Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1722R(01)

    1722/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2006 tal- 21 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 2497/96, (KE) Nru 1396/98, (KE) Nru 701/2003 u (KE) Nru 593/2004, u f'dak li jirrigwarda d-depożiti tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji fis-settur tal-laħam tat-tjur u tal-bajd għall-ewwel tliet xhur tal-2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    DO L 76M de 24.3.2009, p. 338–339 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1722/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/338


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2006 tal-21 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 2497/96, (KE) Nru 1396/98, (KE) Nru 701/2003 u (KE) Nru 593/2004, u f'dak li jirrigwarda d-depożiti tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji fis-settur tal-laħam tat-tjur u tal-bajd għall-ewwel tliet xhur tal-2007

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1722/2006

    tal-21 ta’ Novembru 2006

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 2497/96, (KE) Nru 1396/98, (KE) Nru 701/2003 u (KE) Nru 593/2004, u f'dak li jirrigwarda d-depożiti tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji fis-settur tal-laħam tat-tjur u tal-bajd għall-ewwel tliet xhur tal-2007.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 tal-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, (Stati AKP) u r-Regolament li jħassar (KE) Nru 1706/98 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta' tariffa għal-laħam tad-dundjan li joriġina u ġej minn Iżrael kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Iżrael (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta' April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95 (7) u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 (8) jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim tal-Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Iżrael

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1396/98 (9) jippreskrivi proċeduri sabiex jiġi applikat fis-settur tal-laħam tat-tjur ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 701/2003 (10) jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati ACP)

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2004 (11) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi fis-settur tal-bajd u għall-abjad tal-bajd.

    (5)

    Dawn ir-Regolamenti kollha jistipulaw li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ma jistgħux jiġu introdotti ħlief waqt l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull perjodu bil-kwota speċifika. Fid-dawk tas-sħubija tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007, huwa meħtieġ li jiġi stipulat perjodu differenti għad-depożitu tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal-ewwel tliet xhur tas-sena 2007.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 tat-22 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli (12) diġà kien ġie emendat fid-dawl tas-sħubija tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament jistipula li għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2007, l-introduzzjoni tal-liċenzji ssir matul l-ewwel sebat ijiem ta' ħidma tax-xahar ta' Jannar 2007. Għal raġunijiet amministrattivi dan il-perjodu partikulari għandu jiġi estiż għall-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007. Fl-interess tal-armonizzazzjoni ma' kwoti ta' importazzjoni oħra fl-istess settur, l-istess perjodu għandu jiġi stipulat għad-depożitu tal-applikazzjonijiet għall-ewwel tliet xhur tal-2007.

    (7)

    Għaldaqstant, huwa xieraq li r-Regolamenti (KE) Nri 1431/94, 2497/96, 1396/98, 701/2003 u 593/2004 jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tieni subparagrafu fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1431/94, għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu depożitati matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007.”

    Artikolu 2

    It-tieni subparagrafu fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2497/96, għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu depożitati matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007.”

    Artikolu 3

    Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1396/98 is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    “Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu depożitati matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007.”

    Artikolu 4

    Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 701/2003, is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    “Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu depożitati matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007.”

    Artikolu 5

    Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2004, is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    “Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jiġu depożitati matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar 2007.”

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2006

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

    (3)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).

    (4)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104 (kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)).

    (5)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.

    (6)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7.

    (7)  ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1.

    (8)  ĠU L 338, 28.12.1996, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2004 (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 15).

    (9)  ĠU L 187, 1.7.1998, p. 41. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24).

    (10)  ĠU L 99, 17.4.2003, p. 32.

    (11)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 10.

    (12)  ĠU L 156, 23.6.1994, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1255/2006 (ĠU L 228, 22.8.2006, p. 3).


    Top