EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1936R(03)

1936/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1936/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 701/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 478–482 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1936/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/478


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1936/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 701/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1936/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1936/2006

tal-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 701/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 rigward l-arranġamenti applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu laħam tat-tjur u prodotti mill-bajd li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1) b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 tal-10 ta' Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 701/2003 (4) jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur u tal-bajd li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli mmexxija permezz ta' sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (5) [traduzzjoni mhux uffiċjali] japplika għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b'mod partikolari regoli dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-istat ta' l-applikant u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni. Dan ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 701/2003, minbarra jekk ikun iddikjarat mod ieħor f'dan ir-Regolament. Huwa għalhekk neċessarju li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 701/2003 isir konformi mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, fejn xieraq.

(3)

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, jeħtieġ li tiġi prevista iż-żieda tad-daħliet dwar l-applikazzjonijiet tal-liċenzja u l-liċenzji nfushom bil-Bulgaru u bir-Rumen.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 701/2003 għandu jiġi emendat skont dan,

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 701/2003 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni fuq il-prodotti tal-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I hawnhekk, miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2286/2002.

2.   Id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 (6) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (7) għandhom japplikaw, ħlief meta dan ir-Regolament jistipula mod ieħor.

3.   Il-kwantità ta’ prodotti li jibbenifikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1 u r-rata ta' tnaqqis ta’ dazju huma stipulati hawn fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-kwantità stabbilita għal kull kwota tinqasam f'żewġ sub-perjodi, kif ġej:

50 % mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju,

50 % mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 3

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, waqt li jressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal perjodu annwali tal-kwota partikolari, għandhom jagħtu prova li importaw jew esportaw, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu, tal-anqas 50 tunnellata prodotti koperti mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja tista' tkopri diversi prodotti koperti b'kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u ismijiethom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta' 10 tunnellata u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli matul il-perjodu sekondarju kkonċernat.

Artikolu 4

1.   Il-kaxxa 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini, u l-kelma ‘iva’ għandha tkun ingassata b'salib.

2.   Fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja, għandha titniżżel waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

3.   Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mid-daħliet li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba’ ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 2.

Madankollu, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji isiru waqt l-ewwel ħmistax-il jum ta' Jannar 2007.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

3.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fil-moviment ħieles skont dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

Artikolu 6

1.   Il-liċenzji ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal mija u tmenin jum mid-data tal-ħruġ attwali (tagħhom) bi qbil mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament.

2)

L-Artikolu 9 huwa mħassar.

3)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

4)

L-Annessi III u IV jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS II

A.   Ir-referenzi msemmija fl-Artikolu 4(2):

bil-Bulgaru

:

Prodott AKP- Регламент (ЕО) № 701/2003.

bl-Ispanjol

:

Prodott AKP- Reglamento (CE) no 701/2003.

biċ-Ċek

:

Prodott AKP- Nařízení (ES) č.701/2003.

bid-Daniż

:

Prodott AKP- Forordning (EF) nr. 701/2003.

bil-Ġermaniż

:

Prodott AKP- Verordnung (EG) Nr. 701/2003.

bl-Estonjan

:

Prodott AKP- Määruse (EÜ) nr. 701/2003.

bil-Grieg

:

Prodott AKP- Kανονισμού (ΕΚ) αριθ. 701/2003.

bl-Ingliż

:

Prodott AKP- Regulation (EC) No. 701/2003.

bil-Franċiż

:

Prodott AKP- Règlement (CE) no. 701/2003.

bit-Taljan

:

Prodott AKP- Regolamento (CE) n.701/2003.

bil-Latvjan

:

Prodott AKP- Regulas (EK) Nr. 701/2003.

il-Litwan

:

Prodott AKP- Reglamento (EB) Nr. 701/2003.

bl-Ungeriż

:

Prodott AKP- 701/2003/EK Rendelet.

bil-Malti

:

Prodott AKP- Regolament (KE) Nru. 701/2003.

bl-Olandiż

:

Prodott AKP- Verordening (EG) nr. 701/2003.

bil-Pollakk

:

Prodott AKP- Rozporządzenia(WE) nr.701/2003.

bil-Portugiż

:

Prodott AKP- Regulamento (CE) n.o 701/2003.

bir-Rumen

:

Prodott AKP- Regulamentul (CE) nr. 701/2003.

bis-Slovakk

:

Prodott AKP- Nariadenie (ES) č. 701/2003.

bis-Sloven

:

Prodott AKP- Uredbe (CE) št. 701/2003.

bil-Finlandiż

:

Prodott AKP- Asetus (EY) N:o. 701/2003.

bl-Iżvediż

:

Prodott AKP- Förordning (EG) nr. 701/2003.

B.   Daħliet imsemmija fl-Artikolu 4(3):

bil-Bulgaru

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Регламент (ЕО) №701/2003.

bl-Ispanjol

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Reglamento (CE) no 701/2003.

biċ-Ċek

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Nařízení (ES) č. 701/2003.

bid-Daniż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Forordning (EF) nr. 701/2003.

bil-Ġermaniż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Verordnung (EG) Nr. 701/2003.

bl-Estonjan

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Määruse (EÜ) nr 701/2003.

bil-Grieg

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Kανονισμού (ΕΚ) αριθ. 701/2003.

bl-Ingliż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regulation (EC) No701/2003.

bil-Franċiż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Règlement (CE) no 701/2003.

it-Taljan

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regolamento (CE) n. 701/2003.

bil-Latvjan

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regulas (EK) Nr. 701/2003.

bil-Litwan

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Reglamento (EB) Nr. 701/2003.

bl-Ungeriż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-701/2003/EK Rendelet.

bil-Malti

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru701/2003.

bl-Olandiż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Verordening (EG) nr. 701/2003.

bil-Pollakk

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Rozporządzenia (WE) nr701/2003.

bil-Portugiż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regulamento (CE) n.o 701/2003.

bir-Rumen

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fir-Regulamentul (CE) nr. 701/2003.

bis-Slovakk

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Nariadenie (ES) č. 701/2003.

bis-Sloven

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Uredbe (CE) št. 701/2003.

bil-Finlandiż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Asetus (EY) N:o 701/2003.

bl-Iżvediż

:

tnaqqis tad-dazju doganali kif stipulat fil-Förordning (EG) nr 701/2003.”


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.

(4)  ĠU L 99, 17.4.2003, p. 32. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2170/2003 (ĠU L 326, 13.12.2003, p. 4).

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”


Top