Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01986L0560-19861121

    Consolidated text: It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas- 17 ta' Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (86/560/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/560/1986-11-21

    01986L0560 — MT — 21.11.1986 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ►C1  IT-TLETTAX-IL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Novembru 1986

    dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità ◄

    (86/560/KEE)

    (ĠU L 326 21.11.1986, p. 40)


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 202, 9.8.2018, p.  13  (1986/560)




    ▼B

    ▼C1

    IT-TLETTAX-IL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Novembru 1986

    dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità

    ▼B

    (86/560/KEE)



    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    1. “Persuna taxxabli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità tfisser persuna taxxabli hekk kif ġiet riferita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 77/388/KEE illi, matul il-perjodu riferit fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, ma kellhiex f'dak it-territorju la kummerċ jew stabbiliment fiss illi minnu ġew effettwati transazzjonijiet kummerċjali, lanqas, jekk dan it-tip ta' kummerċ jew stabbiliment fiss ma jeżistix, l-indirizz permanenti tagħha jew tal-post tar-residenza tagħha, u illi, matul l-istess perjodu, ma fornietx oġġetti jew servizzi li għandhom jitqiesu li ġew forniti fl-Istati Membri riferiti fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta':”

    (a) servizzi ta' trasport u servizzi anċillari, eżenti skond l-Artikolu 14(1)(i), l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16(1), B, C u D tad-Direttiva 77/388/KEE;

    (b) servizzi provduti fil-każijiet fejn it-taxxa titħallas biss mill-persuna lil minnha ġew forniti, skond l-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE;

    2. ‘It-Territorju tal-Komunità għandu jfisser it-territorji ta' l-Istati Membri fejn tapplika id-Direttiva 77/388/KEE.

    Artikolu 2

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jagħti r-rifond lil kull persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità, bla ħsara għall-kondizzjonijiet dikjarati hawn taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq servizzi jew proprjetà mobbli fornita lilha fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuni taxxabbli oħra jew imposta fuq l-importazzjoni ta' oġġetti fil-pajjiż, safejn dawn l-oġġetti u servizzi jiġu użati għall-iskopijiet ta' transazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) tad-Direttiva 77/388/KEE jew fid-disposizzjoni ta' servizzi riferiti fil-punt 1 (b) ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

    ▼C1

    2.  L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-rifondi msemmija fil-paragrafu 1 għall-kondizzjoni li Stati terzi jagħtu vantaġġi simili rigward turnover taxes.

    ▼B

    3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' rappreżentant tat-taxxa.

    Artikolu 3

    1.  Ir-rifondi riferiti fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu konċessi konsegwentement għall-applikazzjoni mill-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti sabiex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, inklużi l-limiti taż-żmien sabiex jagħmlu dan, il-perjodu li l-applikazzjonijiet għandhom ikopru, l-awtorità kompetenti sabiex tirċevihom u l-ammonti minimi li rigward tagħhom l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi. Għandhom ukoll jistabbilixxu l-arranġamenti għall-għotja ta' rifondi, inklużi l-limiti ta' żmien sabiex jagħmlu hekk. Għandhom jimponu fuq l-applikant dawk l-obbligi kif inhuma neċessarji biex jistabbilixxu jekk l-applikazzjoni hijiex ġustifikata u biex jipprevjenu l-frodi, b'mod partikolari l-obbligazzjoni li jingħataw il-provi li hu huwa imqabbad biex jagħti skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 77/388/KEE. L-applikant għandu jattesta, f'dikjarazzjoni bil-miktub illi, matul il-perjodu preskritt, hu ma wettaq l-ebda transazzjoni li ma taderixxix mal-kondizzjonijiet hekk kif mniżżlin fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

    2.  Ir-Rifondi ma' jistgħux jingħataw taħt kondizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk li japplikaw għal persuni taxxabli fil-Komunità.

    Artikolu 4

    1.  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-eliġibbiltà għar-rifondi għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE kif applikata fl-Istati Membri fejn ir-rifond jiġi mħallas.

    2.  L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jipprovdu għall-esklużjoni ta' ċertu nfiq, jew jissoġġettaw ir-rifondi għal kondizzjonijiet addizzjonali.

    3.  Din id-Direttiva mhix sejra tapplika għal provvisti ta' oġġetti illi huma jew illi jistgħu jkunu eżenti taħt punt 2 ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 77/388/KEE.

    Artikolu 5

    1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji b'konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1988. Din id-Direttiva għandha tapplika biss fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal rifondi li jikkonċernaw it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq ix-xiri ta' oġġetti jew servizzi invojsjati jew fuq l-importazzjonijiet effetwati f'dak il-jum jew minn dak 'il quddiem.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma adottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu li jagħmlu mill-għażla li tingħata skond l-Artikolu 2(2). Il-Kummissjoni sejra tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

    Artikolu 6

    Fi żmien tliet snin mid-data riferita fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2).

    Artikolu 7

    Mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u f'kull każ ieħor sad-data msemmija fl-Artikolu 5, l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 77/388/KEE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/1072/KEE għandha tieqaf milli seħħ f'kull Stat Membru.

    Artikolu 8

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Top