Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0437R(01)

    437/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 ta’ l- 20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 71M, 17.3.2009, p. 627–628 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/437/corrigendum/2009-03-17/oj

    17.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/627


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 ta’ l-20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 437/2007

    ta’ l-20 ta’ April 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, meta meħtieġ, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 tal-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li stabbilixxa miżuri bħal dawn.

    (2)

    Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-implikazzjonijiet fuq it-tħaddim ta’ dawn il-miżuri fl-ajruporti u l-impatt tagħhom fuq il-passiġġieri.

    (3)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-miżuri stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 ġew ikklassifikati u ma ġewx ippubblikati. B’mod neċessarju l-istess japplika għal kwalunkwe att li jemenda.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tan-natura kunfidenzjali ta’ dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques BARROT

    Viċi President

    ANNESS

    Skont l-Artikolu 1 l-anness huwa sigriet u ma għandux jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1862/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36).


    Top