EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0090R(01)

2007/90/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal- 11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 534–534 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/90(1)/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/534


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

(notifikata bid-dokument C(2007) 269)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/90/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (2) investigazzjonijiet ulterjuri tal-parametri tekniċi ddefiniti f'din id-Deċiżjoni wrew li l-medja massima e.i.r.p. tal-limiti tad-densità fil-meded 5 150-5 250 MHz u 5 250-5 350 MHz tista' tiġi espressa b'mod li jiffaċilita sostanzjalment l-ittestjar tat-tagħmir skont l-ispeċifikazzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-11 ta' Lulju 2005. Il-formula l-ġdida tal-parametri tekniċi għalhekk għandha tħaffef l-addozzjoni ta' dawn is-sistemi fl-UE.

(2)

Kemm l-ETSI u kemm is-CEPT ikkonfermaw li l-emenda ta' dawn il-parametri tekniċi ma tbiddilx il-protezzjoni vis à vis is-servizzi l-oħra li għandha l-istess spettru bħal WAS/RLANs u li żżomm b'mod partikulari l-interferenza sħiħa mill-RLANs li topera fil-medda tal-frekwenza 5 150-5 350 MHz għal livell baxx biżżejjed sabiex l-interferenza fil-komunikazzjoni satellitari tiġi evitata.

(3)

L-Istandard Armonizzat għat-tagħmir RLAN bl-użu ta' meded 5 GHz li ġie adottat mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekommunikazzjoni (ETSI) bin-numru EN 301 893 jikkunsidra din is-simplifikazzjoni tal-parametri tekniċi.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2005/513/KE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Fil-medda tal-frekwenza 5 150-5 350 MHz, WAS/RLANs għandu jkun limitat għall-użu ta' ġewwa biss b'medja massima e.i.r.p. ta' 200 Mw. Barra minn hekk, fil-medda ta' 5 150-5 350 MHz il-medja massima tad-densità e.i.r.p. għandha tkun limitata għal 10 mW/MHz fi kwalunkwe medda ta' 1 MHz.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22.


Top