This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0111R(01)
2006/111/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas- 16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
2006/111/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas- 16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
JO L 84M du 31.3.2009, p. 555–563
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/111/corrigendum/2009-03-31/oj
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/555 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE għandha taqra:
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/111/KE
tas-16 ta' Novembru 2006
dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kkodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 86(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (1) ġiet emendata b'mod sostanzjali bosta drabi (2). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
L-impriżi pubbliċi għandhom rwol sostanzjali fl-ekonomija nazzjonali tal-Istati Membri. |
(3) |
L-Istati Membri spiss jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi lil impriżi partikolari jew iħallsu jew jagħtu xi tip ieħor ta’ kumpens lil impriżi partikolari li huma fdati bit-tħaddim ta' servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Dawn l-impriżi huma wkoll ta' spiss f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra. |
(4) |
L-Artikolu 295 tat-Trattat jipprovdi li t-Trattat ma għandu bl-ebda mod jippreġudika r-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema ta’ sjieda ta’ proprjetà. Ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn l-impriżi pubbliċi u privati fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni. Din id-Direttiva għandha tapplika kemm għall-impriżi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati. |
(5) |
It-Trattat jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri ma jagħtux lill-impriżi, kemm pubbliċi kif ukoll privati, għajnuna mhux kompatibbli mas-suq komuni. |
(6) |
Madankollu, il-komplessità tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-impriżi pubbliċi għandhom tendenza li jfixklu l-qadi ta' dan id-dmir. |
(7) |
Applikazzjoni imparzjali u effettiva tar-regoli ta' għajnuna fit-Trattat kemm lill-impriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati tkun possibbli biss jekk dawn ir-relazzjonijiet finanzjarji jsiru trasparenti. |
(8) |
Trasparenza bħal din applikata lil impriżi pubbliċi għandha tgħin biex issir distinzjoni ċara bejn ir-rwol tal-Istat bħala awtorità pubblika u r-rwol tiegħu bħala proprjetarju. |
(9) |
L-Artikolu 86(1) tat-Trattat jimponi obbligi fuq l-Istati Membri fil-każ tal-impriżi pubbliċi u dawk l-impriżi li l-Istati Membri jagħtuhom drittijiet speċjali jew esklużivi. L-Artikolu 86(2) tat-Trattat japplika għall-impriżi li ġew fdati biex iħaddmu s-servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku. L-Artikolu 86(3) tat-Trattat jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u jipprovdiha bil-mezzi meħtieġa għal dan il-għan. Biex tiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86 tat-Trattat il-Kummissjoni jrid jkollha t-tagħrif meħtieġ. Dan ifisser li jiġu ddefiniti l-kondizzjonijiet biex tiġi żgurata t-trasparenza. |
(10) |
Billi għandu jkun ċar x'jinftiehem bil-kliem “awtoritajiet pubbliċi” u “impriżi pubbliċi”. |
(11) |
L-Istati Membri għandhom strutturi territorjali amministrattivi differenti. Din id-Direttiva għandha tkopri lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha f’kull Stat Membru. |
(12) |
L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jkollhom influwenza dominanti fuq l-aġir tal-impriżi pubbliċi mhux biss fejn huma proprjetarji jew ikollhom maġġoranza ta' ishma iżda wkoll bis-saħħa tas-setgħat li għandhom f'korpi ta' maniġment jew sorveljanza bħala riżultat jew tar-regoli li jirregolaw l-impriża jew tal-mod kif l-ishma huma mqassma. |
(13) |
Id-disponibilità ta' fondi pubbliċi lill-impriżi pubbliċi tista' ssir kemm b'mod dirett kif ukoll indirett. It-trasparenza trid tinkiseb irrispettivament minn kif tkun magħmula d-disponibilità tal-fondi pubbliċi. Jista' wkoll ikun meħtieġ li jiġi żgurat li tagħrif xieraq ikun disponibbli rigward ir-raġunijiet ta' din id-disponibilità ta' fondi pubbliċi u l-użu effettiv tagħhom. |
(14) |
Sitwazzjonijiet komplessi marbuta mal-forom diversi ta’ impriżi pubbliċi u privati li ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi jew li ġew fdati bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif ukoll il-medda ta’ attivitajiet li jistgħu jitwettqu minn impriża waħda u l-livelli differenti ta' liberalizzazzjoni tas-suq fl-Istati Membri varji jistgħu jikkumplikaw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni, u partikolarment l-Artikolu 86 tat-Trattat. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom tagħrif fid-dettal dwar l-istruttura interna u finanzjarja u organizzattiva ta’ dawn l-impriżi, partikolarment kontijiet separati u ta’ min joqgħod fuqhom marbuta ma’ attivitajiet differenti mwettqa mill-istess impriża. |
(15) |
Il-kontijiet għandhom juru d-distinzjoni bejn attivitajiet differenti, l-ispejjeż u d-dħul marbuta ma’ kull attività u l-metodi ta’ assenjazzjoni u allokazzjoni ta' spejjeż u dħul. Dawn il-kontijiet separati għandhom ikunu disponibbli, min-naħa l-waħda, rigward prodotti u servizzi li għalihom l-Istat Membru ta dritt speċjali jew esklużiv jew feda l-impriża bit-tħaddim ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għal kull prodott jew servizz ieħor li fihom hija attiva l-impriża. L-obbligu ta’ kontijiet separati ma għandux japplika għal impriżi li l-attivitajiet tagħhom huma limitati għal provvista ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u li ma jagħmlux attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu ta’ dawn is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Ma jidhirx li huwa meħtieġ li jintalbu kontijiet separati fil-qasam ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew fil-qasam ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, peress li dan mhux meħtieġ għall-allokazzjoni ta' spejjeż u dħul bejn dawn is-servizzi u prodotti u dawk li jaqgħu barra s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew id-drittijiet speċjali jew esklużivi. |
(16) |
Li teħtieġ mill-Istati Membri li jiżguraw li l-impriżi rilevanti jżommu dawn il-kontijiet separati huwa l-aktar mod effiċjenti li bih tista’ tiġi żgurata applikazzjoni imparzjali u effettiva tar-regoli ta' kompetizzjoni għal dawn l-impriżi. Fl-1996 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa (3), li kienet issupplementata minn Komunikazzjoni oħra fl-2001 (4), li fiha enfasizzat l-importanza ta' dawn is-servizzi. Jeħtieġ li titqies l-importanza tas-setturi kkonċernati, li jistgħu jinvolvu servizzi ta’ interess ġenerali, il-pożizzjoni ta' saħħa fis-suq li l-impriżi rilevanti jista’ jkollhom u l-vulnerabbiltà tal-kompetizzjoni l-ġdida fis-setturi li qegħdin jiġu liberalizzati. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità jeħtieġ u huwa xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku ta’ trasparenza li jiġu stabbiliti regoli dwar dawn il-kontijiet separati. Din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imfittxija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat. |
(17) |
F’ċerti setturi dispożizzjonijiet adottati mill-Komunità jitolbu li l-Istati Membri u ċerti impriżi jżommu kontijiet separati. Jeħtieġ li jiġi żgurat l-istess trattament għal kulħadd fil-Komunità kollha u li jiġi estiż ir-rekwiżit li jinżammu kontijiet separati għas-sitwazzjonijiet kollha komparabbli. Din id-Direttiva ma għandhiex temenda regoli speċifiċi stabbiliti għall-istess skop f’dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità u ma tapplikax għal attivitajiet ta’ impriżi koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. |
(18) |
Ċerti impriżi għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bis-saħħa tad-daqs tal-fatturat tagħhom. Dan japplika għal dawk l-impriżi pubbliċi li n-negozju tagħhom jitmexxa fuq skala li ma tiġġustifikax piż amministrattiv biex tiġi żgurata t-trasparenza. Minħabba l-potenzal limitat biex ikun hemm effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, mhux meħtieġ, għalissa, li jintalbu kontijiet separati rigward id-disponibilità ta’ ċerti kategoriji ta’ servizzi. |
(19) |
Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat, l-aktar l-Artikoli 86(2), 88 u 296, u għal kwalunkwe regola oħra li tikkonċerna l-provvista ta' tagħrif mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
(20) |
F’każijiet fejn il-kumpens għat-twettiq ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali ġie ffissat għal perjodu xieraq wara proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja ma jidhirx li jeħtieġ li dawn l-impriżi jintalbu li jżommu kontijiet separati. |
(21) |
Billi l-impriżi kkonċernati qegħdin f'kompetizzjoni ma' impriżi oħra, l-informazzjoni miksuba għandha taqa' taħt l-obbligu tas-sigriet professjonali. |
(22) |
Sistema ta' rapporti bbażata fuq ispezzjonijiet ex post facto tal-finanzi li jgħaddu bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi pubbliċi li jaħdmu fis-settur tal-manifattura tgħin lill-Kummissjoni biex twettaq l-obbligi tagħha. Din is-sistema ta' kontroll trid tkopri informazzjoni finanzjarja speċifika. |
(23) |
Biex il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri jkun limitat, is-sistema ta' rapporti għandha tagħmel użu kemm minn informazzjoni disponibbli pubblikament kif ukoll minn informazzjoni disponibbli għall-azzjonisti ta' maġġoranza. It-tressiq ta' rapporti kkonsolidati għandu jkun permess. Għajnuna mhux kompatibbli lill-impriżi ewlenin li joperaw fis-settur tal-manifattura jkollha l-ikbar effett ta' tgħawwiġ fuq il-kompetizzjoni fis-suq komuni. Għalhekk, sistema ta' rapportar bħal din tista' bħalissa tkun limitata għal impriżi b'fatturat annwali ta' aktar minn EUR 250 miljun. |
(24) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi pubbliċi huma trasparenti kif ipprovdut f’din id-Direttiva, biex joħroġ ċar dan li ġej:
(a) |
fondi pubbliċi magħmula disponibbli b'mod dirett mill-awtoritajiet pubbliċi lill-impriżi pubbliċi kkonċernati; |
(b) |
fondi pubbliċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-medjazzjoni ta' impriżi pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji; |
(c) |
l-użu proprju ta' dawn il-fondi pubbliċi. |
2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istruttura finanzjarja u organizzattiva ta’ kull impriża li hija meħtieġa li żżomm kontijiet separati tkun riflessa b'mod korrett fil-kontijiet separati, biex joħroġ ċar dan li ġej:
(a) |
l-ispejjeż u d-dħul marbut ma' attivitajiet differenti |
(b) |
dettalji sħaħ dwar il-metodi li bihom huma assenjati jew allokati spejjeż u dħul lill-attivitajiet differenti. |
Artikolu 2
Għall-fini ta' din id-Direttiva:
(a) |
“awtoritajiet pubbliċi” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha, inklużi l-Istat u l-awtoritajiet reġjonali, lokali u territorjali l-oħra kollha; |
(b) |
“impriżi pubbliċi” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-pussess li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha; Jitqies li hemm influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament fil-konfront tal-impriża:
|
(c) |
“impriżi pubbliċi li joperaw fis-settur tal-manifattura” tfisser kull impriża li l-qasam ewlieni ta' attività tagħha, iddefinit li huwa mill-inqas 50 % tal-fatturat totali annwali, huwa fil-manifattura. Dawn l-impriżi huma dawk li l-operat tagħhom jaqa’ taħt it-Taqsima D — Manifattura, li hija s-sottotaqsima DA sas-sottotaqsima DN, din inkluża, tal-klassifika tan-NACE (Rev. 1) (5); |
(d) |
“impriża mitluba żżomm kontijiet separati” tfisser kull impriża li tgawdi minn dritt speċjali jew esklużiv mogħti minn Stat Membru skont l-Artikolu 86(1) tat-Trattat, jew fdata bit-tħaddim ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skond l-Artikolu 86(2) tat-Trattat, li tirċievi kumpens ta' servizz pubbliku fi kwalunkwe forma fir-rigward ta' dan is-servizz u li twettaq attivitajiet oħra; |
(e) |
“attivitajiet differenti” tfisser, min-naħa l-waħda, il-prodotti u s-servizzi kollha li fir-rigward tagħhom jingħata dritt speċjali jew esklużiv lil impriża jew lis-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kollha li ġew fdati b'impriża u, min-naħa l-oħra, kull prodott jew servizz ieħor separat li fir-rigward tiegħu l-impriża hija attiva; |
(f) |
“drittijiet esklużivi” tfisser drittijiet mogħtija minn Stat Membru lil impriża waħda b’kull strument leġiżlattiv, regolatorju jew amministrattiv, u li jirriżervalha d-dritt li tipprovdi servizz jew twettaq attività f’erja ġeografika partikolari; |
(g) |
“drittijiet speċjali” tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, bi kwalunkwe strument leġiżlattiv, regolatorju jew amministrativ, li, f'ċerta erja ġeografika partikolari:
|
Artikolu 3
It-trasparenza li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) għandha tgħodd partikolarment għall-aspetti ta' relazzjonijiet finanzjarji li ġejjin bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi pubbliċi:
(a) |
il-fidi ta' telf mill-operat; |
(b) |
il-provvista tal-kapital; |
(ċ) |
għotjiet li ma jitħallsux lura, jew self b'kundizzjonijiet ta' privileġġ; |
(d) |
l-għoti ta' vantaġġi finanzjarji permezz ta' profitti ċeduti jew l-irkupru ta' ammonti dovuti; |
(e) |
ir-rinunzja ta' qligħ normali fuq fondi pubbliċi użati; |
(f) |
kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi. |
Artikolu 4
1. Biex jiżguraw it-trasparenza msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għal kull impriża meħtieġa li żżomm kontijiet separati:
(a) |
il-kontijiet interni li jikkorrispondu ma’ attivitajiet differenti huma separati; |
(b) |
l-ispejjeż kollha u d-dħul huma assenjati jew allokati kif suppost fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabilità ta' kosti applikati b'mod konsistenti u ġustifikabbli b'mod oġġettiv; |
(ċ) |
il-prinċipji ta' kontabilità ta' kosti li fuqhom il-kontijiet separati jinżammu huma stabbiliti b'mod ċar. |
2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss għal attivitajiet li mhumiex koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Komunità u ma għandhom jaffettwaw ebda obbligu ta' Stati Membri jew impriżi li joħroġ mit-Trattat jew minn dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 5
1. Sa fejn hija kkonċernata t-trasparenza msemmija fl-Artikolu 1(1), din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u:
(a) |
impriżi pubbliċi, rigward servizzi li l-provvista tagħhom x'aktarx li ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri b’livell sinifikanti; |
(b) |
banek ċentrali; |
(c) |
istituzzjonijiet pubbliċi ta' kreditu, rigward depożiti ta’ fondi pubbliċi ddepożitati mill-awtoritajiet pubbliċi b'kundizzjonijiet ta’ kummerċ normali; |
(d) |
impriżi pubbliċi li l-fatturat nett annwali tagħhom tul il-perjodu tas-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha l-fondi msemmija fl-Artikolu 1(1) jsiru disponibbli jew jintużaw kien inqas minn EUR 40 miljun. Madankollu, għal istituzzjonijiet pubbliċi ta' kreditu, il-limitu korrispondenti għandu jkun total fil-karta tal-bilanċ ta’ EUR 800 miljun. |
2. Sa fejn għandha x'taqsam it-trasparenza msemmija fl-Artikolu 1(2), din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:
(a) |
għal impriżi pubbliċi, rigward servizzi li l-provvista tagħhom x'aktarx li ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri b’livell sinifikanti; |
(b) |
għal impriżi li l-fatturat annwali nett totali tagħhom tul il-perjodu tas-sentejn finanzjarji ta’ qabel kwalunkwe sena partikolari li fiha impriża tgawdi minn dritt speċjali jew esklużiv mogħti minn Stat Membru skont l-Artikolu 86(1) tat-Trattat, jew li fiha tiġi fdata bit-tħaddim ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 86(2) tat-Trattat huwa inqas minn EUR 40 miljun; iżda, għal istituzzjonijiet pubbliċi ta' kreditu l-livell korrispondenti għandu jkun total fil-karta tal-bilanċ ta' EUR 800 miljun; |
(c) |
għal impriżi li ġew fdati bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 86(2) tat-Trattat jekk il-kumpens li jirċievu, tkun kif tkun il-forma, ġie ffissat għal perjodu xieraq wara proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. |
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandha x'taqsam mar-relazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1(1) tinżamm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha l-fondi pubbliċi jkunu saru disponibbli lill-impriżi pubbliċi kkonċernati. Mandankollu, billi l-istess fondi jintużaw matul sena finanzjarja aktar 'il quddiem, il-limitu ta' żmien ta' ħames snin għandu jibda jgħodd mill-aħħar ta' dik is-sena finanzjarja.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-istruttura finanzjarja u organizzattiva msemmija fl-Artikolu 1(2) tinżamm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja li għaliha l-informazzjoni tirreferi.
3. L-Istati Membri għandhom, fejn il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li titlob hekk, jipprovdulha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, flimkien ma’ kull informazzjoni ta' sfond meħtieġa, u l-aktar l-għanijiet imfittxija.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela din l-informazzjoni mogħtija lilha skont l-Artikolu 6(3) minħabba li hija ta' xorta koperta bl-obbligu ta' sigriet professjonali.
L-ewwel paragrafu ma għandux iżomm il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni jew stħarriġ ġenerali li ma jkunx fiha informazzjoni marbuta ma' impriża pubblika partikolari li għaliha tapplika din id-Direttiva.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri li l-impriżi pubbliċi tagħhom joperaw fis-settur tal-manifattura għandhom jipprovdu l-informazzjoni finanzjarja kif stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 lill-Kummissjoni fuq bażi annwali skont l-iskeda ta' żmien li tinsab fil-paragrafu 5.
2. L-informazzjoni finanzjarja meħtieġa għal kull impriża pubblika li topera fis-settur tal-manifattura u skont il-paragrafu 4 għandha tkun ir-rapport annwali u l-kontijiet annwali, skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (6). Il-kontijiet annwali u r-rapport annwali jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont ta' qligħ/telf, noti ta' spjegazzjoni, flimkien ma' prinċipji ta' kontabilità, stqarrijiet minn diretturi, rapporti segmentali u ta' attività. Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti avviżi ta' laqgħat tal-azzjonisti u informazzjoni oħra rilevanti.
Ir-rapporti meħtieġa għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull impriża pubblika individwali, kif ukoll għall-kumpanija li għandha azzjonijiet jew sub-azzjonijiet li tikkonsolida għadd ta' impriżi pubbliċi sa fejn il-bejgħ konsolidat tal-kumpanija li għandha azzjonijiet jew sub-azzjonijiet iwassal biex tiġi kklassifikata bħala “manifattura”.
3. Id-dettalji li ġejjin, sa fejn mhumiex żvelati fir-rapport annwali u l-kontijiet annwali ta' kull impriża pubblika, għandhom jiġu pprovduti flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2:
(a) |
il-provvista ta' kwalunkwe fond ta' kapital azzjonarju jew kważi-kapital li jixbaħ fin-natura lill-ekwità, filwaqt li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta' provvista tiegħu jew tagħhom (kemm jekk azzjonijiet ordinarji, privileġġati, differiti kif ukoll azzjonijiet konvertibbli u rati ta' mgħax; id-drittjiet ta' dividendi jew ta' konverżjoni marbutin magħhom); |
(b) |
għotjiet li ma jitħallsux lura, jew għotjiet li jitħallsu lura biss f'ċerti ċirkostanzi; |
(c) |
l-għoti lill-impriża ta' xi self, inkluż self korrenti jew self bil-quddiem fuq injezzjonijiet ta' kapital, bi speċifikazzjoni ta' rati ta' mgħax u l-kundizzjonijiet tas-self u l-garanzija fuqu, jekk ikun hemm, mogħtija lil min jislef mill-impriża li tirċievi s-self; |
(d) |
garanziji mogħtija lill-impriża mill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward ta' finanzjament ta' self (filwaqt li jiġu speċifikati kundizzjonijiet u xi drittijiet imħallsa mill-impriżi għal dawn il-garanziji); |
(e) |
dividendi mħallsa u qligħ miżmum; |
(f) |
kull forma oħra ta' intervent mill-Istat, b'mod partikolari, il-maħfra ta' dejn lejn l-Istat minn impriża pubblika, inklużi inter alia l-pagament ta' self, għotjiet, pagament ta' taxxi tal-kumpanija jew soċjali jew kwalunkwe dritt simili. |
Il-kapital azzjonarju msemmi fi (a) għandu jinkludi kapital azzjonarju mogħti dirett mill-Istat u kull kapital azzjonarju aċċettat mogħti minn kumpanija pubblika jew impriża pubblika oħra, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji, kemm ġewwa kif ukoll barra l-istess grupp, lil impriża pubblika partikolari. Ir-relazzjoni bejn min qed jipprovdi l-finanzjament u min qed jirċevih għandha dejjem tkun speċifikata.
4. L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi pprovduta għall-impriżi pubbliċi kollha li l-fatturat tagħhom għall-aktar sena finanzjarja reċenti kien iktar minn EUR 250 miljun.
L-informazzjoni meħtieġa hawn fuq għandha tiġi pprovduta separatament għal kull impriża pubblika, inklużi dawk li jinsabu fi Stati Membri oħra, u għandha tinkludi, fejn xieraq, dettalji ta' kull tranżazzjoni intra- jew inter-grupp bejn impriżi pubbliċi differenti, kif ukoll tranżazzjonijiet magħmula direttament bejn l-impriżi pubbliċi u l-Istat.
Ċerti impriżi pubbliċi jifirxu l-attivitajiet tagħhom f'għadd ta' impriżi legalment distinti. Għal dawn l-impriżi l-Kummissjoni lesta taċċetta rapport konsolidat wieħed. Il-konsolidazzjoni għandha tirrifletti r-realtà ekonomika ta' grupp ta' impriżi li joperaw fl-istess settur jew f'setturi marbuta mill-qrib. Rapporti konsolidati minn kumpaniji differenti u purament finanzjarji ma jkunux biżżejjed.
5. L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.
L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data ta' pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-impriża pubblika kkonċernata. F'kull każ, u speċifikament għal impriżi li ma jippubblikawx rapport annwali, l-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża.
6. Biex issir stima tal-għadd ta' kumpaniji li jaqgħu taħt din is-sistema ta' rapporti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista tal-kumpaniji koperti minn dan l-Artikolu u l-fatturat tagħhom. Din il-lista trid tiġi aġġornata sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.
7. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'kull informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa biex tagħmel stima kompluta tad-dejta mibgħuta.
Artikolu 9
Il-Kummissjoni għandha regolarment tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati tat-tħaddim ta' din id-Direttiva.
Artikolu 10
Id-Direttiva 80/723/KEE, kif emendata bid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A hija revokata, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 11
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2006.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 16 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
PARTI A
DIRETTIVA REVOKATA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(imsemmija fl-Artikolu 10)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 85/413/KEE |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/84/KEE |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE |
PARTI B
LISTA TA' SKADENZI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(imsemmija fl-Artikolu 10)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
80/723/KEE |
Il-31 ta' Diċembru 1981 |
85/413/KEE |
L-1 ta' Jannar 1986 |
93/84/KEE |
L-1 ta' Novembru 1993 |
2000/52/EC |
Il-31 ta' Lulju 2001 |
2005/81/EC |
Id-19 ta’ Diċembru 2006 |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 80/723/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1), sentenza tal-bidu |
Artikolu 2, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(1) punt (a) |
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 2(1), punt (b) |
Artikolu 2, punt (b), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1), punti (c) sa (f) |
Artikolu 2, punti (c) sa (f) |
Artikolu 2(1), punt (g), kliem tal-bidu |
Artikolu 2, punt (g), kliem tal-bidu |
Artikolu 2(1) punt (g), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2, punt (g)(i) |
Artikolu 2(1), punt (g), it-tieni inċiż |
Artikolu 2, punt (g)(ii) |
Artikolu 2(1), punt (g), it-tielet inċiż |
Artikolu 2, punt (g)(iii) |
Artikolu 2(2), sentenza tal-bidu |
Artikolu 2, punt (b) t-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(2) punt (a) |
Artikolu 2, punt (b) it-tieni subparagrafu, punt (i) |
Artikolu 2(2), punt (b) |
Artikolu 2, punt (b), it-tieni subparagrafu, punt (ii) |
Artikolu 2(2), punt (c) |
Artikolu 2, punt (b), it-tieni subparagrafu, punt (iii) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3a |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5a(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 5a(2), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5a(2), l-ewwel subparagrafu, punt (i) |
L-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (ii) |
L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (iii) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (iv) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (v) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (vi) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (e) |
Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu, punt (vii) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, punt (f) |
Artikolu 5a(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5a(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5a(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi |
Artikolu 5a(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza |
Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 5a(3), it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza |
Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(a)(3), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 8(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5a(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5a(4) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5a(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 5a(5) |
— |
Artikolu 5a(6) |
Artikolu 8(7) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 7, it-tieni paragrafu |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
— |
— |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
(1) ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/81/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 47).
(2) Ara l-Anness I, Parti A.
(3) ĠU C 281, 26.9.1996, p. 3.
(6) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.