EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1308R(25)

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013)

ST/10903/2023/INIT

OJ L 200, 10.8.2023, p. 51–52 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/corrigendum/2023-08-10/oj

10.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/51


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

1.

Fil-paġna 714, l-Artikolu 75, il-paragrafu 3, il-punt (d),

minflok:

“(d)

il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ imballaġġ, immarkar, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;”,

aqra:

“(d)

il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ ippakkjar, immarkar, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;”;

2.

Fil-paġna 723, l-Artikolu 103, il-paragrafu 2, il-punt (c),

minflok:

“(c)

kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li jista’ jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;”,

aqra:

“(c)

kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;”;

3.

Fil-paġna 744, l-Artikolu 164, paragrafu 4, il-punt (k),

minflok:

“(k)

definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;”,

aqra:

“(k)

definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-ippakkjar u l-preżentazzjoni;”;

4.

Fil-paġna 756, l-Artikolu 190, il-paragrafu 3,

minflok:

“3.   Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin ma’ attestazzjoni ta’ ekwivalenza u mat-tikkettar tal-pakketti ma għandhomx japplikaw.”

,

aqra:

“3.   Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin ma’ attestazzjoni ta’ ekwivalenza u mat-tikkettar tal-imballaġġ ma għandhomx japplikaw.”

;

5.

Fil-paġna 819, Anness VII, Parti VI, paragrafu III., il-punt 2,

minflok:

“2.

L-immarkar ta' bajd f'konformità mal-punt 1 għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni jew fl-ewwel ċentru ta' imballaġġ li fih ġie kkonsenjat il-bajd.”,

aqra:

“2.

L-immarkar ta' bajd f'konformità mal-punt 1 għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni jew fl-ewwel ċentru ta' ippakkjar li fih ġie kkonsenjat il-bajd.”.

Top