Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1940R(02)

    1940/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1940/2006 tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1556/2006 li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 76M, 24.3.2009, p. 491–494 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1940/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/491


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1940/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1556/2006 li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1940/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1940/2006

    tal-21 ta’ Diċembru 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1556/2006 li jistabbilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda s-sistema tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1556/2006 (3) jiffissa regoli dettaljati li għandhom japplikaw fil-qasam tal-importazzjoni tal-laħam tal-majjal, regolat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tal-majjal u ċerti prodotti oħra agrikoli.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli ġestiti permezz ta' sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni [traduzzjoni mhux uffiċjali] (4) japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dan ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta' importazzjoni mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006, ħlief jekk ikun provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet tal-Regolament (KE) Nru 1556/2006 mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 meta jitqies xieraq.

    (3)

    Biex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, huwa meħtieġ li tiġi provduta ż-żieda tar-referenzi bil-Bulgaru u bir-Rumen fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u fuq il-liċenzji nnifishom.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    (1)   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat, kopert bil-kodiċijiet tan-NM 0203 19 13 u 0203 29 15 miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 774/94.

    (2)   Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 (5) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, ħlief meta dan ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

    (3)   Il-kwantità tal-prodotti li jibbenifikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1 u r-rata ta’ dazju huma stipulati hawn fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-kwantità ffissata fl-Anness I għandha tinqasam f'subperjodi fil-perjodi tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni:

    25 % fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

    25 % fil-perjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju,

    25 % fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

    25 % fil-perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru.

    Artikolu 3

    (1)   Bla ħsara għall-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarija huma esklużi mill-benefiċċji ta' din is-sistema tariffarja msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament u ma jistgħux iressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għal dan il-għan;

    (2)   l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jinkludu n-numru serjali, u jistgħu jirrelataw għal żewġ kodiċi tan-nomenklatura magħquda (NM) differenti u li joriġinaw f'pajjiż wieħed biss; f'dan il-każ, il-kodiċi NM kollha għandhom ikunu indikati fil-kaxxa 16 u d-deskrizzjonijiet tagħhom fil-kaxxa 15; l-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru għal minimu ta' 20 tunnellata u massimu ta' 20 % tal-kwantità disponibbli matul is-subperjodu tas-sistema tariffarja ta' importazzjonji.

    (3)   Fil-kaxxa 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji nfushom għandha turi l-pajjiż tal-oriġini;

    (4)   Fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti A;

    (5)   Fil-kaxxa 24 tal-liċenzja għandu jkun hemm waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

    Artikolu 4

    (1)   Applikazzjoni għal liċenzja għandha titressaq matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.

    Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jitressqu matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar.

    (2)   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għal prodotti msemmija fl-Anness I, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, waħda għal kull pajjiż tal-oriġini, għandhom jiġi sottomessi flimkien lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fl-Artikolu 3(2), għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

    (3)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f'kilogrammi.

    (4)   Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha.

    (5)   Qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li fil-fatt ikunu tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, imqassmin skont l-oriġini u espressi f'kilogrammi.

    Artikolu 5

    (1)   Il-liċenzji tal-importazzjoni huma validi għal 150 jum mid-data attwali tal-ħruġ taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

    (2)   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament preżenti.

    2.

    L-Artikolu 6 għandu jitħassar.

    3.

    L-Anness II għandu jinbidel bl-Anness II li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    4.

    L-Annessi III, IV u V għandhom jitħassru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    “ANNESS II

    PARTI A

    Ir-referenzi msemmija fl-Artikolu 3(4):

    bil-Bulgaru

    :

    Регламент (ЕО) № 1556/2006

    bl-Ispanjol

    :

    Reglamento (CE) no 1556/2006

    biċ-Ċek

    :

    Nařízení (ES) č. 1556/2006

    bid-Daniż

    :

    Forordning (EF) nr. 1556/2006

    bil-Ġermaniż

    :

    Verordnung (EG) Nr. 1556/2006

    bl-Estonjan

    :

    Määrus (EÜ) nr 1556/2006

    bil-Grieg

    :

    Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1556/2006

    bl-Ingliż

    :

    Regulation (EC) No 1556/2006

    bil-Franċiż

    :

    règlement (CE) no 1556/2006

    bit-Taljan

    :

    Regolamento (CE) n. 1556/2006

    bil-Latvjan

    :

    Regula (EK) Nr. 1556/2006

    bil-Litwan

    :

    Reglamentas (EB) Nr. 1556/2006

    bl-Ungeriż

    :

    1556/2006/EK rendelet

    bil-Malti

    :

    Ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006

    bl-Olandiż

    :

    Verordening (EG) nr. 1556/2006

    bil-Pollakk

    :

    Rozporządzenie (WE) nr 1556/2006

    bil-Portugiż

    :

    Regulamento (CE) n.o 1556/2006

    bir-Rumen

    :

    Regulamentul (CE) nr 1556/2006

    bis-Slovakk

    :

    Nariadenie (ES) č. 1556/2006

    bis-Sloven

    :

    Uredba (ES) št. 1556/2006

    bil-Finlandiż

    :

    Asetus (EY) N:o 1556/2006

    bl-Iżvediż

    :

    Förordning (EG) nr 1556/2006

    PARTI B

    Ir-referenzi msemmija fl-Artikolu 3(5):

    bil-Bulgaru

    :

    намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 1556/2006.

    bl-Ispanjol

    :

    Derecho de aduana del 0 % en aplicación del Reglamento (CE) no 1556/2006

    biċ-Ċek

    :

    Clo stanoveno na 0 % podle nařízení (ES) č. 1556/2006

    bid-Daniż

    :

    Told fastsat til 0 % i henhold til forordning (EF) nr. 1556/2006

    bil-Ġermaniż

    :

    Auf 0 v. H. festgesetzter Zoll gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1556/2006

    bl-Estonjan

    :

    Vastavalt määrusele (EÜ) nr 1556/2006 on kinnitatud 0 % tollimaks

    bil-Grieg

    :

    Δασμός καθοριζόμενος σε 0 % κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1556/2006

    bl-Ingliż

    :

    Customs duty fixed at 0 % pursuant to Regulation (EC) No 1556/2006

    bil-Franċiż

    :

    droit de douane fixé à 0 % en application du règlement (CE) no 1556/2006

    bit-Taljan

    :

    Dazio doganale fissato allo 0 % in applicazione del regolamento (CE) n. 1556/2006

    bil-Latvjan

    :

    Noteikts 0 % muitas nodoklis, ievērojot Regulu (EK) Nr. 1556/2006

    bil-Litwan

    :

    0 % muitas, nustatytas pagal Reglamentą (EB) Nr. 1556/2006

    bl-Ungeriż

    :

    0 %-os vámtétel a(z) 1556/2006/EK rendelet alapján

    bil-Malti

    :

    Rata ta’ dazju doganali ffissat għal 0 % skont ir-Regolament (KE) Nru 1556/2006

    bl-Olandiż

    :

    Douanerecht 0 % op grond van Verordening (EG) nr. 1556/2006

    bil-Pollakk

    :

    Cło ustalone na poziomie 0 % na podstawie Rozporządzenia (WE) nr 1556/2006

    bil-Portugiż

    :

    Direito aduaneiro fixado em 0 %, nos termos do Regulamento (CE) n.o 1556/2006

    bir-Rumen

    :

    Taxe vamale fixate la 0 % in conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 1556/2006

    bis-Slovakk

    :

    Clo stanovené na úrovni 0 % podľa nariadenia (ES) č. 1556/2006

    bis-Sloven

    :

    0 % dajatev v skladu z Uredbo (ES) št. 1556/2006

    bil-Finlandiż

    :

    Tulliksi vahvistettu 0 % asetuksen (EY) N:o 1556/2006 mukaisesti

    bl-Iżvediż

    :

    Tullsats fastställd till 0 % i enlighet med Förordning (EG) nr 1556/2006”


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).

    (3)  ĠU L 288, 19.10.2006, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1711/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 5).

    (4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.”


    Top