 2004 |
6 ta’ Marzu 2005 |
ANNESS IX
TABELLA TA’ KORRISPONDENZA
Direttiva 96/5/KE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1(1), (2) u (3) |
L-Artikolu 1(1), (2) u (3) |
L-Artikolu 1(4), frażi introduttorja |
L-Artikolu 2, frażi introduttorja |
L-Artikolu 1(4), l-ewwel inċiż |
L-Artikolu 2(a) |
L-Artikolu 1(4), it-tieni inċiż |
L-Artikolu 2(b) |
L-Artikolu 1(4), it-tielet inċiż |
L-Artikolu 2(c) |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 6(1) |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 7(4) |
L-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 7(2) it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 6(3)(a), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja |
L-Artikolu 7(3), frażi introduttorja |
L-Artikolu 6(3)(a), l-ewwel subparagrafu, (i) |
L-Artikolu 7(3)(a) |
L-Artikolu 6(3)(a), l-ewwel subparagrafu, (ii) |
L-Artikolu 7(3)(b) |
L-Artikolu 6(3)(a), it-tieni subparagafu |
L-Artikolu 7(4) |
L-Artikolu 6(3)(b) |
L-Artikolu 7(5) |
L-Artikolu 6(4) |
L-Artikolu 7(6) |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 8 |
— |
— |
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 11 |
Anness I, frażi introduttorja |
Anness I, frażi introduttorja |
Anness I, il-punti 1, 2 u 3 |
Anness I, il-punti 1, 2 u 3 |
Anness I, il-punt 4 |
Anness I, il-punt 4 |
Anness I, il-punt 4.1 |
Anness I, il-punt 4.1 |
Anness I, il-punt 4.2 |
Anness I, il-punt 4.2 |
Anness I, il-punt 4.2(a) |
Anness I, il-punt 4.2, l-ewwel inċiż |
Anness I, il-punt 4.2(b) |
Anness I, il-punt 4.2, it-tieni inċiż |
Anness I, il-punt 4.2(c) |
Anness I, il-punt 4.2, it-tielet inċiż |
Anness I, il-punti 5 u 6 |
Anness I, il-punti 5 u 6 |
Anness II, frażi introduttorja |
Anness II, frażi introduttorja |
Anness II, il-punt 1 |
Anness II, il-punt 1 |
Anness II, il-punti 1.1-1.3 |
Anness II, il-punti 1.1-1.3 |
Anness II, il-punt 1.3a |
Anness II, il-punt 1.4 |
Anness II, il-punt 1.4 |
Annes II, il-punt 1.5 |
Anness II, il-punt 1.4a |
Anness II, il-punt 1.6 |
Anness II, il-punt 1.4b |
Anness II, il-punt 1.7 |
Anness II, il-punt 1.5 |
Anness II, il-punt 1.8 |
Anness II, il-punti 2 sa 5 |
Anness II, il-punti 2 sa 5 |
Anness III |
Anness III |
Anness IV |
Anness IV |
Anness V |
Anness V |
Anness VI |
Anness I, il-punt 7, u l-Anness II, il-punt 6 |
Anness VII |
Anness VI |
Anness VIII |
Anness VII |
— |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
(1) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 49, 28.2.1996, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33).
(3) Ara l-Anness VIII, Parti A.
(4) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Din id-Direttiva ġiet irrevokata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(5) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Din id-Direttiva ġiet irrevokata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(6) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Din id-Direttiva ġiet irrevokata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(7) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Din id-Direttiva ġiet irrevokata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(8) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(9) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).
(10) RE = kollha ekwivalenti ta’ trans retinol.
(11) Fil-forma ta’ cholecalciferol, li minnu 10 μg = 400 i.u. ta’ vitamina D.
(12) α-TE = ekwivalenti ta’ d-α-tocopherol.
(13) Limitu li japplika għall-prodotti msaħħa bil-ħadid.
(14) NE = Ekwivalenti ta’ Niacin = mg aċidu nicotinic + mg tryptophan/60.
(15) Limitu li japplika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(i) u (ii).
(16) Limitu li japplika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(i) u (ii).
(17) Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.
(18) Limitu li japplika għall-prodotti msaħħa bil-ħadid.
(19) Limitu li japplika għal platti bbażati fuq il-frott, meraq tal-frott, nettari u meraq tal-ħxejjex.