This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0018R(01)
2007/18/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas- 27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2007/18/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas- 27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, 17.3.2009, p. 591–592
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/18/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/591 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE għandha taqra:
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/18/KE
tas-27 ta’ Marzu 2007
li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (kif ifformulata mill-ġdid) (1), u b'mod partikolari [punti (d) u (l) ta' l-Artikolu 150(1)] tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE jelenka dawk l-istituzzjonijiet espliċitament esklużi mill-ambitu ta' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-Ministeru Daniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali talab biex id-Dansk Landbrugs Realkreditfond jitħassar mil-lista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE. Studju ta' l-istatus legali u ta' l-istruttura partikolari tad-Dansk Landbrugs Realkreditfond jiġġustifika t-tneħħija tiegħu mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-Ministeru Daniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali talab ukoll sabiex l-isem Danmarks Skibskreditfond jinbidel għal Danmarks Skibskredit A/S, minħabba l-bidla fl-isem ta' din l-istituzzjoni. |
(3) |
L-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE jelenka l-exposures tal-banek ta' żvilupp multilaterali li lilhom għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 0 %. |
(4) |
Il-Bank Dinji, filwaqt li jaġixxi f'isem il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni, talab għall-inklużjoni ta' dan ta' l-aħħar fil-lista fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE. |
(5) |
Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni hija forma ġdida ta' istituzzjoni internazzjonali għall-finanzjament ta' l-iżvilupp. Għandha bażi finanzjarja kkostitwita minn obbligi ta' pagamenti li jkunu jorbtu legalment (“għotjiet”) u li ġejjin minn donaturi tal-gvernijiet ċentrali. Il-fondi mislufa mill-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni fis-swieq kapitali internazzjonali sejrin jiffinanzjaw il-programmi ta' l-immunizzazzjoni f'70 mill-ifqar pajjiżi tad-dinja. Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha taġixxi bħala bank għall-Alleanza Globali għat-Tilqim u l-Immunizzazzjoni biex tipprovdi fondi li għandhom jiġu distribwiti bħala għotjiet fil-programmi ta' l-immunizzazzjoni fil-pajjiżi fi żvilupp li huma eliġibbli. Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha tikkummissjona ż-żewġ attivitajiet primarji tagħha lill-entitajiet multinazzjonali eżistenti: il-finanzjament, il-ġestjoni finanzjarja u l-ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu kkumissjonati lill-Bank Dinji u l-ġestjoni tal-programmi u l-funzjonijiet tas-segretarjat għandhom jiġu mogħtija lill-Alleanza Globali għat-Tilqim u l-Immunizzazzjoni. |
(6) |
Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha profil ta’ riskju ekwivalenti għall-banek ta’ żvilupp multilaterali elenkati fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE u hija għalhekk eliġibbli sabiex tiġi inkluża fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 u għalhekk tgawdi mill-piż tar-riskju ta' 0 % kif stabbilit f'dik id-dispożizzjoni. |
(7) |
Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp talab li jiġi inkluż fil-lista fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE. |
(8) |
Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp ġie mwaqqaf mill-gvernijiet ta' 29 pajjiż b'populazzjonijiet li l-biċċa l-kbira tagħhom huma Musulmani, għall-iskop ta' trawwim ta' żvilupp ekonomiku u ta' progress soċjali tal-pajjiżi msieħba u tal-komunitajiet Musulmani, kemm individwalment kif ukoll kollettivament u dan skond ir-regoli tax-“Shariah”. Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp jista' jwettaq kull attività li tista' tmexxi 'l quddiem dan il-għan. Il-ftehim isemmi b'mod espliċitu e.g. l-investimenti ta' ekwità, is-self, il-finanzjament tal-kummerċ u l-assistenza teknika. |
(9) |
Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp għandu profil ta’ riskju ekwivalenti għall-banek ta’ żvilupp multilaterali enumerati fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE u huwa għalhekk eliġibbli sabiex jiġi inkluż fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 u b'hekk igawdi mill-piż tar-riskju ta' 0 % kif stabbilit f'din id-dispożizzjoni. |
(10) |
Id-Direttiva 2006/48/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, ir-raba' inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness VI, Parti 1, il-punt 20 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u b'tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.