EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0107R(04)

Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 359 tas‐16 ta' Diċembru 2014)

OJ L 279, 27.8.2020, p. 24–24 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/107/corrigendum/2020-08-27/oj

27.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/24


Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 359 tas‐16 ta' Diċembru 2014 )

Fil-paġna 18, Anness I, Taqsima VIII, punt B, il-punt 5:

minflok:

“5.

It-terminu ‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa’jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, għal benefiċjarji li huma attwalment jew preċedentement impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta’ wieħed jew aktar impjegaturi f’konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond: ...”;

aqra:

“5.

It-terminu ‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa’ jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, għal benefiċjarji li huma attwalment jew preċedentement impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta’ wieħed jew aktar impjegaturi bħala korrispettiv għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond: ... “.

Fil-paġna 19, Anness I, Taqsima VIII, punt B, il-punt 6

minflok:

“6.

It-terminu “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata” jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm: ... ”;

aqra:

“6.

It-terminu “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata” jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar bħala korrispettiv għal servizzi mogħtija, sakemm: ... ”.

Fil-paġna 1, Anness I, Taqsima VIII, punt B, il-punt 7

minflok:

“7.

It-terminu “Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali” jfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li ma jkunux impjegati attwali jew preċedenti, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali. ”;

aqra:

“7.

It-terminu “Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali” jfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li ma jkunux impjegati attwali jew preċedenti, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti bħala korrispettiv ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali. ”.


Top