Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0146R(01)

146/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 tal- 15 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 537–537 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/146/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/537


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 146/2007

tal-15 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 (2), jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili.

(2)

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ekwipaġġi, fl-2007 għandhom jiġu implimentati miżuri supplimentari, li ma jaffettwawx is-selettività, fuq il-kundizzjonjiet tekniċi fir-rigward ta' bastimenti li jħaddmu sistemi ta' ppumpjar abbord.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 3440/84 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-bastimenti li jħaddmu sistemi ta' ppumpjar abbord għandhom jitħallew iwaħħlu kalament f'distanza ta' mhux iktar minn 10 m. mill-malji ta' wara tal-manka, meta s-sajd isir bix-xbieki tat-tkarkir fejn id-daqs tal-malji jkun inqas minn 70 mm.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).

(2)  ĠU L 318, 7.12.1984, p. 23, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2122/89 ĠU L 203, 15.7.1989, p. 21.


Top