Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R2003R(01)

    2003/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 71M, 17.3.2009, p. 510–514 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/2003/corrigendum/2009-03-17/oj

    17.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/510


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2003/2006

    tal-21 ta' Diċembru 2006

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u akwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) jipprovdi li n-nefqa mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) marbuta mas-swieq tas-sajd għandha tiġi ġestita b’mod ċentralizzat.

    (2)

    L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jispeċifika t-tip ta’ nfiq imġarrab mill-Istati Membri.

    (3)

    Il-finanzjament ta’ dan l-infiq isegwi r-regoli ta’ ġestjoni diretta ċentralizzata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-fondi Komunitarji jkunu ġestiti b’mod sod u sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji Komunitarji, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistabbilixxi ċerti obbligi għall-Istati Membri marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll ta’ dawn il-fondi, u kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar il-qafas legali u amministrattiv tagħhom għall-osservazzjoni ta’ dawn l-obbligi u għall-irkupru ta’ ammonti mhux dovuti jekk jinstabu xi irregalaritajiet fil-ġestjoni ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet fir-rigward tal-infiq iffinanzjat taħt l-Artikolu 35 tal-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma mħarsa mir-regoli rilevanti li jappartjenu għall-ħarsien ta’ dawk l-interessi fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) (4), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar l-ikkontrollar fuq il-post u l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6).

    (5)

    Biex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-flussi finanzjarji, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Istati Membri nfushom jimmobilizzaw, fl-ewwel fażi, il-mezzi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-infiq imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel ma l-Kummissjoni tħallashom lura fuq bażi ta’ kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti dwar l-infiq u jikkomunikawha lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tal-infiq.

    (6)

    Il-Kummissjoni għandha tħallas lura lill-Istati Membri fuq bażi ta’ kull sentejn skont dawn id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dokumenti li jsostnu din id-dikjarazzjoni.

    (7)

    Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel użu effiċjenti mill-informazzjoni mingħand l-Istati Membri, din l-informazzjoni għandha tintbagħat elettronikament.

    (8)

    Biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ rati ta’ skambju differenti għall-għajnuna mħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’muniti diversi mill-Euro, minn naħa, u fid-dikjarazzjoni tal-infiq, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw l-istess rata ta’ skambju fid-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-infiq bħal dik użata meta ħarġu l-pagamenti lill-benefiċjarji. Ir-rati ta’ skambju applikabbi jridu jiġu stabbiliti skont il-fatti ġeneraturi kif definiti fir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1925/2000 li jistabbilixxi l-fatti ġeneraturi għar-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati meta jiġu kkalkolati ċerti ammonti pprovvduti bil-mekkaniżmi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura (7).

    (9)

    Sabiex tingħata bażi legali għall-ħlasijiet magħmula matul l-ewwel perjodu ta’ referenza, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi applikat b’effett retroattiv biex jibda jiddekorri mis-16 ta’ Ottubru 2006.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Oġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar il-finanzjament mill-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Garanzija (FEAG) ta’ spiża mġarrba mill-Istati Membri fl-ambitu tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

    “Nefqa” tfisser l-ispiża mġarrba mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000.

    Artikolu 3

    Awtorità kompetenti

    Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinnotifikaha lill-Kummissjoni.

    Artikolu 4

    Dikjarazzjoni tan-nefqa

    1.   Kull Stat Membru għandu għandu jfassal dikjarazzjoni tan0nefqa skont il-mudell li jidher fl-Anness. Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tinkludi stqarrija, imqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u skont it-tip ta’ spiża fuq il-bażi ta’ nomenklatura ddettaljata li tkun disponibbli għall-Istati Membri. Għandha tkopri:

    (a)

    l-ispiża minfuqa matul il-perjodu ta’ sitt xhur ta’ referenza preċedenti,

    (b)

    l-ispiża totali minfuqa mill-bidu tas-sena finanzjarja sa tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur ta’ referenza preċedenti.

    2.   Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dikjarazzjon tan-nefqa.

    3.   Il-perjodi ta’ referenza għandhom ikunu l-perjodi ta’ sitt xhur mis-16 ta’ Ottubru sal-15 ta’ April u mis-16 ta' April sal-15 ta' Ottubru.

    4.   Id-dikjarazzjoni tan-nefqa tista’ tinkorpora fiha l-korrezzjonijiet tal-ammonti ddikjarati għall-perjodi ta’ referenza preċedenti.

    5.   L-awtoritajiet komtetenti tal-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħhom flimkien mal-informazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2, lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju u l-10 ta’ Novembru rispettivament.

    Artikolu 5

    Ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn

    1.   L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tan-nefqa għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni fil-forma ta’ ħlasijiet lura fuq bażi ta’ kull sentejn, (minn hawn ’il quddiem “ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn”).

    L-ammonti tal-ġlasijiet buq bażi ta’ kull sentejn għandhom jiġu ffissati skont id-dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4.

    2.   Il-ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn għandhom isiru lil kull Stat Membru fi żmien 60 jum wara li d-dikjarazzjoni tan-nefqa sħiħa mill-Istat Membru tkun waslet għand il-Kummissjoni. Id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala sħiħa jekk il-Kummissjoni ma titlob ebda informazzjoni addizzjonali fi żmien 30 jum minn mindu tkun irċeviet id-dikjarazzjoni.

    3.   Sakemm jirċievu t-trasferiment tal-ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn mingħand il-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jeżegwixxu n-nefqa.

    Artikolu 6

    Rati tal-kambju li għandhom jiġi applikati

    Ir-rata tal-kambju li trid tintuża mill-Istati Membri għad-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħhom għandha tkun l-aħħar rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qabel is-seħħ tal-avvenimenti operattivi korrispondenti kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1925/2000.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-16 ta' Ottubru 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORĠ

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS 1

    DIKJARAZZJONIJIET TA' NFIQ

    Dejta mqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u skont it-tip ta’ nfiq

    Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-infiq għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika

    Intestatura tad-dikjarazzjoni

    L-intestatura tad-dikjarazzjoni għandha tinkludi:

    identifikatur tat-tip ta’ messaġġ u tal-Istat Membru li jkun qed jitttrażmetti d-dejta. (N.B.: L-identifikatur iservi biex jiżgura li l-utent li qed jittrażmetti d-dikjarazzjoni huwa attwalment intitolat li jagħmel dan f’isem l-Istat Membru kkonċernat). L-identifikatur jintbagħat lilek mill-Kummissjoni;

    il-perjodu ta’ nfiq kopert mid-dikjarazzjoni;

    il-lingwa tad-dikjarazzjoni.

    Il-korp tad-dikjarazzjoni

    Il-korp tad-dikjarazzjoni għandu jinkludi dan li ġej għal kull subpartita tan-nomenklatura tal-FAEG:

    l-identifikatur tas-subpartita (eż. 110201002610033);

    id-denominazzjoni tas-subpartita fil-lingwa magħżula fl-intestatura tad-dikjarazzjoni;

    l-ammont iddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N) u l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja ’l quddiem. L-ammonti kollha jridu jiġu ddikjarati f’Euro.

    Is-sezzjoni finali

    Dan li ġej għandu jidher wara l-lista tas-subpartiti kollha:

    l-ammont totali ddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N) u l-ammont kumulattiv totali ddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja ’l quddiem;

    spazju għall-osservazzjonijiet.

    Sintassi tal-messaġġ

    Image

    Deskrizzjoni tal-każelli

    Isem

    Format

    Deskrizzjoni

    Intestatura tad-dikjarazzjoni: okkorrenza tad-deja = 1

    [IDENTIFICATION] *

     

    Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħtija minn DĠ FISH

    [PERIOD] *

    Date (YYYYMM)

    Perjodu tan-nefqa

    [LANGUAGE] *

    (2 characters)

    Kodiċi ISO tal-lingwa

    Korp tad-dikjarazzjoni: okkorrenza tad-deja = minn 1 sa n

    [SUBITEM] *

    Number (15)

    Subpartita

    [DESCRIPTION] *

    Test ħieles (600)

    Denominazzjoni tas-subpartita

    [AMOUNT] *

    Numru (15,2)

    Ammont iddikjarat

    [AMOUNT CUMUL] *

    Numru (15,2)

    Ammont kumulattiv

    Sezzjoni finali: okkorrenza tad-deja = 1

    [AMOUNT TOT] *

    Numru (15,2)

    Ammont totali ddikjarat

    [AMOUNT CUMUL TOT] *

    Numru (15,2)

    Ammont totali kumulattiv

    [COMMENT]

    Test ħieles (80)

    Osservazzjonijiet

    Il-mili tal-każelli mmarkati b’asterisk huma obbligatorji.

    Eżempju

    Image


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.)

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

    (5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    (6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

    (7)  ĠU L 230, 12.9.2000, p. 7.


    Top