Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2119R(01)

    2119/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 tat- 22 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    EUVL L 76M, 24.3.2009, p. 146–147 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2119/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/146


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2119/2005

    tat-22 ta' Diċembru 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew rigward ċerti prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 3a(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2958/93 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrikoli għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u, permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-ammont tal-għajnuna għal dan il-forniment.

    (2)

    Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 (3) jistabbilixxi it-tbassir tal-bilanċ tal-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef.

    (3)

    Il-bilanċ imbassar tal-forniment għandu wkoll ikun stabbilit għall-2006.

    (4)

    Ir-Reġolament (KE) Nru 3175/94 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tal-kumitati ta' ġestjoni relevanti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3175/94 jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    “ANNESS

    Tbassir tal-bilanċ tal-forniment għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew għall-prodotti taċ-ċereali u l-għalf niexef għall-2006

    (f'tunnellati)

    Il-kwantità

    2006

    Prodotti taċ-ċereali u għalf imnixxef li joriġinaw mill-Komunità Ewropea

    Kodiċi NM

    Gżejjer li jappartjenu lill-gupp A

    Gżejjer li jappartjenu lill-gupp B

    Cereali tal-qamħ

    1001, 1002, 1003, 1004 u 1005

    9 500

    74 000

    Ix-xgħir ta' oriġini minn Limnos

    1003

    3 000

    Dqiq tal-qamħ

    1101 u 1102

    10 000

    31 000

    Fdalijiet u skart mill-industrija tal-ikel

    2302 sa 2308

    9 000

    55 000

    Preparazzjonijiet tat-tip li jintużaw għall-għalf tal-annimali

    2309 20

    2 000

    19 500

    Xnien u għalf deidradat għal tnixxif artifiċjali, permezz tat-tisħin jew mezzi oħra

    1214 10 00

    1214 90 91

    1214 90 99

    3 000

    8 000

    Żerriegħa tal-qoton

    1207 20 90

    500

    500

    Total tal-grupp

    34 000

    188 000

    Total

    225 000

    Il-gruppi A u B huma definiti fl-Annessi I u II, tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93.”


    (1)  ĠU L 184, 27.7.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 267, 28.10.1993, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1820/2002 ĠU L 276, 12.10.2002, p. 22).

    (3)  ĠU L 335, 23.12.1994, p. 54. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 53/2005 (ĠU L 13, 15.1.2005, p. 3).


    Top