Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0054R(01)

    Rettifika tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 262 tas-17 ta' Ottubru 2000) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 48)

    ST/9393/2020/INIT

    DO L 266 de 13.8.2020, p. 36–37 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/54/corrigendum/2020-08-13/oj

    13.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 266/36


    Rettifika tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 262 tas-17 ta' Ottubru 2000 )

    (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 48)

    Fil-paġna 48, il-premessa 11,

    minflok:

    “(11)

    in id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar it-termini ta’ żmien għat-trasportazzjoni kif stabbilit fl-Anness VIII, il-Parti B,”,

    aqra:

    “(11)

    Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar id-dati ta' skadenza għat-traspożizzjoni kif stabbilit fl-Anness VIII, il-Parti B,”;

    Fil-paġna 50, l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (i),

    minflok:

    “(i)

    arranġamenti għall-ġarr bla perikolu u trasportazzjoni ta’ aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol.”,

    aqra:

    “(i)

    arranġamenti għall-maniġġ u t-trasport bla perikolu ta’ aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol.”;

    Fil-paġna 50, l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt (e),

    minflok:

    “(e)

    il-proċeduri huma speċifikati għat-teħid, ġarr u pproċessar ta’ kampjuni ta’ oriġini umana jew ta’ l-annimali.”,

    aqra:

    “(e)

    il-proċeduri huma speċifikati għat-teħid, il-maniġġ u l-ipproċessar ta’ kampjuni ta’ oriġini umana jew tal-annimali.”;

    Fil-paġna 51, l-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2,

    minflok:

    “1.

    Min iħaddem għandu jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub fuq il-post tax-xogħol u, jekk ikun addattat, jwaħħal avviżi li għandhom, għallinqas, jinkludu l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’:

    (a)

    aċċident jew inċident serju li jinvolvi il-ġarr ta’ aġent bijoloġiku;

    (b)

    ġarr ta’ aġent bijoloġiku ta’ grupp 4.

    2.

    Il-ħaddiema għandhom jirraportaw minnufih kull aċċident jew inċident li jinvolvi l-ġarr ta’ aġent bijoloġiku lill-persuna inkarigata, jew lill-persuna responsabbli mis-sigurtà u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol.”,

    aqra:

    “1.

    Min iħaddem għandu jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub fuq il-post tax-xogħol u, jekk ikun xieraq, iwaħħal avviżi li għandhom, minn tal-inqas, jinkludu l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’:

    (a)

    aċċident jew inċident serju li jinvolvi l-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku;

    (b)

    il-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku tal-grupp 4.

    2.

    Il-ħaddiema għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe aċċident jew inċident li jinvolvi l-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku lill-persuna inkarigata, jew lill-persuna responsabbli mis-sigurtà u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol.”;

    Fil-paġna 53, l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (a),

    minflok:

    “(a)

    Il-laboratorji li jwettqu xogħol li jinvolvi l-ġarr ta’ aġenti bijoloġiċi tal-grupp 2, 3 jew 4 għar-riċerka, żvilupp, tagħlim jew raġunijiet ta’ dijanjosi għandhom jistabbilixxu il-miżuri ta’ trażżin skond l-Anness V, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ infezzjoni.”,

    aqra:

    “(a)

    Il-laboratorji li jwettqu xogħol li jinvolvi l-maniġġ ta’ aġenti bijoloġiċi tal-grupp 2, 3 jew 4 għar-riċerka, żvilupp, tagħlim jew raġunijiet ta’ dijanjosi għandhom jistabbilixxu il-miżuri ta’ trażżin skont l-Anness V, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ infezzjoni.”;

    Fil-paġna 53, l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (b), it-tieni sentenza,

    minflok:

    “Attivitajiet li jinvolvu l-ġarr ta’ aġent bijoloġiku għandhom isiru:”,

    aqra:

    “Attivitajiet li jinvolvu l-maniġġ ta’ aġent bijoloġiku għandhom isiru:”.

    Fil-paġna l-Artikolu 16, il-paragrafu 1, il-punt (c), l-ewwel sentenza

    minflok:

    “(c)

    Laboratorji li jiġu f'kuntatt ma’ materjali li fir-rigward tagħhom ikunu jeżistu dubji dwar il-preżenza ta’ aġenti bijoloġiċi li jistgħu jikkawżaw il-mard fil-bniedem iżda li ma jkollhomx bħala l-għan tagħhom, xogħol b'aġenti bijoloġiċi (i.e. jikkultivawhom jew jikkonċentrawhom) għandhom jadottaw għallinqas il-livell ta’ trażżin 2. ”;

    aqra:

    “(c)

    Laboratorji li jimmaniġġaw materjali li fir-rigward tagħhom ikunu jeżistu dubji dwar il-preżenza ta’ aġenti bijoloġiċi li jistgħu jikkawżaw il-mard fil-bniedem iżda li ma jkollhomx bħala l-għan tagħhom, xogħol b'aġenti bijoloġiċi (i.e. jikkultivawhom jew jikkonċentrawhom) għandhom jadottaw minn tal-inqas il-livell ta’ trażżin 2. ”.


    Top