Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0394R(01)

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 73, 18.3.2016)

OJ L 137, 26.5.2016, p. 27–28 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/394/corrigendum/2016-05-26/oj

26.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/27


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 73, tat-18 ta' Marzu 2016 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu f'paġna 90

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra”.

F'paġna 90, it-tieni kunsiderazzjoni

minflok:

“Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, …”,

aqra:

“Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, …”.

F'paġna 90, it-tieni premessa

minflok:

“(2)

Skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' sħubija AKP-UE, inbdew konsultazzjonijiet fit-8 ta' Diċembru 2015 mar- Repubblika tal-Burundi, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, inklużi l-Unjoni Afrikana, il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u n-Nazzjonijiet Uniti.”,

aqra:

“(2)

Skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' sħubija AKP-UE, inbdew konsultazzjonijiet fit-8 ta' Diċembru 2015 mar-Repubblika tal-Burundi, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, inklużi l-Unjoni Afrikana, il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u n-Nazzjonijiet Uniti.”.

F'paġna 92, l-Anness, fl-Abbozz ta' Ittra, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza:

minflok:

“L-Unjoni Ewropea tqis li għadd ta' elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal- gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, …”,

aqra:

“L-Unjoni Ewropea tqis li għadd ta' elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, …”.

F'paġna 94, l-Anness, fl-Iskeda tal-Impenji, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza:

minflok:

“F'dan ir-rigward, żewġ programmi ta' emerġenza (l-aċċess għall-kura tas-saħħa — EUR 40 000 000 — u l-alimentazzjoni/l-iżvilupp rurali — EUR 15 000 000 — se jkunu ppreżentati lill-korpi deċiżjonali tal-Unjoni Ewropea …”,

aqra:

“F'dan ir-rigward, żewġ programmi ta' emerġenza (l-aċċess għall-kura tas-saħħa — EUR 40 000 000 — u l-alimentazzjoni/l-iżvilupp rurali — EUR 15 000 000) — se jkunu ppreżentati lill-korpi deċiżjonali tal-Unjoni Ewropea …”.


Top