Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0116R(01)

    2007/116/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Frar 2007 dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’ 116 għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 76M, 24.3.2009, p. 521–524 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/116(1)/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/521


    Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2007 dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’“116” għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE għandha taqra:

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta’ Frar 2007

    dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’“116” għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 249)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/116/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ikun tajjeb li ċ-ċittadini tal-Istati Membri, inklużi l-vjaġġaturi u l-utenti b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jilħqu ċerti servizzi li għandhom valur soċjali billi fl-Istati Membri kollha jużaw l-istess numri li jintgħarfu. Fil-preżent, fl-Istati Membri hemm għadd ta’ skemi diverġenti ta’ numri u ta’ kif tikkomponi n-numri tat-telefown, u l-ebda skema komuni tan-numri mhija qed titħaddem biex tirriserva l-istess numri tat-telefown għal dawn is-servizzi fil-Komunità. Għaldaqstant jeħtieġ li jkun hemm azzjoni Komunitarja għal dak il-għan.

    (2)

    L-armonizzazzjni tar-riżorsi tan-numri tat-telefown hija meħtieġa biex l-utenti aħħarin ikun jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi, mogħtija fi Stati Membri differenti, bl-użu tal-istess numru. Il-kombinazzjoni “l-istess numru — l-istess servizz” sejra tiżgura li servizz speċifiku, jingħata f'liema Stat Membru jingħata, dejjem ikun assoċjat ma' numru speċifiku fil-Komunità. Lis-servizz dan sejjer jagħtih identità pan-Ewropea, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej, li se jkunu jafu li jekk jikkomponu l-istess numru tat-telefown ikollhom aċċess għall-istess tip ta’ servizz fl-Istati Membri differenti. Din il-miżura sejra tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-servizzi pan-Ewropej.

    (3)

    Biex jirriflettu l-funzjoni soċjali tan-numri kkonċernati, in-numri armonizzati għandhom ikun numri tat-telefown bla ħlas, mingħajr ma dan ifisser li l-operaturi jkunu obbligati joperaw telefonati għan-numri 116 bi spiża tagħhom. In-natura bla ħlas tan-numri tat-telefown għaldaqstant hija parti essenzjali mill-armonizzazzjoni li qed titwettaq.

    (4)

    Jeħtieġ li jsiru kundizzjonijiet, marbuta mill-qrib mal-kontroll tan-natura tas-servizz li jingħata, biex jiżguraw li n-numri armonizzati jintużaw għall-provvista tat-tip partikolari ta’ servizz kopert bid-Deċiżjoni.

    (5)

    Jista’ jkun neċessarju li kundizzjonijiet speċifiċi jkunu stipulati dwar id-dritt tal-użu għal numru armonizzat speċifiku, pereżempju li s-servizz assoċjat għandu jingħata 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

    (6)

    Skont id-Direttiva Kwadru, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma responsabbli għall-ġestjoni tal-pjanijiet nazzjonali dwar in-numri tat-telefown kif ukoll għall-kontroll tal-allokazzjoni ta’ riżorsi nazzjonali tan-numri tat-telefown għal impriżi speċifiċi. Skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (“Direttiva ta' Awtorizzazzjoni”) (2), l-użu ta’ numri jista’ jkun assoċjat ma’ kundizzjonijiet u jistgħu jkunu applikati penalitajiet jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jitħarsux.

    (7)

    Il-lista ta’ numri speċifiċi fil-firxa ta’ numri li jibdew b’“116” għandha tkun aġġornata regolarment skont il-proċedura fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva Kwadru. L-Istati Membri jippubblikaw l-eżistenza ta’ numri ta’ dan it-tip b’mod li jkun aċċessibbli għall-partijiet intressati kollha, pereżempju permezz tas-siti tal-internet tagħhom.

    (8)

    Il-Kummissjoni sejra tikkunsidra rieżami jew aktar adattament ta’ din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba, abbażi tar-rapporti pprovduti lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, b’mod partikolari dwar jekk servizz speċifiku li għalih ikun ġie rriservat numru jkun żviluppa fuq bażi pan-Ewropea.

    (9)

    Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Komunikazzjoni,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Suġġett u ambitu

    Il-firxa ta’ numri li jibdew b’“116” għandhom ikunu rriservati fil-pjanijiet nazzjonali tan-numri tat-telefown għal numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali.

    In-numri speċifiċi fi ħdan din il-firxa ta’ numri u s-servizzi li għalihom in-numri huma rriservati huma elenkati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Servizz armonizzat ta’ valur soċjali

    “Servizz armonizzat ta’ valur soċjali” huwa servizz li jikkorrispondi għal deskrizzjoni komuni u li l-individwi għandhom aċċess għalih permezz ta’ numru tat-telefown bla ħlas, li għandu valur potenzjali għal ċittadini ta' pajjiżi oħra li jkunu qed iżuru l-pajjiż u li jaqdi ħtieġa soċjali speċifika, b'mod partikolari servizz li jikkontribwixxi għall-benessri jew is-sikurezza taċ-ċittadini, jew ta' gruppi partikolari ta’ ċittadini, jew li jgħin liċ-ċittadini li jsibu rwieħhom f’diffikultà.

    Artikolu 3

    Ir-riservar ta’ numri speċifiċi fil-firxa ta’ numri “116”

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    a)

    in-numri elenkati fl-Anness jintużaw biss għal servizzi li għalihom ikunu ġew irriservati;

    b)

    ma jintużawx n-numri fi ħdan il-firxa ta’ numri “116” li mhumiex elenkati fl-Anness;

    c)

    in-numru 116112la jkun allokat u lanqas jintuża għal kwalunkwe servizz.

    Artikolu 4

    Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt għall-użu tan-numri armonizzati

    L-Istati Membri għandhom jassoċjaw dawn il-kundizzjonijiet mad-dritt għall-użu ta’ numri armonizzati għall-provvista ta’ servizzi arminzzati ta’ valur soċjali:

    a)

    Il-fornituri tas-servizz jipprovdi liċ-ċittadini informazzjoni, jew assistenza, jew għodda ta' rappurtar, jew xi kombinazzjoni ta' dawn;

    b)

    Is-servizz ikun miftuħ għaċ-ċittadini kollha bla ebda rekwiżit ta' reġistrazzjoni minn qabel;

    c)

    Is-servizz ma jkunx limitat biż-żmien;

    d)

    Ma jkun hemm l-ebda ħlas, jew impenn ta' ħlas, bħala prerekwiżit għall-użu tas-servizz;

    e)

    L-attivitajiet li ġejjin huma esklużi waqt telefonata: reklamar, divertiment, kumerċjalizzazzjoni u bejgħ, l-użu tat-telefonata għall-bejgħ ta' servizzi kummerċjali fil-futur.

    Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kundizzjonijiet speċifiċi għad-dritt għall-użu ta’ numri armonizzati kif stipulati fl-Anness.

    Artikolu 5

    Allokazzjoni ta’ numri armonizzati

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li minn [data tal-adozzjoni +6 xhur] l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista’ talloka n-numri msemmija fl-Anness.

    2.   It-tniżżil fil-lista ta’ numru speċifiku u s-servizz armonizzat ta’ valur soċjali assoċjat miegħu lill-Istati Membri ma jobbligahomx jiżguraw li s-servizz in kwistjoni jingħata fit-territorju tagħhom.

    3.   Ġaladarba numru jkun ġie elenkat fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw fil-livell nazzjonali t-tagħrif li numru speċifiku huwa disponibbli għall-provvista tas-servizz armonizzat assoċjat ta’ valur soċjali, u li jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-użu ta’ dan in-numru speċifiku.

    4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru tan-numri armonizzati kollha, flimkien mas-servizzi armonizzati ta’ valur soċjali assoċjati magħhom, li jkunu disponibbli fit-territorju tagħhom. Ill-pubbliku għandu jkollu aċċess faċli għar-reġistru.

    Artikolu 6

    Monitoraġġ

    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull tant żmien lill-Kummissjoni dwar l-użu effettiv tan-numri elenkati fl-Anness għall-provvista tas-servizzi assoċjati fit-territorju tagħhom.

    Artikolu 7

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Frar 2007

    Għall-Kummissjoni

    Viviane REDING

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    Lista ta’ numri riservati għal servizzi armonizzati ta' valur soċjali

    Numru

    Is-servizz li għalih in-numru huwa rriservat

    Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ dan in-numru

    116000

    Numri ta’ emerġenza għat-tfal neqsin

     


    (1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

    (2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.


    Top