Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1823R(01)

1823/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1823/2006 tat- 12 ta' Diċembru 2006 li jemenda għat-73 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 84M, 31.3.2009, p. 565–566 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1823/corrigendum/2009-03-31/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/565


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1823/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemenda għat-73 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1823/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1823/2006

tat-12 ta' Diċembru 2006

li jemenda għat-73 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-friża fuq fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 u s-7 ta' Diċembru 2006, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandha tapplika l-friża fuq fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jidħlu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Najmuddin Faraj Ahmad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin). Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, Al-Sulaymaniyah Governorate, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin.”

(b)

“Mohamed Moumou (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Mumu, (b) Abu Shrayda, (c) Abu Amina, (d) Abu Abdallah, (e) Abou Abderrahman). Indirizz: (a) Storvretsvagen 92, 7 TR. C/O Drioua, 142 31 Skogas, l-Iżvezja, (b) Jungfruns Gata 413; Postal address Box 3027, 13603 Haninge, l-Iżvezja, (c) Dobelnsgatan 97, 7 TR C/O Lamrabet, 113 52 Stockholm, l-Iżvezja, (d) Trodheimsgatan 6, 164 32 Kista, l-Iżvezja. Data tat-twelid: (a) 30.7.1965, (b) 30.9.1965. Post tat-twelid: Fez, il-Marokk. Nazzjonalità: (a) Marokkin, (b) Żvediż. Numru tal-Passaport: 9817619 (Passaport Żvediż, li jiskadi fl-14.12.2009).”

2.

L-annotazzjoni 'Ghuma Abd’rabbah (magħruf ukoll bħala (a) Ghunia Abdurabba, (b) Ghoma Abdrabba, (ċ) Abd'rabbah, (d) Abu Jamil). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 2.9.1957. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Nazzjonalità: Brittanika. “taħt l-intestatura” Persuni naturali' għandu jiġi mibdul bi:

“Ghuma Abd’rabbah (magħruf ukoll bħala (a) Ghunia Abdurabba, (b) Ghoma Abdrabba, (ċ) Abd'rabbah, (d) Abu Jamil). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 2.9.1957. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Nazzjonalità: Brittannika.”


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2006 (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 24).


Top