EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0221R(01)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

/* COM/2014/0221 final /2 - 2015/<UNUSED> (<UNUSED>) */

52014PC0221R(01)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat /* COM/2014/0221 final /2 - 2015/ () */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-livell tal-UE, ix-xogħol mhux iddikjarat huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri"[1].

Il-fatt li x-xogħol mhux iddikjarat ma jiġix osservat jew irreġistrat, u huwa definit b’mod differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jagħmilha diffiċli biex jinkisbu stimi affidabbli tal-firxa tiegħu fl-Istati Membri kollha. Minħabba dan, stimi tax-xogħol mhux iddikjarat ivarjaw ħafna.[2]

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru[3] tal-2013[4], 4% biss ta’ dawk li wieġbu ammettew li għamlu xogħol mhux iddikjarat. Madankollu, 11% ammettew li fis-sena preċedenti kienu xtraw oġġetti jew servizzi fejn kellhom raġunijiet tajba biex jemmnu li kienu jinvolvu xogħol mhux iddikjarat. Madwar l-UE jeżistu varjazzjonijiet konsiderevoli. L-inċidenza u l-politiki li jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat huma analizzati fil-kapitlu "Xogħol mhux iddikjarat: żviluppi riċenti", fir-rivista l-Iżviluppi fl-Impjiegi u Soċjali fl-Ewropa tal-2013.[5]

Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi, il-produttività u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Iwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess għall-kura tas-saħħa. Jikkawża kompetizzjoni inġusta bejn l-impriżi. Il-bidla mix-xogħol informali jew mhux iddikjarat għal xogħol regolari tista' tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020[6].

Fenomenu relatat mill-qrib huwa x-xogħol li jiġi ddikjarat b’mod falz, jew xogħol indipendenti fittizju, li jseħħ meta l-ħaddiem jiġi formalment iddikjarat bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu abbażi ta’ kuntratt ta’ servizz iżda x-xogħol li hu/hi jwettaq/twettaq jissodisfa l-kriterji kollha użati mil-liġi u mill-prattika nazzjonali biex jikkaratterizzaw relazzjoni ta’ impjieg. Ix-xogħol indipendenti fittizju għandu konsegwenzi negattivi f’termini ta’ kopertura tas-saħħa u s-sigurtà u tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkonċernati, kif ukoll fuq id-dħul fiskali, għalkemm normalment jagħmel anqas ħsara mix-xogħol mhux iddikjarat.

Fil-Komunikazzjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi"[7], il-Kummissjoni enfasizzat it-tisħiħ ta' tkabbir abbundanti ta' impjiegi fil-politiki tagħha dwar ix-xogħol li jiġġeneraw kondizzjonijiet favorevoli għall-ħolqien tax-xogħol, u li t-trasformazzjoni tax-xogħol informali jew mhux iddikjarat f'xogħol regolari tista' tjkollha impatt pożittiv fuq id-domanda għax-xogħol.

Konsegwentement, il-Linja Gwida dwar l-Impjiegi Nru 7 dwar "Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, it-tnaqqis tal-qgħad strutturali u l-promozzjoni tal-kwalità tax-xogħol"[8] tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu d-djalogu soċjali u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri li jindirizzaw l-impjiegi prekarji, ir-rata baxxa ta’ impjiegi u x-xogħol mhux iddikjarat.

Fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2012 u l-2013[9], diversi Stati Membri rċevew rakkomandazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, l-ekonomija klandestina, l-evażjoni tat-taxxa u/jew il-konformità fiskali.

Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2014 sejjaħ għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha u tisħiħ tal-ispettorati tax-xogħol biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat[10].

Id-Direttiva l-ġdida tal-Infurzar dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema se tikkontribwixxi biex il-frodi u l-abbuż u ċerti forom ta’ xogħol mhux iddikjarat jiġu ttrattati aħjar.

Ir-responsabbiltà ewlenija biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat hija tal-Istati Membri. Il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat tiddependi prinċipalment fuq tliet tipi ta’ korpi tal-infurzar: (a) l-ispettorati tax-xogħol biex jindirizzaw imġieba abbużiva fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew in-normi tas-saħħa u s-sigurtà, (b) l-ispettorati tas-sigurtà soċjali li jiġġieldu l-frodi dwar kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali, u (c) l-awtoritajiet fiskali biex jittrattaw l-evażjoni fiskali. F’xi Stati Membri, l-imsieħba soċjali[11] huma involuti wkoll f’dan ix-xogħol. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, hemm involuti l-awtoritajiet doganali, il-korpi tal-migrazzjoni, il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Madankollu ġie nnotat li, f’xi każijiet, il-kooperazzjoni bejn dawn il-korpi differenti fil-livell nazzjonali mhijiex strutturata u effettiva kif meħtieġ.

Peress li l-kejl tax-xogħol mhux iddikjarat jibqa’ sfida kbira, jagħmilha aktar diffiċli li jiġu żviluppati politiki immirati u biex ikun hemm titjib fil-prattiki ta’ spezzjoni għall-prevenzjoni, it-tnaqqis jew għall-inqas il-monitoraġġ tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat. L-isfida komuni li l-gvernijiet jiffaċċjaw fit-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet deċenti ta’ xogħol għal ħaddiema li jagħmlu xogħol mhux iddikjarat, teħtieġ passi aktar ikkordinati min-naħa tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Huwa meħtieġ li jiġu segwiti politiki li fl-istess waqt inaqqsu l-inċentivi għal min iħaddem biex jużaw ix-xogħol mhux iddikjarat u għall-ħaddiema biex jieħdu sehem f’attivitajiet bħal dawn.

Ix-xogħol mhux iddikjarat jista’ jseħħ f’diversi setturi. L-uniku settur li b’mod sporpozjonat iż-żejjed jiġi l-aktar affettwat mix-xogħol mhux iddikjarat huwa s-settur tal-kostruzzjoni[12]. Is-setturi l-oħra huma s-servizzi tad-dar, li jinkludu s-servizzi ta’ tindif domestiku kif ukoll il-kura tat-tfal u tal-anzjani, is-servizzi personali, is-sigurtà privata, it-tindif industrijali, l-agrikoltura u l-lukandi, u l-industrija tar-ristoranti u tal-kejtering.

Jinsab f’firxa wiesgħa ta’ postijiet tax-xogħol u jinvolvi ħaddiema bi profili u sfondi differenti. Din l-eteroġeneità tagħmilha diffiċli biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat u titlob strateġiji speċifiċi.

Il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat jikkontribwixxu għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE, speċjalment fl-oqsma tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà u l-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali nazzjonali. Peress li l-isfidi huma komuni għall-Istati Membri, u peress li ix-xogħol mhux iddikjarat ta' spiss għandu dimensjoni transkonfinali, azzjoni fil-livell tal-UE jista’ jkollha rwol importanti billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri differenti u bejniethom fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Għal issa, mhemm l-ebda mekkaniżmu formali stabbilit għall-awtoritajiet relevanti kollha mill-Istati Membri biex jindirizzaw l-kwistjonijiet relatati mal-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat.

Għalhekk azzjoni fil-livell tal-UE għandha tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effettiv u effiċjenti. Għandha tikkontribwixxi wkoll biex fil-livell tal-UE, l-isfidi marbuta mal-mobilità tax-xogħol jiġu indirizzati b’mod pożittiv u kostruttiv, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-ħaddiema bħala wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-UE.

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar diġà ssir fil-livell tal-UE, fejn hemm il-ħidma ta' diversi kumitati jew gruppi ta’ ħidma hi marbuta max-xogħol mhux iddikjarat. Mdankollu, dan jagħmluh fuq bażi okkażjonali u limitata: il-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC – Senior Labour Inspectors Committee) jindaga x-xogħol mhux iddikjarat mill-anglu tas-saħħa u s-sgurtà fuq il-post tax-xogħol. il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema jittratta x-xogħol mhux iddikjarat fir-rigward tal-evitar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema; il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) jiddiskuti l-impatt tal-politika tal-impjiegi fuq ix-xogħol mhux iddikjarat; il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tħares lejn l-iżbalji u l-frodi fil-qafas tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. il-Grupp ta' Ħidma dwar l-kooperazjzoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta għandu l-għan li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni, experjenza u prattika tajba f'dan il-qasam.

Barra minn hekk, l-iskambju utli ta’ esperjenzi jseħħ, jew fil-kuntest tal-Programm ta’ Tagħlim Reċiproku taħt l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi jew bħala parti minn proġetti multilaterali[13], li turi li l-Istati Membri huma interessati fil-kooperazzjoni biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri wettqu wkoll proħetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat u kkonkludew ftehimiet bilaterali. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw l-kooperazzjoni amministrattiva.

Madankollu, l-esperjenza uriet li mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw f’dawn l-eżerċizzji. Fil-każ ta’ kooperazzjoni multilaterali volontarja bħal din, m’hemm l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jipparteċipaw, u lanqas m’hemm mekkaniżmu biex il-parteċipazzjoni ssir obbligatorja fil-każ li l-Istati Membri l-oħra jsibu li l-parteċipazzjoni hija meħtieġa. Bħala riżultat, fil-livell tal-UE il-kooperazzjoni għadha inkonsistenti kemm f’termini tal-Istati Membri involuti kif ukoll il-kwistjonijiet koperti.

L-eżistenza ta' skambji komuni għall-awtoritajiet tal-infurzar relevanti fl-Istati Membri kollha hi inċentiva għalihom biex jikkooperaw f'dan il-qasam. L-awtoritajiet ta’ spezzjoni jiffaċċjaw diffikultajiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari meta l-għan ikun li jiġu identifikati jew sanzjonati każijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat, minħabba li l-mekkaniżmi tradizzjonali tagħhom huma prinċipalment maħsuba biex jindirizzaw l-aspetti domestiċi tax-xogħol mhux iddikjarat. L-ispezzjonar tan-natura u/jew tal-kundizzjonijiet tar-relazzjoni tax-xogħol ta’ ħaddiema migranti jista’ jkun diffiċli minħabba problemi ta’ komunikazzjoni, nuqqas ta’ għarfien tar-regoli jew il-preżenza ta’ netwerks organizzati li joperaw fil-marġini tal-liġi, li ħafna drabi jużaw kostruzzjonijiet legali kumplessi, li jinvolvu aġenziji jew intermedjarji li jinsabu f’diversi Stati Membri u xi kultant jirrkorru għal forom foloz ta' impjieg indipendenti. Ħafna Stati Membri jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi differenti tal-infurzar fl-Istati Membri u f’kuntest transkonfinali.

Barra minn hekk, ġeneralment jitqies li t-tassazzjoni jew ir-regolamentazzjoni eċċessivi tax-xogħol jista' jinkoraġġixxi x-xogħol mhux iddikjarat u li jista’ jkun hemm modi effettivi iżda mhux punittivi biex min iħaddem jiġi mħeġġeġ jiddikjara x-xogħol u jikkonforma mal-liġi.

Fl-aħħar nett, filwaqt li b’mod ġenerali l-Istati Membri jaqblu fuq il-ħtieġa għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, fil-prattika jista’ jkun hemm modi u livelli differenti ta’ impenn għal dan il-għan u dan jista’ jispiċċa bi prijorità politika baxxa u sens baxx ta’ urġenza biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat.

Għalhekk il-Komunikazzjoni “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi" enfasizzat il-ħtieġa għal titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ħabbret it-tnedija ta’ konsultazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma fil-livell tal-UE bejn l-ispettorati tax-xogħol u korpi oħra tal-infurzar biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat, immirata lejn it-titjib fil-kooperazzjoni, il-qsim tal-aħjar prattiki u l-identifikar ta’ prinċipji komuni għall-ispezzjonijiet.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Din il-proposta hija riżultat ta’ bosta studji u konsultazzjonijiet li twettqu reċentement.

Fl-2010, sar studju estern ta’ fattibilità[14] dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma Ewropea għal kooperazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol u korpi rilevanti oħra ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar biex jiġi evitat u miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat. L-istudju analizza l-oqfsa istituzzjonali u l-miżuri politiċi nazzjonali eżistenti, id-diffikultajiet li l-korpi tal-infurzar jiltaqgħu magħhom fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, il-kooperazzjoni eżistenti bejn il-fruntieri, l-aħjar prattiki u jidentifika għażliet possibbli għal pjattaforma Ewropea biex jiġi evitat u miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat.

L-Ewrobarometru speċjali[15] dwar ix-xogħol mhux iddikjarat u rapport reċenti mill-Eurofound dwar kif l-Istati Membri jikkumbattu ix-xogħol mhux iddikjarat[16] kienu inklużi fil-preaprazzjoni ta' din l-inizjattiva. Ir-rapport tal-Eurofound kien akkumpanjat minn dejtabejż aġġornata[17] ta' miżuri meħuda bejn l-2008 u l-2013. Id-dejtabejż tinkludi 186 studju każisitiku mill-Istati Membri tal-UE kif ukoll mill-pajjiżi kandidati. Id-dejtabejż tista' tintuża biex jinstabu miżuri skont il-pajjiż, it-tip ta' miżuri, il-grupp fil-mira u s-settur.

Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati saret fil-qafas tal-grupp tad-Diretturi Ġenerali tar-Relazzjonijiet Industrijali (DĠ RI), il-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC) u l-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. B’mod ġenerali, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri irrikonoxxew il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-UE mmirata lejn il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat u laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex ikunu aktar involuti f’dan il-qasam politiku.

L-opinjonijiet tal-Imsieħba Soċjali Ewropej inġabru f’konsultazzjoni tal-ewwel stadju[18] (mill-4 ta’ Lulju 2013 sal-4 ta’ Ottubru 2013). Il-Kummissjoni identifikat il-problemi ewlenin relatati mal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, fakkret l-aktar attivitajiet riċenti li ttieħdu mill-Kummissjoni u introduċiet l-għanijiet u l-kontenut possibbli tal-inizjattiva. L-għan tal-konsultazzjoni kien li l-maniġment u l-manodopera jiġu kkonsultati dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni rċeviet 15-il tweġiba mingħandhom (2 tweġibiet konġunti, 3 tweġibiet mir-rappreżentanti tal-ħaddiema u 10 tweġibiet mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem). L-imsieħba soċjali qablu mad-deskrizzjoni ġenerali tal-problema u indikaw li azzjoni fil-livell tal-UE hija ġġustifikata bl-għan ewlieni li tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali u fiskali biex iwaqqfu u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat. B’mod ġenerali, l-imsieħba soċjali qablu li pjattaforma Ewropea tista’ jkun mezz xieraq biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu, il-veduti tal-imsieġba soċjali kienu diverġenti.

Ħafna mir-rappreżentanti tal-impjegaturi kien tal-fehma li tiġi stabbilita l-Pjattaforma. Madankollu, ħassew li mhemmx bżonn ta' struttura ġdida separata. Minflok, jistgħu jitiqeisu għażliet bħalma hu l-ħolqien ta' sottogrupp ta' grupp eżistenti jew koordinazzjoni aħjar bejn il-gruppi eżistenti. It-tredjujins kollha u xi rappreżentanti tal-impjegaturi ffavvorew it-twaqqif ta' korp ġdid indipendenti sabex ikun żgurat li l-lati kollha tax-xogħol mhux iddikjarat ikunu koperti. Dwar il-parteċipazzjoni fil-Pjattaforma, it-trejdjunjins u xi rappreżentanti tal-impjegaturi argumentaw favur approċċ obbligatorju għall-Istati Membri, filwaqt li xi wħud mill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi ppreferew approċċ volontarju. L-Imsieħba Soċjali appoġġjaw l-għan tal-Kummissjoni li tippreżenta inizjattiva, iżda ma xtaqux jidħlu f’negozjati dwar din il-kwistjoni.

Konsultazzjoni tat-2ni stadju tal-Imsieħba Soċjali saret bejn it-30 ta' Jannar u t-13 ta' Marzu 2014[19]. F'din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ppreżentat ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-konsultazzjoni tal-1wel stadju u ppreżentat il-kontenut tal-inizjattiva ppjanata. L-għan tal-konsultazzjoni kien li jinkisbu l-fehmiet tal-Istati Membri dwar il-kontenut tal-inizjattiva prevista dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Kummissjoni rċeviet 16-il tweġiba (1 tweġiba konġunta, 4 tweġibiet mir-rappreżentanti tal-ħaddiema u 11-il tweġiba mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem). L-imsieħba soċjali ġeneralment taw l-appoġġ għall-azzjoni fuq il-livell tal-UE biex ikun hemm prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat u saħħqu l-fehmiet tagħhom espressi fil-konsultazzjoni tal-1wel stadju dwar l-għanijiet, l-ambitu, il-kompiti/l-inizjattivi, il-parteċipazzjoni u l-forma tal-Pjattaforma. Ingħataw elementi ġodda dwar il-parteċipazzjoni tal-imsieġba soċjali fil-Pjattaforma. It-trejdjujins u r-rappreżentanti tal-impjegaturi qablu li l-imsieħba soċjali fuq il-livell tal-UE, kemm trans-settorjali kif ukoll fis-setturi b'inċidenza għolja ta' xogħol mhux iddikjarat għandhom ikunu involuti fil-Pjattaforma bħala osservaturi. Xi trejdjujins u rappreżentanti tal-impjegaturi ssuġġerew li l-imsieħba soċjali gġandhom jingħataw status ta' membri[20].

Il-Valutazzjoni tal-Impatt kienet tinkludi diversi għażliet għat-titjib tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. L-ewwel għażla li ġiet ikkunsidrata kienet l-ebda azzjoni ġdida lil hinn mill-gruppi ta’ ħidma u l-inizjattivi eżistenti. Ġiet ikkunsidrata wkoll l-għażla ta’ koordinazzjoni aħjar tal-ħidma tal-gruppi ta’ ħidma u l-kumitati differenti eżistenti.

It-tielet għażla kienet l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Ġew ikkunsidrati bosta għażliet sekondarji għat-twaqqif tal-Pjattaforma, bħal Pjattaforma bi sħubija volontarja jew obbligatorja u biex il-Eurofound tingħata responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri kontra x-xogħol mhux iddikjarat. Ġiet ikkunsidrata għażla li tinħoloq aġenzija deċentralizzata responsabbli għall-infurzar tal-liġi tal-UE u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

L-analiżi kkonkludiet li l-għażla preferuta tkun l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea bi sħubija obbligatorja. Il-Pjattaforma għandha tipprovdi għall-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri fl-attivitajiet fil-livell tal-UE u tippermetti l-kooperazzjoni regolari u operazzjonali f’dan il-qasam. Is-subalternattiva ta’ kooperazzjoni multilaterali volontarja kienet meqjusa subottimali peress li r-rifjut ta’ xi Stati Membri li jipparteċipaw inaqqas ħafna l-valur tal-kooperazzjoni tal-UE għall-Istati Membri aktar impenjati. B’mod partikolari, il-parteċipazzjoni obbligatorja kienet meqjusa neċessarja, peress li biex jiġu indirizzati l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat ma tistax tinkiseb kooperazzjoni kompleta jekk xi Stati Membri jkunu ġewwa (Stati Membri li għandhom prijorità għolja biex jittrattaw aspetti bħal dawn, l-aktar il-pajjiżi ta’ destinazzjoni) u oħrajn ikunu barra. L-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq l-iffunzjonar tas-Suq Uniku peress li l-impjegaturi li jipporvdu s-servizzi fi Stati Membri oħra li jużaw ħaddiema mhux dikjarati tista' tikkawża kompetizzjoni mhux ġusta. Dawn l-impjegaturi jistgħu jipprovdu servizzi orħos minħabba l-fatt li ma jħallsux taxxi jew li ma jikkonformawx mal-obbligi li ġejjin, pereżempju, mir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

Meta jitqies dan kollu ta' hawn fuq, jiġifieri, il-bżonn ta' kooperazzjoni mtejba fl-UE, l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat u l-impatti tagħhom fuq l-iffunzjonar tas-Suq Uniku, l-Istati Membri kollha għandhom bżonn li jkunu inklużi fuq bażi obbligatorja fil-kooperazzjoni msaħħa biex jiġu ttrattati l-aspetti kollha tal-fenomenu.

Għażliet oħra jistgħu ma jiggarantixxux l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri kollha, jistgħu jillimitaw il-kooperazzjoni għall-iskambji tal-aħjar prattiki jew ma jkunux jippermettu li l-kwistjonijiet ta’ infurzar jiġu indirizzati b’mod xieraq u għalhekk ikunu qed jonqsu milli jappoġġjaw l-approċċ olistiku meħtieġ biex il-problema tiġi ttrattata. Barra minn hekk, għażliet oħra jistgħu jikkontribwixxu għal grad anqas għall-viżibilità u l-prijoritizzazzjoni tal-problema fil-livell tal-UE.

Il-Pjattaforma se ġġib flimkien l-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri kollha bħala membri. Partijiet interessati oħra, b’mod partikolari l-Imsieħba Soċjali fil-livell tal-UE, l-aġenziji rilevanti deċentralizzati tal-Unjoni, bħall-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (EU-OSHA) u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u r-rappreżentanti ta’ Stati taż-ŻEE, se jkollhom status ta’ osservaturi.

Il-Pjattaforma se twettaq għadd ta’ kompiti li se jiġu definiti u implimentati abbażi ta’ programmi ta’ ħidma miftiehma. L-iskambju tal-prattika t-tajba se jkun l-ewwel pass prattiku tal-kooperazzjoni. Dan se jkun qed itejjeb l-għarfien dwar l-fenomenu u jiżviluppa aħjar l-fehim dwar kif ix-xogħol mhux iddikjarat ikun ittrattat u min huma l-atturi prinċipali fl-Istati Membri. Biex isir l-aħjar użu ta' dan l-iskambju, abbażi ta' dejtabejż tal-Eurofound, jista' jitwaqqaf Bank tal-Għarfien, li jkun jista' inter alia jelabora aktar dwar il-kwistjonijiet tal-infurzar u jwassal għall-iżvilupp ta' linji gwida u prinċipji komuni. Huwa previst li l-Pjattaforma se tevolvi progressivament minn forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi għal forom aktar elaborati ta’ koperazzjoni hekk kif tinbena l-fiduċja reċiproka u l-esperjenza. Fl-aħħar nett, il-Pjattaforma għandha tkun f’pożizzjoni li torganizza taħriġ konġunt u skambju ta’ persunal, u tikkoordina l-azzjonijiet operattivi, inklużi spezzjonijiet konġunti u l-qsim tad-dejta.

Il-proposta għandha ssaħħaħ l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki (il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol) u l-liġi relevanti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ tfassil tal-politika u l-progress soċjali bbażati fuq l-evidenza, bi sħubija mal-partijiet interessati differenti.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Bażi ġuridika

L-UE għandha l-kompetenza li taġixxi fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat abbażi ta’ artikoli dwar il-Politika Soċjali fit-TFUE. B’mod partikulari, l-Artikolu 151 tat-TFUE jistipula li l-Unjoni u l-Istati Membri “għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, […] il-protezzjoni soċjali xierqa, […] bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni." L-Artikolu 153 tat-TFUE jelenka l-oqsma fejn l-Unjoni għandha tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri, li jinkludu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Il-proposta dwar kooperazzjoni msaħħa tal-UE fl-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat hija bbażata fuq l-Artikolu 153 (2) (a) tat-TFUE, li tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw miżuri intiżi sabiex iħajjru koperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' inizjattivi mmirati sabiex jameljoraw l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi, jippromwovu affronti innovattivi u jivvalutaw l-esperjenzi, b’esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istati Membri.

L-għanijiet ewlenin li għandhom jintlaħqu minn din l-inizjattiva huma l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (Art. 151 tat-TFUE). Meta wieħed iqis li l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-Istati Membri differenti tiddependi fuq tipi differenti ta’ korpi tal-infurzar (kif spjegat fil-Kapitolu 1), hemm il-ħtieġa li din l-inizjattiva tiġi estiża għall-awtoritajiet nazzjonali kollha, inklużi dawk li mhumiex se jkunu attivi fl-oqsma tal-impiegi u soċjali, iżda li huma responsabbli wkoll għal, jew għandhom rwol fl-iskoraġġiment jew il-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, bħat-tassazzjoni, il-migrazzjoni u l-awtoritajiet doganali.

3.2.        Prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità

L-għażla tal-istrument legali - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - hija l-aktar waħda xierqa, meta wieħed iqis li l-Artikolu jipprevedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni tal-inizjattiva.

Filwaqt li l-kompetenzi ewlenin għall-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat huma r-responsabiltà tal-Istati Membri, l-isfidi ffaċċjati, bħall-impatt negattiv tax-xogħol mhux iddikjarat fuq l-ekonomija u s-soċjetà, id-diffikultajiet biex jiġu indirizzati l-forom transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat, il-kompromess bejn il-livelli xierqa ta’ tassazzjoni / regolamentazzjoni u l-ħtieġa li jiġi evitat li min iħaddem jiġi mħeġġeġ jirrikorri għax-xogħol mhux iddikjarat, u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar, huma komuni għall-Istati Membri kollha. L-azzjoni tal-UE li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għandha tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri fl-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat billi tagħmilha aktar effettiva u effiċjenti. B’hekk iżżid il-valur għall-azzjonijiet tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar huma tabilħaqq l-aktar livell xieraq biex jindirizzaw l-isfidi marbuta max-xogħol mhux iddikjarat. Barra minn hekk, l-aspetti transkonfinali jistgħu jiġu indirizzati aħjar fil-livell tal-UE. B’hekk il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li hija miżura maħsuba biex tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri mingħajr l-ebda armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri. L-għażla li tinħoloq aġenzija deċentralizzata ġdida tal-UE kienet ikkunsidrata, iżda twarrbet minħabba l-ispejjeż amministrattivi involuti fl-istabbiliment ta’ aġenzija ġdida.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") għall-perjodu 2014-2020. Il-finanzjament għall-Pjattaforma se jiġi mill-assi PROGRESS. Huwa previst ammont indikattiv ta' EUR 2,1 miljun kull sena biex jitwettqu dawn il-kompiti, bħalma huma l-it-twaqqif tal-għodda prattiċi, l-appoġġ tal-fornituri tas-servizz, il-pubblikazzjoni tal-linji gwida u prinċipji komuni, u l-manwali, l-iżvilupp ta' kapaċità permanenti ta' taħriġ u qafas komuni biex jitwettaq taħriġ konġunt, l-organizzazzjoni ta' evalwazzjoni bejn il-pari u Kampanji Ewropej. Barra minn hekk, se jkunu koperti għotjiet biex jiffinanzjaw il-proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Pjattaforma. Se jintużaw sa EUR 224 000 kul sena biex jiġu rimborżati l-ispejjeża marbuta mal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Pjattaforma.     Qed jiġi mfakkar ukoll li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex tittejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u tal-governanza u, billi jagħmel dan, jippromwovi r-riformi strutturali tagħhom. Il-finanzjament huwa previst fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-FSE biex isaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.        Il-proposta leġiżlattiva hija newtrali għall-baġit u ma teħtieġx riżorsi addizzjonali ta’ persunal. Ir-

Il-persunal tal-COM– 2.5 impjegati full time– li attwalment qed jaħdmu fid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – se jaġixxu bħala s-Segretarjat tal-Pjattaforma. Id-dettalji huma spjegati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.             L-involviment tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni Ewropea, Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa Dwar dawn l-Aġenziji, f'termini ta' baħit il-proposta hija newtrali. 

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153 (2) (a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[22],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[23],

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ April 2012[24], il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ħabbret it-tnedija ta’ konsultazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma fil-livell tal-UE bejn l-ispettorati tax-xogħol u l-awtoritajiet oħra tal-infurzar għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, maħsuba biex tittejjeb il-kooperazzjoni, il-qsim tal-aħjar prattiki u biex jiġu identifikati prinċipji komuni għall-ispezzjonijiet.

(2) Skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, bid-Deċiżjoni 2010/707/EU[25] il-Kunsill adotta linji gwida[26] għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. Dawn il-linji gwida integrati jagħtu orjentazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jiddefinixxu l-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riformi. Il-linji gwida dwar l-impjiegi jiffurmaw il-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jindirizza lill-Istati Membri skont dak l-Artikolu. Fis-snin reċenti, dawk ir-rakkomandazzjonijiet kienu jinkludu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi dwar il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

(3) L-Artikolu 151 tat-Trattat jistabbilixxi bħala għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Bil-ħsieb li dawn l-għanijiet jinkisbu, l-Unjoni tista’ tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(4) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa" laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat[27].

(5) Fil-livell Ewropew ix-xogħol mhux iddikjarat huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja ta’ l-Istati Membri"[28], u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha.

(6) L-abbuż tal-istatus ta’ impjieg indipendenti, kemm fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali, ta’ spiss huwa assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Xogħol indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol iddikjarat b’mod falz u għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma.

(7) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi, il-produttività, il-konformità mal-istandards dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja. Idgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iċaħħad lill-ħaddiema minn benefiċċji soċjali adegwati u jwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess għall-kura tas-saħħa.

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw l-kooperazzjoni amministrattiva.

(9) Il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għadha ’l bogħod milli tkun komprensiva, kemm f’termini tal-Istati Membri involuti kif ukoll tal-kwistjonijiet koperti. M’hemm l-ebda mekkaniżmu formali fis-seħħ għal kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv.

(11) Il-Pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, tipprovdi qafas fil-livell tal-UE biex tiġi żviluppata l-kompetenza u l-analiżi, u ttejjeb il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar nazzjonali tal-Istati Membri.

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat.

(13) Hemm tliet awtoritajiet nazzjonali differenti ta' infurzar li prinċipalment huma involuti fix-xogħol mhux iddikjarat: spettorati tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u awtoritajiet tat-taxxa. F'xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-imsieħba soċjali jistgħu wkoll ikunu involuti.

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat.

(15) Biex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Pjattaforma għandha tkun appoġġjata minn 'Punt uniku ta’ kuntatt' f’kull Stat Membru li għandu jkollu l-awtorità meħtieġa biex jikkomunika mal-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-aspetti multidimensjonali tax-xogħol mhux iddikjarat.

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa

(17) Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli proċedurali, il-programmi ta’ ħidma u r-rapporti regolari tagħha.

(18) Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[29] kif ukoll l-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni magħhom japplikaw fl-ipproċessar tad-dejta personali imwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni. Peress li l-Kummissjoni hija parti mill-Pjattaforma Ewropea, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta[30] japplika b'mod ugwali fl-ipproċessar tad-dejta personali imwettaq fil-qafas ta' dik id-Deċiżjoni.

(19) Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi u għandha tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi.

(20) Il-Pjattaforma għandha tikkoopera mal-gruppi ta’ esperti u l-kumitati rilevanti fil-livell tal-UE li xogħolhom għandu rabtiet max-xogħol mhux iddikjarat.

(21) Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja.

(22) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi meħtieġa biex in-netwerk jiġi stabbilit.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Twaqqif tal-Pjattaforma

(1) Bil-preżenti qiegħda tiġi stabbilita ġjattaforma li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat, minn hawn ’il quddiem msejħa "il-Pjattaforma".

(2) Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn:

(a) l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar kif nominati mill-Istati Membri kollha,

(b) il-Kummissjoni.

(3) Dawn li ġejjin jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tagħha:

(a) rappreżentanti tal-imsieħba soċjali trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat,

(b) rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA),

(c) rappreżentant tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),

(d) rappreżentanti tal-Istati taż-ŻEE.

Artikolu 2

Għanijiet

Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1), għandha tikkontribwixxi għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ impjiegi formali, u b’hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol, u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali billi:

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż xogħol indipendenti fittizju, b’mod aktar effiċjenti u effettiv,

(b) titjib tal-kapaċità teknika tal-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri biex jittrattaw l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat,

(c) tkabbar il-kuxjenza pubblika dwar l-urġenza tal-azzjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat.

Kapitolu II

Missjoni u kompiti

Artikolu 3

Missjoni

Biex jintlaħqu l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 2, il-Pjattaforma għandha:

(a) Taqsam l-aħjar prattiki u l-informazzjoni,

(b) Tiżviluppa kompetenza u analiżi,

(c) Tikkoordina l-azzjonijiet operattivi transkonfinali

Artikolu 4

Kompiti

(1) Biex twettaq il-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha b’mod partikulari twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) Ittejjeb l-għarfien tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ kunċetti komuni, għodod ta’ kejl u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u indikaturi rilevanti relatati,

(b) Tiżviluppa l-analiżi tal-effikaċja tal-miżuri politiċi differenti fit-trażżin tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi kif ukoll punittivi u kif ukoll miżuri ta' skoraġġiment b'mod ġenerali,,

(c) Tistabbilixxi għodda, per eżempju bank ta’ għarfien ta’ prattiki/miżuri differenti, inklużi ftehim bilaterali użat fl-Istati Membri għall-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat,

(d) Tadotta linji gwida għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat,

(e) Tiżviluppa forom ta’ kooperazzjoni li jżidu l-kapaċità teknika biex jiġu trattati l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat billi jiġi adottat qafas komuni għal operazzjonijiet konġunti għall-ispezzjonijiet u l-iskambju ta’ persunal,

(f) Ittejjeb il-modi tal-qsim tad-dejta f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni, inkluż l-aħjar użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u tiġi eżaminata l-possibilità li jintuża Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI).

(g) Tiżviluppa kapaċità ta’ taħriġ permanenti għall-awtoritajiet tal-infurzar u tadotta qafas komuni għat-twettiq ta’ taħriġ konġunt,

(h) Torganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-ġlieda kontra jew il-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat maħruġa mill-Kunsill.

(i) Iżżid l-għarfien tal-problema billi twettaq attivitajiet komuni bħal Kampanji Ewropej u tadotta strateġiji reġjonali jew madwar l-UE, inklużi approċċi settorjali.

(2) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma se tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’ ftehim bilaterali relevanti. Se tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound u l-UE-OSHA.

Kapitolu III

Funzjonament tal-pjattaforma

Artikolu 5

Punt uniku ta’ kuntatt

(1) Kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku ta’ kuntatt bħala membru tal-Pjattaforma. Jistgħu jaħtru wkoll membru wieħed bħala sostitut.

(2) Meta jaħtru r-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi kollha li għandhom rwol fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, bħall-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, l-awtoritajiet fiskali, is-servizzi tal-impjieg u l-awtoritajiet tal-migrazzjoni, minn hawn ’il quddiem msejħa l-"awtoritajiet tal-infurzar". Jistgħu wkoll, skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu l-imsieħba soċjali.

(3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat.

(4) Il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma u jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat u/jew il-kontribuzzjoni għall-attivitajiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma tagħha jekk il-kwistjonijiet diskussi jinvolvu l-qasam ta’ kompetenza tagħhom.

Artikolu 6

Rappreżentanti tal-imsieħba soċjali

(1) Ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali, kif ukoll mis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi, skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tagħhom.

(2) Abbażi tal-proposti mill-imsieħba soċjali trans-industrijali u settorjali fil-livell tal-Unjoni, dan il-grupp ta’ osservaturi għandu jkun magħmul minn:

(a) Massimu ta’ 8 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema),

(b) Massimu ta’ 10 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema).

Artikolu 7

Operat

(1) Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha.

(2) Għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha taddotta d-deċiżjonijiet b'maġġoranza:

(a) ir-regoli ta’ proċedura, li jkun fihom, inter alia, l-arranġamenti deċiżjonali tal-Pjattaforma,

(b) programm ta’ ħidma ta’ sentejn tal-Pjattaforma li jistabbilixxi, inter alia, il-kompiti dettaljati tagħha u rapporti regolari tal-Pjattaforma kull sentejn,

(c) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti meta l-mandat tagħhom jintemm.

(3) Esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

(4) Il-Pjattaforma għandha tkun assistita minn Segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-Segretarjat għandu jħejji l-laqgħat, il-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma u r-rapporti tagħha.

(5) Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma.

Artikolu 8

Kooperazzjoni

Il-Pjattaforma għandha taħdem, kif xieraq, f’kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ esperti u kumitati rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni, li xogħolhom ikollu rabta max-xogħol mhux iddikjarat, b’mod partikolari l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC), il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO), il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) u l-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fit-Tassazzjoni. Jistgħu anki jiġu organizzati laqgħat konġunti.

Artikolu 9

Rimborż tal-ispejjeż

Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn xieraq, tas-sussistenza għall-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna b’rabta mal-attivitajiet tal-Pjattaforma.

Il-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna mhumiex se jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

Artikolu 10

Appoġġ finanzjarju

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 11

Reviżjoni

Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u ssodisfat il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i tal-ġestjoni previst/i

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

1.2. Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[31]

Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

nIl-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[32]

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għan(ijiet) 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Tikkontribwixxi għall-miri tal-Ewropa 2020: - Tippromwovi parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol - Tiżviluppa suq tax-xogħol Ewropew sigur, flessibbli u mobbli - Tippromwovi l-inklużjoni soċjali - Tippromwovi koeżjoni soċjali u ekonomika

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 1

Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki (il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol) u l-liġi relevanti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati.

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata(i): Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-għan tal-proposta huwa li ttejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn il-korpi tal-infurzar, bħal spettorati tax-xogħol, awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, fiskali u oħrajn rilevanti, bil-għan li jiġi evitat u skoraġġit b’mod aktar effiċjenti u effettiv ix-xogħol mhux iddikjarat.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi tar-riżultati li għandhom jintlaħqu se jiġu definiti fi programm ta’ ħidma ta' sentejn tal-Pjattaforma. Barra minn hekk, darba fis-sena l-Kummissjoni se tgħaddi rapport lill-Kunsill dwar il-ħidma tal-Pjattaforma. Dawn ir-rapporti ser jagħtu tagħrif dwar il-programm dettaljat ta’ ħidma tal-Pjattaforma, l-inizjattivi li ttieħdu mill-Pjattaforma u l-frekwenza tal-laqgħat. L-attivitajiet tal-Pjattaforma se jiġu vvalutati erba' snin wara li d-deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul

L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li tikkontribwixxi għall-infurzar aħjar tal-liġijiet tal-Unjoni, il-ħolqien ta’ impjiegi formali, iż-żieda fil-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali ġenerali permezz ta’: (a) titjib fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE biex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi evitat u skoraġġit b’mod aktar effiċjenti u effettiv, (b) titjib tal-kapaċità teknika tal-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri biex jittrattaw l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat, (c) żieda fil-kuxjenza tal-Istati Membri dwar l-urġenza ta’ azzjoni u l-inkoraġġiment tal-isforzi fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat jikkontribwixxu għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE speċjalment fl-oqsma tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 151, azzjoni fil-livell tal-UE biex tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi formali, iżżid il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u tgħin biex tiżdied l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali globali. Meta wieħed iqis l-Artikolu 153 tat-TFUE, fejn l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom kompetenzi komuni, l-azzjoni tal-UE se tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi ttejjeb il-kooperazzjoni fl-iskoraġġiment u l-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat fil-livell tal-UE, billi tagħmilha aktar effettiva u effiċjenti u b’hekk żżid il-valur lill-azzjonijiet tal-Istati Membri.

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

S'issa ma kien hemm l-ebda approċċ komprensiv li jinvolvi l-awtoritajiet relevanti kollha tal-Istati Membri biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat fil-livell tal-UE.

1.5.4. Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn xierqa

Drittijiet fundamentali: Il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali (COM(2010) 573 final) L-Istrateġija Ewropa 2020: L-inizjattiva se tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-inklużjoni soċjali, fi ħdan l-istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u soċjalment inklussiv. (COM (2010) 2020)

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

¨Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  L-impatt finanzjarju mill-SSSS sa SSSS

nProposta/inizjattiva ta’ tul taż-żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni,

– u warajha tħaddim fl-iskala kollha.

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[33]

n Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– n mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-istaff tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni ikunu fdati lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi imsemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fis-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

– Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti dettalji fis-sezzjoni "Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-attivitajiet tal-Pjattaforma se jiġu vvalutati erba' snin wara li d-deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-indikaturi tar-riżultati, bħall-kwalità tal-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, rappurtar regolari u aktar riċerka. Il-valutazzjoni se tevalwa sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet tal-Pjattaforma. Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

2.2. Sistema ta' ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i

Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): taħt dan il-programm il-ġestjoni diretta se tinvolvi l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet għal attivitajiet speċifiċi u l-ħlas ta’ għotjiet lill-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi. Ir-riskju prinċipali se jkun relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) l-organizzazzjonijiet iżgħar li jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa.

2.2.2. Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): jintużaw il-miżuri ta' kontroll indikati fir-Regolament 1296/2013.

2.2.3. Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): jintużaw il-miżuri li jipprevenu l-frodi u l-irrgolaritajiet fir-Regolament 1296/2013.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nfiq || Kontribuzzjoni

Numru […]Intestatura………………………………………...……….] || Diff./mhux-diff. ([34]) || minn pajjiżi tal-EFTA[35] || minn pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1. || 04.03.02.01 EaSI || Diff || IVA || IVA || LE || LE

1. || 04.01.04.02 EaSI || mhux-diff. || IVA || LE || LE || LE

3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv

DĠ: EMPL || || || Sena 2014[37] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

ŸApproprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

04.03.02.01 (EaSI) || Impenji || (1) || 0,150 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,150

Ħlasijiet || (2) || 0 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,000

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2 a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[38] || || || || || || || ||

04.01.04.02 (EaSI) || || (3) || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 0,265 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,609

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0,115 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,459

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,150 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,150

Ħlasijiet || (5) || 0 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,000

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA<….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,265 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,609

Ħlasijiet || =5+ 6 || 0,115 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,459

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || " Nefqa amministrattiva "

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: EMPL || ||

ŸRiżorsi umani || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310

ŸInfiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,595 || 2,654 || 1,754 || 2,354 || 1,654 || 2,354 || 1,554 || 12,919

Ħlasijiet || 0,445 || 2,654 || 1,754 || 2,354 || 1,654 || 2,354 || 1,554 || 12,769

3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– n  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[39] || Spiża medja || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru totali || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[40]: Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki u l-liġi relevanti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati.

L-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, taħriġ, bini tal-kapaċità teknika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni, u titqajjem il-kuxjenza || Bank ta’ għarfien, linji gwida komuni eċċ, operazzjonijiet konġunti, l-iskambju ta’ persunal, attivitajiet ta’ taħriġ, kampanji, strateġiji, valutazzjoni || 0,366 || 1 || 0,15 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || 1 || 0,150 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150

SPIŻA TOTALI || 1 || 0,150 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150

3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– n  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2014[41] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 2,31

Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra l-INTESTATURA 5[42] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || 0,445 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 3,769

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– n  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal full-time

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

|| ŸPostijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) (2AD+0,5AST) || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

ŸPersunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE)[43] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss[44] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - Delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX huwa l-qasam politiku jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju (2AD + 0,5 AST) || AD1: Ħarsa ġenerali tal-attivitajiet b’rabta max-xogħol mhux iddikjarat, l-organizzazzjoni tax-xogħol tas-segretarjat tal-Pjattaforma, il-ġestjoni tal-laqgħat tal-Pjattaforma, inkluż it-tħejjija tal-abbozz tal-aġenda, id-dokumenti ta’ diskussjoni u l-abbozz tal-minuti tal-laqgħat. Koordinazzjoni tal-kooperazzjoni. Sejħa ta’ koordinazzjoni għal proposti/offerti. AD2: Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet operattivi tal-Pjattaforma, bħall-ġestjoni tal-bank ta’ tagħrif, taħriġ konġunt, spezzjonijiet, skambji tal-persunal, il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti komuni eċċ. Appoġġ għall-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni. Appoġġ għal sejħa għal proposti/offerti. 0,5AST: Appoġġ amministrattiv lis-segretarjat, inkluż il-ġestjoni ta’ dokument, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat (prenotazzjonijiet tal-kmamar, stediniet, dokumenti għal rimborż eċċ), id-distribuzzjoni tad-dokumenti tal-laqgħat, korrispondenza ġenerali.

Persunal estern ||

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– n  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[45].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– n Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

– n  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[46]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6)

Artikolu…………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja(i) baġitarja(i) affettwata(i).

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.      

[1]               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat" COM(2007)628, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML

[2]               Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

[3]               Iċ-ċifri kollha ġejjin minn stħarriġ dirett, li kien ibbażat fuq intervisti wiċċ imb'wiċċ ma’ ċittadini tal-UE. Fis-sens li l-għarfien, id-definizzjonijiet nazzjonali, it-trasparenza ta’ xogħol mhux iddikjarat u l-fiduċja fl-intervistatur, huma fatturi importanti għaċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jindikaw li jkunu wettqu jew ibbenefikaw minn xogħol mhux iddikjarat.

[4]               L-Ewrobarometru speċjali 402 "Ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea" 2013 http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdf

[5]               Il-Kummissjoni Ewropea, L-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2013, il-Lussemburgu, 2014

[6]               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", COM (2010)2020 tat-3 ta’ Marzu 2010    http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COMM:2010:2020:FIN:MT:PDF               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi" COM 2010(682) tat-23 ta’ Novembru 2010

[7]               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi", COM(2012) 173 finali tat-18 ta’ April 2012

[8]               2010/707/UE Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2010 dwar "Il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi"

[9]               http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm

[10]             http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=MT&reference=P7-TA-2014-0012

[11]             Fil-Ġermanja, ftehim bejn il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-imsieħba soċjali fil-kostruzzjoni, il-bajjada u s-setturi tas-servizzi industrijali tat-tessuti, fil-Bulgarija t-twaqqif taċ-ċentru nazzjonali għar-"Regoli tan-negozju" u fil-Lussemburgu l-introduzzjoni ta’ karta tal-identità għal kull ħaddiem fis-sit ta’ kostruzzjoni.

[12]             L-Ewrobarometru speċjali 402 "Ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea", 2013

[13]             Ara l-Valutazzjoni ta' Impatt dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat, il-Kapitlu 3.2.2., Tabella 1

[14]             "Ningħaqdu fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-Ewropa: Studju ta' fattibbiltà dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea għal kooperazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol, u korpi oħra rilevanti ta' monitoraġġ u tal-infurzar, għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat", Regioplan 2010 http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6676&langId=en

[15]             L-Ewrobarometru speċjali 402, Ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea     http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdf

[16]             "Ix-xogħol mhux iddikjarat fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u fin-Norveġja. Approċċi u miżuri sa mill-2008", Eurofound 2013 http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef13243.htm

[17]             http://www.eurofound.europa.eu/areas/labourmarket/tackling/search.php

[18]             "Konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE dwar it-titjib tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat", Dokument ta’ konsultazzjoni C(2013)4145 http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=10345&langId=en

[19]             "Konsultazzjoni tat-tieni stadju tal-Imsieħba Soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE dwar it-titjib tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat", C(2014)452 final     http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=11424&langId=en

[20]             Għal aktar dettalji ara l-Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax- xogħol mhux iddikjarat, l-Anness I.

[21]             Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali.

[22]             ĠU C , , p. .

[23]             ĠU C , , p. .

[24]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi COM (2012)173 tat-18 ta’ April 2012 http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=101&newsId=1270&furtherNews=yes

[25]             Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46)

[26]             Il-linji gwida nżammu għall-2011, 2012 u 2013.

[27]             Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112/INI) http://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2013/2112(INI)

[28]             Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat" COM (2007)628 tal-24 ta' Ottubru 2007        http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML

[29]             Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)

[30]             Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1)

[31]             ABM: ġestjoni skont l-attività – ABB: baġit skont l-attività.

[32]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[33]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[34]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux-Differenzjati

[35]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[36]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[37]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[38]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka indiretta.

[39]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[40]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. ‘Għan(ijiet) speċifiku(ċi)…’

[41]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[42]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka indiretta.

[43]             CA= Aġent Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

[44]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji "BA").

[45]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[46]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.

Top