This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0147R(01)
147/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal- 15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
147/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal- 15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, 17.3.2009, p. 538–541
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/147/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/538 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2007
tal-15 ta' Frar 2007
li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill adotta regolamenti li jiffissaw għall-2001, l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid (2); |
(2) |
B'segwitu għal investigazzjonijiet nazzjonali li twettqu fl-2005 u l-2006 mir-Renju Unit, il-Kummissjoni ġiet innotifikata mir-Renju Unit u l-Irlanda li qabżu l-opportunitajiet ta' sajd allokati lilhom f'termini ta' qabdiet ta' kavalli (ir-Renju Unit u l-Irlanda) u aringi (ir-Renju Unit) f'ċerti żoni fis-snin mill-2001 sal-2004; |
(3) |
Fl-2006, b'segwitu għall-pubblikazzjoni tar-Regolament (3) li jadatta ċerti kwoti tas-sajd għall-2006 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), ir-Renju Unit innotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota fl-2005; |
(4) |
L-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jiddikjara li meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tħaddem tnaqqis minn opportunitajiet tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru. |
(5) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura sfruttar ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. |
(6) |
Meta jitqies li s-sajd żejjed seħħ tul għadd ta' snin u tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tiġi meqjusa l-qagħda ekonomika u soċjali tas-setturi tas-sajd rispettivi tal-Istati Membri konċernati u biex jiġi kemm jista' jkun illimitat l-impatt negattiv fuq dawk is-setturi, huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwantitajiet maqbuda barra mill-kwota tul perjodu itwal minn sena; |
(7) |
It-tendenza tal-kwoti tal-kavalli kienet dejjem nieżla mill-2001 sal-2004. Sabiex jiġi evitat impatt sproporzjonat fuq it-tnaqqis huwa meħtieġ li jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni fuq il-kwantitajiet li għandhom jitnaqqsu mill-kwoti tal-kavalli fir-rigward ta' ammonti maqbuda barra mill-kwota mill-2001 sal-2004; |
(8) |
Il-kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota mir-Renju Unit fl-2005 għandhom jitnaqqsu mill-kwota tar-Renju Unit tal-2007; |
(9) |
L-iskema tat-tnaqqis se tkun kompatibbli mal-pariri xjentifiċi minħabba li l-qabdiet totali permessi għall-kavalli u l-aringi fis-snin li ġejjin se jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi li se jqisu l-qabdiet aġġustati li jirriżultaw mill-kwoti mnaqqsa. |
(10) |
Il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun daqs il-qabda totali tal-kavalli permessa fl-2006 espressa bħala persentaġġ tal-medja tal-qabda totali permessa għas-snin 2001-2004; |
(11) |
Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi, il-kwantitajiet li jitnaqqsu fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu persentaġġ tal-kwota annwali. Huwa xieraq li dan il-persentaġġ jiġi ffissat bħala 15 %; |
(12) |
F'każ fejn il-kwantità li għandha titnaqqas fi kwalunkwe sena taqbeż 15 % tal-kwota annwali, il-perjodu tat-tnaqqis se jittawwal biex titnaqqas il-kwantità li hija daqs jew inqas minn 15 %; |
(13) |
B'kunsiderazzjoni għat-talba tal-Istati Membri konċernati biex ikollhom ammont iżgħar imnaqqas minn ċerti kwoti fl-2007 milli fis-snin ta' wara mill-2008 sal-2012. |
(14) |
Il-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat miċ-chairman tiegħu; |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti allokati lill-Irlanda u r-Renju Unit għall-kavalli (Scomber scombrus) u l-aringi (Clupea harengus) fis-snin mill-2007 sal-2012 għandhom jitnaqqsu kif muri fl-Anness I u l-Anness II.
Artikolu 2
Il-kwantitajiet imnaqqsa fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-kwota annwali.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummisjoni
ANNESS I
TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012
Pajjiż |
Speċi |
Kodiċi tal-istokk |
Żona |
Sajd żejjed 2001-2004 |
Fattur ta' korrezzjoni m.r. = mhux rilevanti |
Tnaqqis totali |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
Ir-Renju Unit |
Kavalli (Scomber scombrus) |
2CX14 |
II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV |
112 546 |
0,734 |
82 609 |
12 391,3 |
14 043,5 |
14 043,5 |
14 043,5 |
14 043,5 |
14 043,5 |
Ir-Renju Unit |
Aringi (Clupea harengus) |
5B6ANB |
Vb, VIaN (ilmijiet tal-KE), VIb |
10 349 |
m.r. |
10 349 |
1 552,4 |
1 759,3 |
1 759,3 |
1 759,3 |
1 759,3 |
1 759,3 |
Ir-Renju Unit |
Aringi (Clupea harengus) |
4AB |
IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N |
33 485 |
m.r. |
33 485 |
5 022,8 |
5 692,5 |
5 692,5 |
5 692,5 |
5 692,5 |
5 692,5 |
Ir-Renju Unit |
Aringi (Clupea harengus) |
1/2 |
I, II (ilmijiet tal-KE u ilmijiet Internazzjonali) HER/1/2 |
127 |
m.r. |
127 |
127 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
L-Irlanda |
Kavalli (Scomber scombrus) |
2CX14 |
II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV |
33 486 |
0,734 |
24 578,7 |
3 686,8 |
4 178,4 |
4 178,4 |
4 178,4 |
4 178,4 |
4 178,4 |
ANNESS II
TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012
Pajjiż |
Speċi |
Kodiċi tal-istokk |
Żona |
Sajd żejjed 2005 |
Fattur ta' korrezzjoni m.r. = mhux rilevanti |
Tnaqqis totali |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
Ir-Renju Unit |
Kavalli (Scomber scombrus) |
2CX14 |
II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV |
5 090 |
m.r. |
5 090 |
5 090 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2848/2000 (ĠU L 334, 30.12.2000, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2555/2001 (ĠU L 347, 31.12.2001, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2341/2002 (ĠU L 356, 31.12.2002, p. 12); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2287/2003 (ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 27/2005 (ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 742/2006 (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 7).