This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0717R(01)
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190 tat-28 ta’ Ġunju 2014)
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190 tat-28 ta’ Ġunju 2014)
C/2021/7895
JO L 389 du 4.11.2021, p. 23–23
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/717/corrigendum/2021-11-04/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrigendum to | 32014R0717 | (MT) |
4.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 389/23 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190 tat-28 ta’ Ġunju 2014 )
F’paġna 47, fil-premessa 16, it-tieni u t-tielet sentenza:
minflok:
“Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuna mogħtija mhux f’forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jiġu konvertiti fl-ekwivalenti ta’ għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet u ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ l-użu ta’ rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”,
aqra:
“Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuna mogħtija mhux f’forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jiġu konvertiti fl-ekwivalenti tal-għotja gross. Il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna ħlief għotjiet u ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ l-użu ta’ rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”.
F’paġna 48, il-premessa 21:
minflok:
“(21) |
Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju twassalx għal forma ta’ investiment ta’ ekwità jew kważi ekwità li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tkun koperta fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”, |
aqra:
“(21) |
Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżura ta’ finanzjament ta’ riskju li tieħu l-forma ta’ investiment ta’ ekwità jew kważi ekwità twassalx għal ekwivalenti tal-għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”. |
F’paġna 52, fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza:
minflok:
“Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, għandu jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,
aqra:
“Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, għandu jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala ekwivalenti tal-għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.