Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R2037R(01)

    2037/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2037/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

    DO L 84M de 31.3.2009, p. 613–615 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/2037/corrigendum/2009-03-31/oj

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/613


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2037/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2007

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2037/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2037/2006

    tal-21 ta' Diċembru 2006

    li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jirtiraw taħt ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I punti (A) u (B) ta' dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar it-tneħħija ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' tneħħija tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ tneħħija, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn din it-tneħħija fl-Istati Membri varji.

    (3)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu illi, meta organizzazzjoni ta' produtturi jew wieħed mill-membri tagħha tqiegħed il-prodotti tagħha għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih tkun irrikonoxxuta, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta' produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li jista' jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru.

    (4)

    L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif jipprovdi għalih l-Artiklu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

    (5)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-sajd 2007, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet ta' produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta' produtturi tkun irrikonoxxuta.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    Valuri standard

    L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq

    euro/t

    1.   

    Użu wara l-ipproċessar f’għalf tal-annimali.

    (a)   

    Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

    Id-Danimarka u l-Iżvezja

    60

    Ir-Renju Unit

    50

    Stati Membri oħra

    17

    Franza

    2

    (b)   

    Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis)

    id-Danimarka u l-Iżvezja

    0

    Stati Membri oħra

    10

    (c)   

    Prodotti oħrajn:

    Id-Danimarka

    40

    l-Iżvezja, il-Portugall u l-Irlanda

    17

    Ir-Renju Unit

    28

    Stati Membri oħra

    1

    2.   

    Użu frisk jew preżervat (għalf tal-annimali).

    (a)   

    Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċova (Engraulis spp.):

    l-Istati Membri kollha

    8

    (b)   

    Prodotti oħrajn:

    l-Iżvezja

    0

    Franza

    30

    Stati Membri oħra

    30

    3.   

    Użu bħala lixka:

    Franza

    45

    Stati Membri oħra

    20

    4.

    Użata għal skopijiet oħra għajr għall-għalf tal-annimali.

    0


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

    (3)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


    Top