Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R2033R(01)

    2033/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 84M, 31.3.2009, p. 604–605 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/2033/corrigendum/2009-03-31/oj

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/604


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2033/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2033/2006

    tal-21 ta' Diċembru 2006

    li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(5) u (6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezz tal-bejgħ tal-Komunità għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f'livell tal-anqas ugwali għas-70 % u li ma jeċċedix id-90 % tal-gwida tal-prezz.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …./… (2) jiffissa prezzijiet ta' gwida għas-sena tas-sajd 2007 għall-prodotti kollha kkonċernati.

    (3)

    Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

    (4)

    Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispecijiet differenti u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti ffriżati li jinsabu fil-Komunità sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jibda l-miżura ta' intervent previst fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

    (5)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2007 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li jirrelataw għalihom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U FATTURI TAL-KONVERŻJONI

    Speċi

    Il-preżentazzjoni

    Fattur ta’ konverżjoni

    Livell ta' intervent:

    Prezz tal-bejgħ

    (EUR/tunnellata)

    Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 654

    Marlozz (Merluccius Spp)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 022

    Fletti individwali

     

     

     

    — bil-ġilda

    1,0

    0,85

    1 243

    — bla ġilda

    1,1

    0,85

    1 367

    Sparidae

    Pagri (Dentex dentex u Pagellus spp.)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 335

    Pixxispad (Xiphias gladius)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    3 467

    Gambli Penaeidae

    Iffriżat

     

     

     

    (a)

    Parapenaeus Longirostris

    1,0

    0,85

    3 533

    (b)

    Penaeidae oħrajn

    1,0

    0,85

    6 782

    Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

    Iffriżat

    1,0

    0,85

    1 605

    Klamari (Loligo spp.)

     

     

     

     

    (a)

    Loligo patagonica

    — sħaħ, mhux imnaddfa

    1,00

    0,85

    993

    — imnaddaf

    1,20

    0,85

    1 191

    (b)

    Loligo vulgaris

    — sħaħ, mhux imnaddfa

    2,50

    0,85

    2 482

    — imnaddaf

    2,90

    0,85

    2 879

    Qarnit (Octopus spp.)

    Iffriżat

    1,00

    0,85

    1 792

    Illex argentinus

    — sħaħ, mhux imnaddfa

    1,00

    0,80

    717

    — tubu:

    1,70

    0,80

    1 219

    Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:

    —   sħaħ, mhux imnaddfa: prodott li ma għadda minn ebda trattament,

    —   imnaddfa: prodott li mill-inqas issewwa,

    —   tubu: ġisem ta’ klamar li mill-inqas issewwa u tneħħietlu r-ras


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (2)  Għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    Top